European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2652

11.10.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2652

tal-10 ta’ Ottubru 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji fis-settur tar-ross, l-aġġustament tal-kwoti tariffarji tal-esportazzjoni tal-ġobon għall-Istati Uniti u aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għaċ-ċertifikati IMA1 tal-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib minn New Zealand

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi r-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni.

(2)

Il-kwoti tariffarji għar-ross bin-numri tal-ordni 09.4112, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4130, 09.4154, 09.4166 u 09.4168 kif stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, intalbu żżejjed għal bosta perjodi ta’ allokazzjoni.

(3)

Biex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa ta’ dawk il-kwoti tariffarji, jenħtieġ li l-kwantitajiet massimi disponibbli biex jiġu applikati għal dawk il-kwoti tariffariji jiġu stabbiliti fl-għamla ta’ kwantità ta’ referenza, kif stabbilit fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (3). Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati t-tabelli ta’ dawk il-kwoti tariffarji fl-Annessi I u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jistabbilixxi r-regoli speċifiċi li jirregolaw il-kwota tariffarja għall-esportazzjoni tal-ġobon lejn l-Istati Uniti. Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, il-kwantità ta’ din il-kwota tqassmet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. F’dan l-eżerċizzju, diverġenza fil-kalkolu wasslet għal diskrepanza bejn il-kwantità allokata lill-Unjoni mill-Istati Uniti, u l-kwantità indikata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIV.5 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi aġġustat skont dan.

(5)

L-importazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib minn New Zealand taħt il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4516, 09.4523, 09.4524 u 09.4525 jeħtieġ ikunu akkumpanjati minn ċertifikati IMA1 validi. Il-mudelli ta’ dawn iċ-ċertifikati jenħtieġ li jiġu aġġustati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/608 (4), mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1173 (5) u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1178 (6). Filwaqt li l-mudell għall-kwoti tariffarji 09.4521 u 09.4522 għall-ġobon importat mill-Awstralja ma jeħtieġx modifika, il-mudelli stabbiliti fl-Anness XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 għall-importazzjoni minn New Zealand taħt il-kwoti tariffarji 09.4516 (ġobon) kif ukoll 09.4523, 09.4524 u 09.4525 (butir) jenħtieġ li jiġu aġġustati skont dan.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

(7)

Biex jiġi żgurat li l-modifiki tal-mudelli taċ-ċertifikati IMA1 ma jfixklux l-attivitajiet kummerċjali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi perjodu tranżitorju li matulu ċ-ċertifikati jistgħu jiġu aċċettati kemm fil-format l-antik kif ukoll f’dak ġdid.

(8)

Ir-rekwiżit tal-kwantità referenzjali jenħtieġ li japplika għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4112, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4154, 09.4166, 09.4168 u 09.4130 wara perjodu ta’ tranżizzjoni suffiċjenti biex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw in-negozju tagħhom għar-regoli l-ġodda. Peress li l-kwantità ta’ referenza hija kkalkulata abbażi tal-importazzjonijiet magħmula minn kull operatur matul iż-żewġ perjodi ta’ 12-il xahar qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal liċenzja, huwa meqjus raġonevoli li tiġi applikata l-kwantità ta’ referenza mit-23 ta’ Novembru 2026 biss, li huwa l-ewwel jum li fih l-operaturi se jkunu jistgħu jressqu l-applikazzjonijiet — flimkien mal-prova tal-kwantità ta’ referenza tagħhom — għal liċenzji li se jkunu validi għall-perjodu tal-kwota tariffarja li jibda fl-1 ta’ Jannar 2027.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 49, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Iċ-ċertifikati IMA 1 għandhom jitfasslu f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness XIV.5, il-Parti A, il-punt A2.”

;

(2)

fl-Artikolu 50, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Iċ-ċertifikati IMA 1 għandhom jitfasslu f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness XIV.5, il-Parti A, il-punt A3.”

;

(3)

l-Annessi I, III u XIV.5 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju, sal-30 ta’ Ġunju 2025, l-awtoritajiet doganali jistgħu jaċċettaw ċertifikati IMA1 ibbażati fuq il-mudelli użati qabel l-aġġornament stabbilit fil-punt (3)(a) tal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti (1) u (2) tal-Anness għandhom japplikaw mit-23 ta’ Novembru 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/761/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/760/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/608 tas-17 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ xi kwoti tariffarji wara l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 80, 20.3.2023, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/608/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1173 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet b’segwitu għall-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet li ma għadhomx validi fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib (ĠU L, 2024/1173, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1173/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1178 tat-23 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tal-ħolqien, tal-modifika u tal-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji b’segwitu għall-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L, 2024/1178, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1178/oj).


ANNESS

L-Annessi I, III u XIV.5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringiela li tikkonċerna l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4112 hija sostitwita b’dan li ġej:

“09.4112

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru”

(b)

ir-ringieli li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4117, 09.4118 u 09.4119 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“09.4117

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru

09.4118

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru

09.4119

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru”

(c)

ir-ringiela li tikkonċerna l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4130 hija sostitwita b’dan li ġej:

“09.4130

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru”

(d)

ir-ringieli li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4154, 09.4166 u 09.4168 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“09.4154

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru

09.4166

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru

09.4168

Ross

Importazzjoni

UE: eżami simultanju

Iva

Meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760 biss

 

Nru”

(2)

fl-Anness III, it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4112, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4130, 09.4154, 09.4166 u 09.4168 huma emendati kif ġej:

(a)

ir-ringiela “Prova tal-kummerċ” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Prova tal-kummerċ

Iva. Il-prova tal-kummerċ meħtieġa biss meta japplika l-Artikolu 9(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760. 25 tunnellata”

(b)

ir-ringiela “Kwantità ta’ referenza” hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kwantità ta’ referenza

Iva”

(3)

L-Anness XIV.5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija sostitwita b’dan li ġej:

“ PARTI A. KWOTI TAL-IMPORTAZZJONI BIĊ-ĊERTIFIKATI IMA 1

A1 —   MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT IMA 1 GĦALL-KWOTI TARIFFARJI BIN-NUMRI TAL-ORDNI 09.4521 U 09.4522

1.

Bejjiegħ

2.

Nru tas-serje tal-ħruġ

KOPJA ORIĠINALI

3.

Xerrej

ĊERTIFIKAT

għad-dħul ta’ ċerti prodotti tal-ħalib taħt ċerti intestaturi jew subintestaturi tan-Nomenklatura Magħquda

4.

Numru u data tal-fattura

5.

Pajjiż tal-oriġini

6.

Stat Membru tad-destinazzjoni

IMPORTANTI

A.

Irid jinħareġ ċertifikat separat għal kull forma ta’ preżentazzjoni ta’ kull prodott.

B.

Iċ-ċertifikat irid ikun b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Jista’ jkun fih ukoll traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’lingwa uffiċjali waħda tal-pajjiż esportatur.

C.

Iċ-ċertifikat irid isir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

D.

Il-kopja oriġinali, u fejn ikun xieraq, kopja taċ-ċertifikat trid tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali fl-Unjoni fil-mument li fih il-prodott ikun qed jiddaħħal għall-moviment liberu.

7.

Marki, numri, kwantità u tip ta’ pakketti: deskrizzjoni dettaljata tal-prodott u dettalji tal-forma tal-preżentazzjoni tiegħu.

8.

Piż gross (kg)

9.

Piż nett (kg)

10.

Materja prima użata

11.

Kontenut tax-xaħam skont il-piż (%), fil-materja niexfa (1)

13.

Kontenut tax-xaħam, skont il-piż (%) (1)

14.

Perjodu tal-maturazzjoni (1)

16.

Osservazzjonijiet:

(a)

kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4…

(b)

maħsub għall-ipproċessar (2)

17.

B’DAN HUWA ĊĊERTIFIKAT:

li d-dettalji stipulati hawn fuq huma preċiżi u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

18.

Korp tal-ħruġ

Post

 

 

 

 

 

 

Sena

Xahar

Jum

(Firma u timbru tal-korp tal-ħruġ)

A2 —   MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT IMA 1 GĦALL-KWOTA TARIFFARJA BIN-NUMRU TAL-ORDNI 09.4516

1.

Bejjiegħ

2.

Nru tas-serje tal-ħruġ

KOPJA ORIĠINALI

ĊERTIFIKAT

għad-dħul tal-ġobon u l-baqta

4.

Numru u data tal-fattura

5.

Pajjiż tal-oriġini

NEW ZEALAND

IMPORTANTI

A.

Għandu jinħareġ ċertifikat separat għal kull forma ta’ preżentazzjoni ta’ kull prodott.

B.

Iċ-ċertifikat għandu jkun b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Jista’ jkun fih ukoll traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’lingwa uffiċjali waħda tal-pajjiż esportatur.

C.

Iċ-ċertifikat għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

D.

Il-kopja oriġinali u, meta xieraq, kopja taċ-ċertifikat flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti tiegħu u dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandhom jiġu ppreżentati lill-uffiċċju doganali fl-Unjoni fil-mument li fih il-prodott ikun qed jitqiegħed f’ċirkolazzjoni libera.

7.

Marki, numri, kwantità u tip ta’ pakketti: deskrizzjoni dettaljata tal-prodott u dettalji tal-forma tal-preżentazzjoni tiegħu.

8.

Piż gross (kg)

9.

Piż nett (kg)

10.

Materja prima użata

Ħalib tal-baqra prodott esklużivament id-dar

16.

Osservazzjonijiet:

Kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4516 għas-sena 20..

17.

B’DAN HUWA ĊERTIFIKAT li d-dettalji stipulati hawn fuq huma preċiżi u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

18.

Korp tal-ħruġ

Post

 

 

 

 

 

 

Sena

Xahar

Jum

(Firma u timbru tal-korp tal-ħruġ)

A3 —   MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT IMA 1 GĦALL-KWOTI TARIFFARJI BIN-NUMRI TAL-ORDNI 09.4523, 09.4524 U 09.4525

1.

Bejjiegħ

2.

Nru tas-serje tal-ħruġ

KOPJA ORIĠINALI

ĊERTIFIKAT

għad-dħul tal-butir minn New Zealand soġġett għall-kwota tariffarja bin-numri tal-ordni 09.4523, 09.4524 u 09.4525

4.

Numru u data tal-fattura

5.

Pajjiż tal-oriġini

New Zealand

IMPORTANTI

A.

Għandu jinħareġ ċertifikat separat għal kull forma ta’ preżentazzjoni ta’ kull prodott.

B.

Iċ-ċertifikat għandu jkun b’lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Jista’ jkun fih ukoll traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f’lingwa uffiċjali waħda tal-pajjiż esportatur.

C.

Iċ-ċertifikat għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

D.

Il-kopja oriġinali u, meta xieraq, kopja taċ-ċertifikat flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti tiegħu u dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera għandhom jiġu ppreżentati lill-uffiċċju doganali fl-Unjoni fil-mument li fih il-prodott ikun qed jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera.

7.

Marki, numri, kwantità u tip ta’ pakketti, deskrizzjoni dettaljata u dettalji tal-forma tal-preżentazzjoni tiegħu.

8.

Piż gross (kg)

9.

Piż nett (kg)

10.

Materja prima użata

Mill-ħalib jew mill-krema

16.

Osservazzjonijiet:

Kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4523 / 09.4524 / 09.4525 (ħassar kif xieraq)

Il-kwota tal-butir ta’ New Zealand għas-sena 20.. f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761

17.

B’DAN HUWA ĊERTIFIKAT li d-dettalji stipulati hawn fuq huma preċiżi u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ tal-Unjoni.

18.

Korp tal-ħruġ

Post:

 

 

 

 

 

 

Sena

Xahar

Jum

(Firma u timbru tal-korp tal-ħruġ)

A4 —   REGOLI GĦALL-MILI U L-VERIFIKA TAĊ-ĊERTIFIKATI IMA 1 MAĦRUĠA GĦALL-KWOTI TARIFFARJI BIN-NUMRI TAL-ORDNI 09.4523, 09.4524 U 09.4525 – BUTIR MINN NEW ZEALAND

Mili u verifika taċ-ċertifikat IMA 1

Ċertifikat IMA 1 għandu jkopri l-butir immanifatturat skont speċifikazzjoni tax-xiri ta’ prodott wieħed f’impjant wieħed.

Iċ-ċertifikat IMA 1 għandu jitqies biss bħala mimli kif suppost u awtentikat minn korp tal-ħruġ elenkat fil-Parti A6, jekk ikun fih l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

fil-kaxxa 1, l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(b)

fil-kaxxa 2, in-numru tas-serje tal-ħruġ li jidentifika l-pajjiż tal-oriġini, l-arranġamenti tal-importazzjoni, il-prodott, is-sena tal-kwota u n-numru individwali taċ-ċertifikat, li jerġa’ jibda minn wieħed kull sena;

(c)

fil-kaxxa 4, in-numru u d-data tal-fattura;

(d)

fil-kaxxa 8, il-piż gross f’kilogrammi;

(e)

fil-kaxxa 9, il-piż nett totali f’kilogrammi;

(f)

fil-kaxxa 10: “Mill-ħalib jew mill-krema”;

(g)

fil-kaxxa 16: “Kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4523/09.4524/09.4525 (ħassar kif xieraq)

Il-kwota tal-butir ta’ New Zealand għas-sena 20.. f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761”;

(h)

fil-kaxxa 17, il-firma u t-timbru tal-korp tal-ħruġ;

(i)

fil-kaxxa 18, l-indirizz eżatt u d-dettalji tal-kuntatt tal-korp tal-ħruġ.

A5 —   DEFINIZZJONIJIET U ĊIRKOSTANZI LI TAĦTHOM ĊERTIFIKAT IMA 1 JEW PARTI MINNU JISTA’ JKUN IKKANĊELLAT, EMENDAT, SOSTITWIT JEW IKKOREĠUT – GĦAĊ-ĊERTIFIKATI IMA-1 KOLLHA

Definizzjoni

Għall-finijiet ta’ din il-Parti A, “lott” tfisser kwantità ta’ prodotti tal-ħalib koperta b’ċertifikat IMA 1 ippreżentat lill-awtorità doganali kompetenti għad-dħul f’ċirkolazzjoni libera.

Kanċellazzjoni taċ-ċertifikat IMA 1 meta d-dazju sħiħ ikun dovut u mħallas għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni

Meta d-dazju sħiħ jitħallas fuq lott minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżit tal-kontenut massimu tax-xaħam, iċ-ċertifikat tal-IMA 1 korrispondenti jista’ jkun ikkanċellat u l-korp tal-ħruġ tal-IMA 1 jista’ jżid il-kwantitajiet konċernati ma’ dawk li għalihom jistgħu jinħarġu ċ-ċertifikati tal-IMA 1 għall-istess sena tal-kwota.

Prodott meqrud jew ma jibqax tajjeb għall-bejgħ

Il-korpi tal-ħruġ tal-IMA 1 jistgħu jikkanċellaw ċertifikat IMA 1 jew parti minnu għal kwantità koperta minnu li tkun inqerdet jew li ma tibqax tajba għall-bejgħ f’ċirkostanzi li l-esportatur ma jkollux kontroll fuqhom. Meta parti mill-kwantità koperta b’ċertifikat IMA 1 tinqered jew ma tibqax tajba għall-bejgħ, jista’ jinħareġ ċertifikat ta’ sostituzzjoni għall-kwantità li jifdal. Iċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni għandu jkun validu biss sal-istess data tal-oriġinali. F’dan il-każ, il-kaxxa 17 taċ-ċertifikat ta’ sostituzzjoni IMA 1 għandu jkun fiha l-kliem ‘validu sa 00.00.0000’.3]

Meta l-kwantità kollha jew parti minnha koperta minn ċertifikat IMA 1 tinqered jew ma tibqax tajba għall-bejgħ minħabba ċirkostanzi li l-esportaturi ma jkollhomx kontroll fuqhom, il-korp tal-ħruġ tal-IMA 1 jista’ jżid dawn il-kwantitajiet ma’ dawk li għalihom jistgħu jinħarġu ċ-ċertifikati IMA 1 għall-istess sena tal-kwota.

Bidla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

Meta l-esportatur ikun obbligat jibdel l-Istat Membru tad-destinazzjoni indikat fuq ċertifikat IMA 1 qabel ma tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti, iċ-ċertifikat oriġinali IMA 1 jista’ jkun emendat mill-korp tal-ħruġ tal-IMA 1. Tali ċertifikat IMA 1 oriġinali emendat, li jkun awtentikat kif suppost u identifikat kif xieraq mill-korp tal-ħruġ, jista’ jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-liċenzjar u lill-awtoritajiet doganali.

Żball klerikali jew tekniku

Meta żball klerikali jew tekniku jinstab fuq ċertifikat IMA 1 qabel ma tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti, iċ-ċertifikat oriġinali jista’ jiġi kkoreġut mill-korp tal-ħruġ. Tali ċertifikat IMA 1 oriġinali korrett jista’ jiġi ppreżentat lill-awtorità tal-liċenzjar u lill-awtoritajiet doganali.

Ċirkostanzi eċċezzjonali meta prodott maħsub għall-importazzjoni f’sena partikolari ma jkunx disponibbli

Meta, f’ċirkostanzi eċċezzjonali li l-esportatur ma jkollux kontroll fuqhom, prodott maħsub għall-importazzjoni f’sena partikolari ma jibqax disponibbli u l-uniku mezz biex timtela l-kwota, minħabba ż-żmien normali tat-trasport bil-baħar mill-pajjiż tal-oriġini, ikun li jiġi sostitwit bi prodott li oriġinarjament kien maħsub għall-importazzjoni fis-sena ta’ wara, il-korp tal-ħruġ jista’ joħroġ ċertifikat IMA 1 ġdid għall-kwantità sostitwita, bejn is-6 u l-10 jum kalendarju wara li jinnotifika kif xieraq lill-Kummissjoni bid-dettalji taċ-ċertifikat IMA 1 jew parti minnu li għandhom jiġu kkanċellati għas-sena kkonċernata u l-ewwel ċertifikat IMA 1 jew parti minnu maħruġ għas-sena ta’ wara li għandu jiġi kkanċellat.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-dispożizzjoni ma tapplikax għaċ-ċirkostanzi tal-każ ikkonċernat, tista’ toġġezzjona fi żmien 7 ijiem kalendarji, u tagħti r-raġuni għall-oġġezzjoni tagħha. Meta l-kwantità li għandha tiġi ssostitwita tkun akbar minn dik koperta mill-ewwel ċertifikat IMA 1 maħruġ għas-sena ta’ wara, il-kwantità meħtieġa tista’ tinkiseb billi jiġu kkanċellati ċ-ċertifikati IMA 1 addizzjonali, f’sekwenza, jew parti minnhom skont kif hemm bżonn.

Il-kwantitajiet kollha li għalihom iċ-ċertifikati IMA 1 jew parti minnhom kienu kkanċellati għas-sena kkonċernata għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet li għalihom jistgħu jinħarġu ċertifikati IMA 1 għal dik is-sena tal-kwota.

Il-kwantitajiet kollha li nġarru mis-sena tal-kwota ta’ wara li għalihom ġie/ġew ikkanċellat(i) ċertifikat jew ċertifikati IMA 1, għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet li għalihom jistgħu jinħarġu ċ-ċertifikati IMA 1 għal dik is-sena tal-kwota.

A6 —   REGOLI BIEX JIMTLEW IĊ-ĊERTIFIKATI IMA 1

Minbarra l-kaxxi 1, 2, 4, 5, 9, 17 u 18 taċ-ċertifikat IMA 1, għandhom jimtlew il-kaxxi li ġejjin:

(a)

fir-rigward tal-ġobnijiet Cheddar li joriġinaw fl-Awstralja li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 0406 90 21 u elenkati taħt il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4521:

—

il-kaxxa 7, billi jkun speċifikat ‘ġobnijiet sħaħ taċ-Cheddar’;

—

il-kaxxa 10, billi jkun speċifikat ‘ħalib tal-baqra prodott esklużivament id-dar’;

—

il-kaxxa 11, billi jkun speċifikat ‘mill-inqas 50 %’;

—

il-kaxxa 14, billi jkun speċifikat ‘mill-inqas 3 xhur’;

—

il-kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida;

(b)

fir-rigward tal-ġobnijiet maħsuba għall-ipproċessar li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 90 01 u elenkati taħt il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4522:

—

il-kaxxa 10, billi jkun speċifikat ‘ħalib tal-baqra prodott esklużivament id-dar”;

—

il-kaxxa 16, billi jkun speċifikat il-perjodu li għalih il-kwota hija valida.

A7 —   IL-KORPI TAL-ĦRUĠ GĦAĊ-ĊERTIFIKATI IMA 1

Pajjiż terz

Kodiċi NM u deskrizzjoni tal-prodott

Korp tal-ħruġ

 

 

 

Isem

Post

L-Awstralja

0406 90 01

0406 90 21

Ġobon Cheddar u ġobon ieħor għall-ipproċessar

Ġobon Cheddar

Australian Quarantine Inspection Service

Department of Agriculture, Fisheries and Forestry

PO Box 60

World Trade Centre

Melbourne VIC 3005

L-Awstralja

+61 3 92 46 67 10

Fax +61 3 92 46 68 00

New Zealand

0405 10

0406

Butir

Ġobon u baqta

Ministry for Primary Industries

Pastoral House

25 The Terrace

PO Box 2526

Wellington 6140

New Zealand

Tel. +64 4 830 1574

www.mpi.govt.nz”

 

(b)

Il-Parti B1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“B1 —   Identifikazzjoni tal-kwoti maħruġa mill-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-grupp f’konformità man-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti

Identifikazzjoni tal-kwota

Kwantità annwali disponibbli

Numru tal-grupp

Deskrizzjoni tal-grupp

 

kg

(1)

(2)

(3)

(4)

16

Mhux speċifikament previst (NSPF)

16-Tokyo

835 707

16-Uruguay

3 168 576

17

Ġobon tat-tursina

17-Uruguay

347 078

18

Ġobon Cheddar

18-Uruguay

333 515

20

Ġobon Edam/Gouda

20-Uruguay

1 100 000

21

Tip Taljan

21-Uruguay

2 025 000

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tat-toqob

22-Tokyo

393 006

22-Uruguay

380 000

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tat-toqob

25-Tokyo

4 003 172

16-Uruguay

2 420 000 ”


(1)  Għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4521 biss

(2)  Ħassar kif xieraq.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2652/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)