|
21.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/26 |
It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament tan-NU Nru 118 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar kif jinħarqu u/jew impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti, ta’ ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi motorizzati [2020/241]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 1 tas-serje ta’ emendi 03 — Data tad-dħul fis-seħħ: 16 ta’ Ottubru 2018
Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2013/12 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2016/14 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2017/16 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2017/18 u |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2018/24 |
KONTENUT
REGOLAMENTAZZJONI
1. Kamp ta’ applikazzjoni
2. Definizzjonijiet: Ġenerali
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
4. Approvazzjoni
5. Parti I: L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward kif jinħarqu l-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u rigward kif jinħarqu l-kejbils tal-elettriku u s-sleeves tal-kejbils jew il-kondjuwits tal-kejbils użati fil-vetturi u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils jew lubrikanti, tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin
6. Parti II: L-approvazzjoni ta’ komponent rigward kif jinħaraq u/jew l-impermeabbiltà tiegħu għal fjuwils jew lubrikanti
7. Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni
8. Konformità tal-produzzjoni
9. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
10. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
11. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
12. Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
ANNESSI
1. Dokument ta’ informazzjoni dwar il-vettura
2. Dokument ta’ informazzjoni dwar il-komponent
3. Komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura)
4. Komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta’ tip ta’ komponent)
5. Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
6. Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali
7. Test li jiddetermina kif idubu l-materjali
8. Test li jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali
9. Test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
10. Test li jiddetermina r-reżistenza tal-kejbils tal-elettriku għall-propagazzjoni tal-fjammi
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
1.1. Dan ir-Regolament japplika għal kif jinħarqu (l-infjammabbiltà, ir-rata tal-ħruq u kif idubu) il-materjali li jintużaw fil-vetturi tal-kategoriji M3, il-Klassijiet II u III (1), u l-impermeabbiltà tagħhom għal fjuwils jew lubrikanti.
L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:
1.2. Parti I — L-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura rigward kif jinħarqu u/jew l-impermeabbiltà għal fjuwils u lubrifikanti tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u rigward kif jinħarqu l-kejbils tal-elettriku u s-sleeves tal-kejbils jew il-kondjuwits tal-kejbils użati għall-protezzjoni tal-kejbils tal-elettriku fil-vetturi.
1.3. Parti II — L-approvazzjoni ta’ komponent installat fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, rigward kif jinħaraq u/jew l-impermeabbiltà tiegħu għal fjuwils u lubrikanti.
2. DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI
2.1. “Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp li huma responsabbli lejn l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b’mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta’ approvazzjoni.
2.2. “Kompartiment ta’ ġewwa” tfisser kull kompartiment maħsub għall-passiġġieri, għas-sewwieqa u/jew għall-ekwipaġġ, li jkun imdawwar mill-faċċata/i ta’ ġewwa ta’ dawn l-elementi:
|
(a) |
Is-saqaf; |
|
(b) |
L-art; |
|
(c) |
Il-faċċati ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub; |
|
(d) |
Il-bibien; |
|
(e) |
Il-ħġieġ ta’ barra; |
2.3. “Il-kompartiment tal-magna” tfisser il-kompartiment li fih tkun installata l-magna u li fih jista’ jiġi installat ħiter tal-kombustjoni.
2.4. “Kompartiment separat tat-tisħin” tfisser kompartiment għall-ħiter tal-kombustjoni li jkun barra l-kompartimenti ta’ ġewwa u tal-magna.
2.5. “Materjali tal-produzzjoni” tfisser prodotti, f’għamla ta’ materjali kbar (eż. rombli ta’ tapizzerija) jew komponenti prefabbrikati li jiġu fornuti lill-manifattur biex jintużaw f’tip ta’ vettura li jkun approvat skont dan ir-Regolament, jew fornuti lil workshop biex jintużaw għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi.
2.6. “Sit” tfisser struttura li tista’ tkun jew ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn sit forma ta’ bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna adulta waħda.
2.7. “Grupp ta’ sits” tfisser jew tip ta’ sit f’forma ta’ bank jew sits li huma separati imma ħdejn xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit wieħed allinjati ma’ jew ’il quddiem mill-ankraġġi ta’ wara nett u allinjati ma’ jew wara l-ankraġġi ta’ quddiem nett ta’ sit ieħor) u li jakkomoda persuna adulta bilqiegħda waħda jew aktar.
2.8. “Sit f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha jpoġġu aktar minn persuna adulta waħda.
2.9. “Materjal installat f’pożizzjoni vertikali” tfisser materjal installat fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, li l-inklinazzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 fil-mija mil-linja orizzontali meta l-vettura tkun bil-massa tagħha f’kundizzjoni tas-sewqan u fuq art orizzontali u lixxa.
2.10. “Kejbil tal-elettriku” tfisser kejbil single-core jew kejbil multi-core, u meta jkun applikabbli miksi, skrinjat u mhux skrinjat, b’żewġ cores jew aktar paralleli maġenb xulxin u magħqudin, mibrumin, jew immaljati, inklużi cores li jiffurmaw assemblaġġ wieħed li jippermetti t-trasferiment ta’ sinjali elettriċi minn apparat wieħed għall-ieħor.
2.11. “Sleeve tal-kejbils” tfisser kwalunkwe komponent li jħaddan fih kejbils single-core ma’ kejbil multi-core jew ma’ kejbils tal-elettriku.
2.12. “Kondjuwit tal-kejbils” tfisser kwalunkwe komponent li jkopri kejbils tal-elettriku biex jiggwida jew iwassal il-kejbils (eż. tubi, kanali, passaġġi) jew jorbot il-kejbils tal-elettriku mal-vettura.
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.
3.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-informazzjoni li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness 1 jew fl-Anness 2.
3.3. Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:
3.3.1. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ vettura: vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat.
3.3.2. Fil-każ ta’ komponenti li t-tip tagħhom huwa diġà approvat: fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tiġi inkluża lista tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip u tad-deżinjazzjonijiet tat-tip tal-manifattur tal-partijiet ikkonċernati;
3.3.3. Fil-każ ta’ komponenti li ma għandhomx approvazzjoni tat-tip:
3.3.3.1. Kampjuni, li n-numru tagħhom huwa speċifikat fl-Annessi 6 sa 9, tal-komponenti użati fil-vetturi, li huma rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat;
3.3.3.2. Barra minn hekk, għandu jiġi ppreżentat kampjun wieħed lis-Servizz Tekniku biex iservi bħala referenza fil-futur;
3.3.3.3. Għal apparati bħal sits, purtieri, ġnub diviżorji, eċċ., il-kampjuni speċifikati fil-paragrafu 3.3.3.1 flimkien ma’ apparat wieħed sħiħ, kif imsemmi qabel.
3.3.3.4. Il-kampjuni jridu jiġu mmarkati b’mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant u bl-indikazzjoni tat-tip.
4. APPROVAZZJONI
4.1. Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata.
4.2. Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03, li jikkorrispondu għas-serje ta’ emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif iddefinit f’dan ir-Regolament.
4.3. Għandha tiġi kkomunikata notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ waħda mill-formoli konformi mal-mudelli fl-Annessi 3 jew 4, kif xieraq, skont dan ir-Regolament.
4.4. Ma’ kull vettura li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, fejn tidher sew u f’pożizzjoni faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni magħmula minn:
4.4.1. Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);
4.4.2. In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “I” li jindika l-Parti I ta’ dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.4.3. Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil- 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, ir-Regolamenti li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jiġu indikati f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.4.4. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar.
4.4.5. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.
4.5. Il-materjali tal-produzzjoni ma għandhomx jiġu mmarkati individwalment. Madankollu, l-imballaġġ tagħhom għandu jkun immarkat bil-marka tal-approvazzjoni internazzjonali, li tkun magħmula minn:
4.5.1. Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni 2;
4.5.2. In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “II” li jindika l-Parti II ta’ dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.5.3. Viċin iċ-ċirku:
4.5.3.1. Simboli li jindikaw id-direzzjoni li fiha jista’ jiġi installat il-materjal:
|
|
Għad-direzzjoni orizzontali (ara l-paragrafu 6.2.1), |
|
|
Għad-direzzjoni vertikali (ara l-paragrafi 6.2.3 u 6.2.4), |
|
|
Għad-direzzjonijiet orizzontali u vertikali (ara l-paragrafi 6.2.1, 6.2.3 u 6.2.4); |
4.5.3.2. Is-simbolu “V” li jindika li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.
4.5.4. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u b’tali mod li ma tkunx tista’ titħassar.
4.6. Il-komponenti jistgħu jkunu mmarkati bil-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 4.5.
4.6.1. Jekk il-komponenti sħaħ bħalma huma s-sits, il-ġnub diviżorji, l-ixkafef għall-bagalji, eċċ. jkunu mmarkati, din il-marka għandu jkun fiha s-simbolu “CD” li jindika li l-komponent ġie approvat bħala apparat sħiħ.
4.7. L-Anness 5 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni.
5. PARTI I: L-APPROVAZZJONI TA’ TIP TA’ VETTURA RIGWARD KIF JINĦARQU L-KOMPONENTI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TA’ ĠEWWA, FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA U FI KWALUNKWE KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN U RIGWARD KIF JINĦARQU L-KEJBILS TAL-ELETTRIKU U S-SLEEVES TAL-KEJBILS JEW IL-KONDJUWITS TAL-KEJBILS UŻATI FIL-VETTURI U/JEW L-IMPERMEABBILTÀ GĦAL FJUWILS JEW LUBRIKANTI, TAL-MATERJALI IŻOLANTI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA U FI KWALUNKWE KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN
5.1. Definizzjoni
Għall-iskop tal-Parti I ta’ dan ir-Regolament,
5.1.1. “Tip ta’ vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħad-deżinjazzjoni tat-tip tal-manifattur.
5.2. Speċifikazzjonijiet
5.2.1. Il-materjali fil-kompartiment ta’ ġewwa u mhux aktar minn 13-il mm ’il barra minnu, il-materjali tal-kompartiment tal-magna, il-materjali ta’ kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u l-kejbils tal-elettriku, is-sleeves tal-kejbils jew il-kondjuwits tal-kejbils li jintużaw fil-vettura li trid tiġi approvata għat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament.
5.2.2. Il-materjali u/jew it-tagħmir li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin u/jew fl-apparat approvat bħala komponenti, kejbils tal-elettriku u sleeves tal-kejbils jew kondjuwits tal-kejbils li jintużaw fil-vettura għandhom jiġu installati b’mod li jimminimizzaw ir-riskju ta’ żvilupp u propagazzjoni tal-fjammi.
5.2.3. Dawn il-materjali u/jew it-tagħmir għandhom jiġu installati skont l-iskopijiet li jkunu maħsuba għalihom u skont it-test(ijiet) li jkunu għaddew minnhom (ara l-paragrafi 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, u 6.2.7), speċjalment fir-rigward ta’ kif jinħarqu u kif idubu (direzzjoni orizzontali/vertikali) u/jew rigward l-impermeabbiltà tagħhom għal fjuwils jew lubrikanti.
5.2.4. Kwalunkwe aġent adeżiv li jintuża biex jitwaħħal il-materjal intern mal-istruttura ta’ appoġġ tiegħu m’għandux, kemm jista’ jkun, jaggrava l-mod ta’ kif jinħaraq il-materjal.
6. PARTI II: L-APPROVAZZJONI TA’ KOMPONENT RIGWARD KIF JINĦARAQ U/JEW L-IMPERMEABBILTÀ TIEGĦU GĦAL FJUWILS JEW LUBRIKANTI
6.1. Definizzjonijiet
Għall-iskop tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament,
6.1.1. “Tip ta’ komponent” tfisser komponenti li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
6.1.1.1. Id-deżinjazzjoni tat-tip tal-manifattur,
6.1.1.2. L-użu maħsub (tapizzerija tas-sits, il-kisi tas-saqaf, l-iżolazzjoni eċċ.),
6.1.1.3. Il-materjal(i) ta’ bażi (eż. suf, plastik, lastiku, materjali mħallta),
6.1.1.4. L-għadd ta’ saffi fil-każ ta’ materjali komposti, u
6.1.1.5. Il-karatteristiċi l-oħra sa fejn dawn ikollhom effett sinifikanti fuq il-prestazzjoni preskritta f’dan ir-Regolament.
6.1.2. “Rata tal-ħruq” tfisser il-kwozjent tad-distanza maħruqa mkejjel skont l-Anness 6 u/jew l-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament u l-ħin li damet biex tinħaraq din id-distanza. Din tiġi indikata f’millimetri kull minuta.
6.1.3. “Materjal kompost” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta’ materjali simili jew differenti bl-uċuħ imwaħħla flimkien permezz ta’ simentar, kolla, cladding, iwweldjar, eċċ. Meta jkunu mwaħħlin flimkien materjali differenti b’mod intermittenti (pereżempju, permezz ta’ ħjata, ta’ wweldjar bi frekwenza għolja, ta’ viti), dawn il-materjali m’għandhomx jitqiesu bħala materjali komposti.
6.1.4. “Faċċata esposta” tfisser in-naħa ta’ materjal li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-magna u lejn kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin meta l-materjal jiġi mmuntat fil-vettura.
6.1.5. “Tapizzerija” tfisser l-ikkuttunar intern flimkien mal-materjal tal-finitura tal-wiċċ li flimkien jikkostitwixxu l-kuxin tal-qafas tas-sit.
6.1.6. “Kisjiet interni” tfisser materjal(i) li (flimkien) jikkostitwixxi/u l-finitura tal-wiċċ u tas-sottostrat ta’ saqaf, ta’ ġenb jew ta’ art.
6.1.7. “Materjal(i) iżolanti” tfisser materjal(i) li jintuża(w) biex inaqqsu t-trasferiment tas-sħana permezz tal-konduzzjoni, tar-radjazzjoni jew tal-konvezzjoni, u li jintuża(w) biex jaqtgħu l-ħsejjes fil-kompartiment tal-magna u kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin.
6.1.8. “Impermeabbiltà għal fjuwils u lubrikanti” tfisser il-kapaċità tal-materjali biex ma jassorbux fjuwils jew lubrikanti, imkejla skont l-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.
6.2. Speċifikazzjonijiet
6.2.1. Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f’pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment ta’ ġewwa u, |
|
(b) |
Materjal(i) iżolanti installat(i) f’pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin. |
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq orizzontali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl.
Il-materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal- 6.2.3 jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-paragrafu.
6.2.2. Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
Materjal(i) u materjal(i) komposti installati aktar minn 500 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit u fis-saqaf tal-vettura, |
|
(b) |
Materjal(i) iżolanti installat(i) fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin. |
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ma tifforma l-ebda qatra li tqabbad it-tajjar.
6.2.3. Dawn il-materjali għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f’pożizzjoni vertikali fil-kompartiment ta’ ġewwa, |
|
(b) |
Materjal(i) iżolanti installat(i) f’pożizzjoni vertikali fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin. |
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinqered għalkollox xi waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar.
6.2.4. Materjali li jiksbu valur medju tas-CFE (fluss termiku kritiku fil-ħin li jintefa n-nar) li jkun ta’ 20 kW/m2 jew aktar meta jiġu ttestjati skont l-ISO 5658-2 (3), jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2 u 6.2.3, sakemm ma jiġi nnutat l-ebda taqtir inkandexxenti meta jkunu qegħdin jitqiesu l-agħar riżultati tat-testijiet.
6.2.5. Il-materjal(i) iżolanti kollha installati fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin għandhom jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.
Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, iż-żieda fil-piż tal-kampjun tat-test ma tkunx aktar minn 1 g.
L-ispazji vojta li jkunu meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, eż. biex minn ġol-materjal jgħaddu xi tubi jew partijiet tal-istruttura, huma permessi sakemm tinżamm il-protezzjoni (eż. permezz ta’ siġillant jew tejp, jew xi mezz ieħor).
6.2.6. Kwalunkwe kejbil tal-elettriku itwal minn 100 mm li jintuża fil-vettura għandu jgħaddi mit-test tar-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi deskritt fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament. Bħala alternattiva għal dawn ir-rekwiżiti, tista’ tiġi applikata l-proċedura tat-test deskritta fil-paragrafu 5.22 tal-istandard ISO 6722-1:2011. Ir-rapporti tat-test u l-approvazzjonijiet ta’ komponenti miksuba skont il-paragrafu 12 tal-ISO 6722:2006 għandhom jibqgħu validi.
L-esponiment għall-fjamma tat-test għandu jkun tlesta:
|
(1) |
Għall-kejbils single-core:
jew |
|
(2) |
Għall-kejbils single- jew multi-core miksija, skrinjati jew mhux skrinjati b’total tad-daqsijiet ta’ kondutturi ta’ 15-il mm2 jew iżgħar:
jew |
|
(3) |
Għall-kejbils single- jew multi-core miksija, skrinjati jew mhux skrinjati b’total tad-daqsijiet ta’ kondutturi ta’ aktar minn 15-il mm2:
Il-kejbils tal-elettriku skont (2) jistgħu jiġu ttestjati kompletament jew separatament. Il-kejbils tal-elettriku skont (3) għandhom jiġu ttestjati separatament. Ir-riżultat tat-test jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, kwalunkwe fjamma ta’ kombustjoni tal-materjal iżolanti tintefa fi żmien 70 sekonda u mill-inqas 50 mm tal-iżolant fin-naħa ta’ fuq tal-kampjun tat-test jibqa’ mhux maħruq. |
6.2.7. Kwalunkwe sleeve tal-kejbils jew kondjuwit tal-kejbils itwal minn 100 mm għandu jgħaddi mit-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq tal-materjali kif speċifikat fl-Anness 8. Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx aktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinqered għalkollox xi waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar.
6.2.8. Il-materjali li mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-testijiet deskritti fl-Annessi 6 sa 8 huma:
6.2.8.1. Il-partijiet magħmula mill-metall jew mill-ħġieġ;
6.2.8.2. Kull aċċessorju individwali ta’ sit b’massa ta’ materjal mhux metalliku ta’ anqas minn 200 g. Jekk il-massa totali ta’ dawn l-aċċessorji taqbeż l-400 g ta’ materjal mhux metalliku għal kull sit, allura għandu jiġi ttestjat kull materjal individwali;
6.2.8.3. L-elementi li l-erja tas-superfiċe jew il-volum tagħhom ma jkunux aktar minn, rispettivament:
6.2.8.3.1. 100 cm2 jew 40 cm3 għall-elementi li huma marbutin ma’ post bilqiegħda individwali;
6.2.8.3.2. 300 cm2 jew 120 cm3 għal kull filliera ta’ sits u, bħala massimu, għal kull metru lineari ta’ ġewwa l-kompartiment ta’ ġewwa għal dawn l-elementi li huma mqassma fil-vettura u li mhumiex marbutin ma’ post bilqiegħda individwali;
6.2.8.4. Elementi li għalihom ma jkunx possibbli li jittieħed kampjun fid-dimensjonijiet preskritti kif speċifikat fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6, fil-paragrafu 3. tal-Anness 7, u fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 8.
7. MODIFIKA TAT-TIP U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI
7.1. Kull modifika ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura jew tal-komponent. L-Awtorità mbagħad tista’ jew:
7.1.1. Tikkunsidra li l-modifiki li saru x’aktarx ma jkollhom l-ebda effett negattiv notevoli u li fi kwalunkwe każ il-vetturi jew il-komponenti għadhom konformi mar-rekwiżiti, jew
7.1.2. Titlob li jsir rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.
7.2. Konferma jew rifjut ta’ approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal din l-estensjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:
8.1. Il-vetturi/komponenti approvati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu manifatturati b’tali mod li jkunu konformi mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament.
8.2. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.
9. PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
9.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux issodisfati.
9.2. Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, din għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudelli fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-Awtorità għandha minnufih tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 3 jew dak fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, ir-rifjut, l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
12. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
12.1. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.
12.2. Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.
12.3. Minn 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.
12.4. Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.
12.5. Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi 00 ta’ dan ir-Regolament.
12.6. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.
12.7. Minn 48 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.
12.8. Minn 60 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.
12.9. Minn 96 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.
12.10. Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.
12.11. Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
12.12. Mill-1 ta’ Settembru 2019, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ vettura jew it-tip ta’ komponent li jrid jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
12.13. Mill-1 ta’ Settembru 2021, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta’ vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.
12.14. Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 — http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(3) ISO 5658-2:2006 Reazzjoni għat-testijiet tan-nar — tixrid tal-fjamma — Il-Parti 2: Tixrid laterali fuq il-prodotti tal-bini u tat-trasport f’konfigurazzjoni vertikali.
ANNESS 1
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-VETTURA
Skont il-paragrafu 3.2 ta’ dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward kif jinħarqu l-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, u/jew rigward l-impermeabbiltà tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin.
1. ĠENERALI
1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …
1.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …
1.4. Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: …
1.5. Kategorija tal-vettura (1): …
1.6. Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.7. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
2. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
2.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:
3. KAROZZERIJA
Fittings interni u/jew materjali iżolanti
3.1. Sits
3.1.1. Numru: …
3.2. Materjal(i) li jintużaw fil-kompartiment ta’ ġewwa, fejn għal kull materjal għandu jiġi indikat
3.2.1. Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, jekk disponibbli: …
3.2.2. Għamla: …
3.2.3. Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.2.4. Ittestjat skont il-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4 (2): …
3.2.5. Għal materjali mhux approvati
3.2.5.1. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: …/…. …
3.2.5.2. Materjal kompost/uniku (2), numru ta’ saffi (2): …
3.2.5.3. Tip ta’ kisja (2): …
3.2.5.4. Ħxuna massima/minima …mm
3.3. Materjali li jintużaw għall-iżolazzjoni fil-kompartiment tal-magna u/jew fil-kompartiment separat tat-tisħin, fejn għal kull materjal għandu jiġi ddikjarat
3.3.1. Numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent, jekk disponibbli: …
3.3.2. Għamla: …
3.3.3. Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.3.4. Ittestjat skont il-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5 (2): …
3.3.5. Għal materjali mhux approvati
3.3.5.1. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni:. …/….. …
3.3.5.2. Materjal kompost/uniku (2), numru ta’ saffi (2): …
3.3.5.3. Tip ta’ kisja (2): …
3.3.5.4. Ħxuna massima/minima …mm
3.4. Il-kejbils tal-elettriku, fejn għal kull tip għandu jiġi ddikjarat
3.4.1. In-numru/i tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, jekk disponibbli …
3.4.2. Għamla: …
3.4.3. Deżinjazzjoni tat-tip: …
3.4.4. Għal materjali mhux approvati
3.4.4.1. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni:. …/….. …
3.4.4.2. Materjal kompost/uniku (2), numru ta’ saffi (2): …
3.4.4.3. Tip ta’ kisja (2): …
3.4.4.4. Ħxuna massima/minima …mm
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.6 para. 2).
(2) Ħassar dak li ma japplikax.
ANNESS 2
DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-KOMPONENT
Skont il-paragrafu 3.2 tar-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, rigward il-mod kif jinħarqu l-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta’ ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew l-impermeabbiltà tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fi kwalunkwe kompartiment separat tat-tisħin, għal fjuwils jew lubrikanti.
1. ĠENERALI
1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Tip u deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …
1.3. Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.4. Fil-każ ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati, il-pożizzjoni ul-metodu ta’ twaħħil tal-marka tal-approvazzjoni: …
1.5. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
2. MATERJALI INTERNI
2.1. Materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)
Materjal maħsub biex jiġi installat aktar minn 500 mm ’il fuq mill-kuxin tas-sit u/jew fis-saqaf tal-vettura: iva/mhux applikabbli (1)
2.2. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni:. …/… …
2.3. Materjal kompost/uniku (1), numru ta’ saffi (1): …
2.4. Tip ta’ kisja (1): …
2.5. Ħxuna massima/minima …mm
2.6. Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
3. MATERJALI IŻOLANTI
3.1. Materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)
3.2. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni: …/… …
3.3. Materjal kompost/uniku (1), numru ta’ saffi (1): …
3.4. Tip ta’ kisja (1): …
3.5. Ħxuna massima/minima …mm
3.6. Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
4. KEJBILS TAL-ELETTRIKU
4.1. Materjal(i) li jintuża(w) għal: …
4.2. Materjal(i) ta’ bażi/deżinjazzjoni:. …/… …
4.3. Materjal kompost/uniku (1), numru ta’ saffi (1): …
4.4. Tip ta’ kisja (1): …
4.5. Ħxuna massima/minima …mm
4.6. Numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
(1) Ħassar dak li ma japplikax.
ANNESS 3
KOMUNIKAZZJONI
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni: |
|
|
……… |
|
|
|
|
dwar (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni rifjutata |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura skont ir-Regolament tan-NU Nru 118
|
Nru tal-approvazzjoni … |
Nru tal-estensjoni … |
|
Raġuni għall-estensjoni … |
|
TAQSIMA I
ĠENERALI
1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Tip: …
1.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura/il-komponent/l-unità teknika separata (2), (1): …
1.3.1. Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: …
1.4. Kategorija tal-vettura (2): …
1.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.6. Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …
1.7. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli)
2. Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk ikun hemm): …
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
9. L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jista’ jinkiseb wara talba għalih, jinsab mehmuż.
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni.
(2) Ħassar dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn annotazzjoni waħda).
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
(2) Kif definit fl-Anness 7 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2).
ANNESS 4
KOMUNIKAZZJONI
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
maħruġa minn: |
Isem l-amministrazzjoni: |
|
|
……… |
|
|
|
|
dwar (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni rifjutata |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ komponent skont ir-Regolament tan-NU Nru 118
|
Nru tal-approvazzjoni … |
Nru tal-estensjoni … |
|
Raġuni għall-estensjoni: … |
|
TAQSIMA I
ĠENERALI
1.1. Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. Tip: …
1.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-komponent (3): …
1.3.1. Il-pożizzjoni ta’ dik il-marka: …
1.4. Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.5. Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni: …
1.6. Indirizz(i) tal-impjant(i) fejn isir l-assemblaġġ: …
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): Ara l-Appendiċi 1
2. Servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
3. Data tar-rapport tat-test: …
4. Numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk ikun hemm): …
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
9. L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, li jista’ jinkiseb wara talba għalih, jinsab mehmuż.
(1) Numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni.
(2) Ħassar dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli iktar minn annotazzjoni waħda).
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikun fih karattri li mhumiex rilevanti għad-deskrizzjoni tat-tipi tal-vettura, tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
APPENDIĊI 1
Appendiċi tal-formola ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont ir-Regolament tan-NU Nru 118
1. Informazzjoni addizzjonali.
1.1. Materjali interni
1.1.1. Id-direzzjoni li fiha jista’ jiġi installat il-komponent: id-direzzjoni(jiet) orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1).
1.1.2. Jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2: iva/mhux applikabbli (1)
1.1.3. Il-konformità tal-komponenti approvati bħala apparati sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)
1.1.4. Kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ użu u rekwiżiti tal-installazzjoni: …
1.2. Materjali iżolanti
1.2.1. Id-direzzjoni li fiha jista’ jiġi installat il-komponent: id-direzzjoni(jiet) orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1).
1.2.2. Il-konformità tal-komponenti approvati bħala apparati sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)
1.2.3. Kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ użu u rekwiżiti tal-installazzjoni: …
1.3. Kejbils tal-elettriku
1.3.1. Kwalunkwe restrizzjonijiet ta’ użu u rekwiżiti tal-installazzjoni: …
2. Rimarki: …
(1) Ħassar dak li ma japplikax.
ANNESS 5
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
EŻEMPJU 1
(ara l-Parti I ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla fuq vettura, turi li t-tip konċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti I tar-Regolament tan-NU Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 031234. L-ewwel żewġ ċifri (03) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta’emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru. 118.
EŻEMPJU 2
(Ara l-Parti II ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti II tar-Regolament tan-NU Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 031234. L-ewwel żewġ ċifri (03) tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta’emendi 03 tar-Regolament tan-NU Nru. 118.
|
|
Dan is-simbolu addizzjonali jindika d-direzzjoni li fiha jista’ jiġi installat il-komponent. |
|
|
Dan is-simbolu addizzjonali jindika li l-komponent jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2. |
|
|
Dan is-simbolu addizzjonali jindika approvazzjoni bħala apparat sħiħ, pereżempju sits, ġnub diviżorji, eċċ. |
Is-simboli addizzjonali jintużaw biss jekk ikunu applikabbli.
ANNESS 6
TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ ORIZZONTALI TAL-MATERJALI
1. TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU
|
1.1. |
Fil-każ ta’ materjal iżotropiku, għandhom jiġu ttestjati ħames kampjuni, u għaxar kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku (ħamsa għal kull direzzjoni). |
|
1.2. |
Il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-materjal li jkun qed jiġi ttestjat. Il-materjali li għandhom rati tal-ħruq differenti f’direzzjonijiet differenti, għandhom jiġu ttestjati għal kull direzzjoni. Il-kampjuni jridu jittieħdu u jitqiegħdu fl-apparat tat-test biex titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq. Meta l-materjal ikun fornit fi strixxi skont il-wisa’, għandu jinqata’ tul ta’ mill-inqas 500 mm li jkopri l-wisa’ kollha. Minn din l-istrixxa maqtugħa, il-kampjuni għandhom jittieħdu b’mod li jkunu mill-inqas 100 mm mit-tarf tal-materjal u ekwidistanti minn xulxin. Bl-istess mod għandhom jittieħdu l-kampjuni minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti li dan isir. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq, bi qbil mas-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna inizjali tal-materjal, u dan għandu jissemma fir-rapport tat-test.
Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) għandhom jiġu ttestjati daqslikieku kienu ta’ kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta’ 13-il mm mill-wiċċ li jkun faċċata tal-kompartiment rispettiv għandhom jiġu ttestjati individwalment. |
|
1.3. |
Il-kampjun jinżamm orizzontalment f’ħowlder forma ta’ U u jiġi espost għall-azzjoni ta’ fjamma definita għal 15-il sekonda f’kompartiment tal-kombustjoni, fejn il-fjamma taġixxi fuq it-tarf tal-kampjun li jisporġi mill-kontenitur. It-test jiddetermina jekk u meta tintefa l-fjamma jew il-ħin li fih il-fjamma taqbeż distanza mkejla. |
2. APPARAT
|
2.1. |
Kompartiment tal-kombustjoni (Figura 1), preferibbilment tal-azzar inossidabbli u bid-dimensjonijiet indikati fil-Figura 2. Il-faċċata ta’ quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa tal-osservazzjoni reżistenti għall-fjammi, li tista’ tgħatti l-faċċata ta’ quddiem u li tista’ sservi bħala bieba għall-aċċess.
Il-qiegħ tal-kompartiment għandu t-toqob għall-arja, u n-naħa ta’ fuq għandha xaqq għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-kombustjoni jitqiegħed fuq erba’ saqajn, b’għoli ta’ 10 mm. Il-kompartiment jista’ jkollu toqba f’tarf wieħed minn fejn jiddaħħal il-ħowlder tal-kampjun; fin-naħa l-oħra, ikun hemm toqba għall-pajp tal-gass. Il-materjal imdewweb jinqabad f’dixx (ara l-Figura 3) li jitpoġġa fil-qiegħ tal-kompartiment bejn ix-xquq għall-arja b’mod li ma jgħatti ebda toqba tal-arja. |
Figura 1
Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni bil-ħowlder tal-kampjun u d-dixx tat-taqtir
Figura 2
Eżempju ta’ kompartiment tal-kombustjoni
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Figura 3
Dixx tat-taqtir tipiku
(Dimensjonijiet f’millimetri)
|
2.2. |
Ħowlder tal-kampjun, magħmul minn żewġ pjanċi tal-metall forma ta’ U jew frejms magħmulin minn materjal reżistenti għall-korrużjoni. Id-dimensjonijiet huma indikati fil-Figura 4.
Il-pjanċa ta’ isfel tkun mgħammra b’pinnijiet, u dik ta’ fuq b’toqob korrispondenti sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b’mod konsistenti. Il-pinnijiet iservu wkoll bħala punti tal-kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq. Għandu jkun hemm rfid fil-forma ta’ wajers reżistenti għas-sħana b’dijametru ta’ 0,25 mm li jgħaddu minn naħa għall-oħra tal-frejm ta’ taħt bil-forma ta’ U, b’intervalli ta’ 25 mm (ara l-Figura 5). Il-wiċċ ta’ taħt tal-kampjuni għandu jkun 178 mm ’il fuq mill-pjanċa tal-art. Id-distanza tat-tarf ta’ quddiem tal-ħowlder tal-kampjun mit-tarf tal-kompartiment għandha tkun ta’ 22 mm; id-distanza tal-ġnub lonġitudinali tal-ħowlder tal-kampjun mill-ġnub tal-kompartiment għandha tkun ta’ 50 mm (kollha dimensjonijiet interni). (Ara l-Figuri 1 u 2) |
Figura 4
Eżempju ta’ ħowlder tal-kampjun
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Figura 5
Eżempju ta’ sezzjoni ta’ disinn tal-frejm ta’ taħt bil-forma ta’ U, għat-tagħmir tal-irfid tal-wajer
(Dimensjonijiet f’millimetri)
2.3. Berner tal-gass
Sabiex titqabbad il-fjamma jintuża Bunsen berner b’dijametru intern ta’ 9,5 ±0,5 mm. Dan jitqiegħed fil-kabinett tat-test b’tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tiegħu jkun 19 mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta’ taħt tat-tarf sporġut tal-kampjun (ara l-Figura 2).
2.4. Gass tat-test
Il-gass fornut lill-berner għandu jkollu valur kalorifiku ta’ madwar 38 MJ/m3 (eżempju gass naturali).
|
2.5. |
Pettne tal-metall, twil mill-anqas 110 mm, b’seba’ jew tmien snien lixxi ġejjin għat-tond, kull 25 mm. |
|
2.6. |
Stop-watch, bi preċiżjoni ta’ 0,5 sekondi. |
|
2.7. |
Kabinett għad-dħaħen. Il-kompartiment tal-kombustjoni jista’ jitpoġġa f’kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, iżda mhux aktar minn 110 darbiet ikbar mill-volum tal-kompartiment tal-kombustjoni u sakemm l-ebda dimensjoni tal-għoli, tal-wisa’, jew tat-tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn 2,5 ta’ kwalunkwe waħda miż-żewġ dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, għandha tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett għad-dħaħen 100 mm quddiem u wara tal-pożizzjoni finali fejn se jitpoġġa l-kompartiment tal-kombustjoni. Din trid tkun bejn 0,10 u 0,30 m/s biex tiġi evitata kwalunkwe skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista’ jintuża kabinett għad-dħaħen b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità xierqa tal-arja. |
3. KAMPJUNI
3.1. Forma u dimensjonijiet
|
3.1.1. |
Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni huma indikati fil-Figura 6. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi għall-ħxuna tal-prodott li għandu jiġi ttestjat. Ma għandhiex tkun aktar minn 13-il mm. Meta t-teħid tal-kampjun jippermetti, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti matul it-tul kollu tiegħu. |
Figura 6
Kampjun
(Dimensjonijiet f’millimetri)
|
3.1.2. |
Jekk il-forma u d-dimensjonijiet ta’ prodott ma jippermettux li jittieħed kampjun tad-daqs indikat, għandhom jinżammu dawn id-dimensjonijiet minimi:
|
|
3.1.3. |
Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test. |
3.2. Kundizzjonament
Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn 7 ijiem f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
4. PROĊEDURA
|
4.1. |
Qiegħed il-kampjuni li jkollhom wiċċ bil-pil jew bit-trofof fuq superfiċe ċatta u omxot darbtejn kontra l-pil bil-pettne (paragrafu 2.5). |
|
4.2. |
Qiegħed il-kampjun fil-ħowlder tal-kampjun (paragrafu 2.2) b’mod li n-naħa esposta tkun iħares ’l isfel lejn il-fjamma. |
|
4.3. |
Aġġusta l-fjamma tal-gass għal għoli ta’ 38 mm fuq il-marka fil-kompartiment, bid-dħul tal-arja fil-berner magħluq. Qabel ma jingħata bidu għall-ewwel test, il-fjamma trid tkun ilha mixgħula għal mill-anqas minuta biex tilħaq tistabbilizza ruħha. |
|
4.4. |
Imbotta l-ħowlder tal-kampjuni fil-kompartiment tal-kombustjoni hekk li t-tarf tal-kampjun ikun espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda aqtal-fluss tal-gass. |
|
4.5. |
Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta l-bażi tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva l-propagazzjoni tal-fjamma fuq in-naħa li tinħaraq aktar malajr mill-oħra (ta’ fuq jew ta’ taħt). |
|
4.6. |
Il-kejl tal-ħin tal-ħruq ikun lest meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sal-aħħar punt tal-kejl. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti dekomposta tal-kampjun, li s-superfiċe jew l-intern tiegħu jinqered mill-ħruq. |
|
4.7. |
Sakemm il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jinħaraq wara li l-berner ikun intefa, jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl, hekk li ma jitkejjel l-ebda ħin ta’ ħruq, niżżel fir-rapport tat-test li r-rata tal-ħruq hija 0 mm/min. |
|
4.8. |
Meta twettaq serje ta’ testijiet jew testijiet ripetuti, żgura li l-kompartiment tal-kombustjoni u l-kontenitur tal-kampjun ikollhom temperatura massima ta’ 30 °C qabel ma tibda t-test li jmiss. |
5. KALKOLU
Ir-rata tal-ħruq, B (1), f’millimetri kull minuta, tingħata permezz tal-formola:
B = 60 s/t
fejn:
|
s |
= |
id-distanza maħruqa, f’millimetri; |
|
t |
= |
il-ħin, f’sekondi, biex tinħaraq id-distanza s. |
(1) Ir-rata tal-ħruq (B) għal kull kampjun tiġi kkalkulata biss fil-każ li l-fjamma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl jew it-tarf tal-kampjun
ANNESS 7
TEST LI JIDDETERMINA KIF IDUBU L-MATERJALI
1. TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU
1.1. Għandhom jiġu ttestjati erba’ kampjuni għaż-żewġ faċċati (jekk dawn ma jkunux identiċi).
1.2. Il-kampjun għandu jitqiegħed f’pożizzjoni orizzontali u jiġi espost għal radjatur tal-elettriku. Taħt il-kampjun għandu jitqiegħed kontenitur biex jiġbor il-qtar li joħorġu. Fil-kontenitur jitqiegħed xi ftit tajjar biex jiġi vverifikat jekk tkunx qed tinħaraq xi qatra.
2. APPARAT
L-apparat għandu jkun magħmul minn (ara l-Figura 1):
|
(a) |
Radjatur tal-elettriku; |
|
(b) |
Irfid għall-kampjun, bi gradilja; |
|
(c) |
Kontenitur (għall-qtar li joħorġu); |
|
(d) |
Irfid (għall-apparat). |
2.1. Is-sors tas-sħana huwa radjatur tal-elettriku b’output utli ta’ 500 W. Is-superfiċe tar-radjazzjoni għandha tkun magħmula minn pjanċa tal-kwarz trasparenti b’dijametru ta’ 100 ± 5 mm.
Is-sħana rradjata mill-apparat, imkejla fuq superfiċe li tkun parallela mas-superfiċe tar-radjatur f’distanza ta’ 30 mm, trid tkun ta’ 3 W/cm2.
2.2. Kalibrazzjoni
Għall-kalibrazzjoni tar-radjatur, għandu jintuża miter tal-fluss tas-sħana (radjometru) tat-tip Gardon (fojl) b’medda tad-disinn li ma taqbiżx l-10 W/cm2. L-oġġett fil-mira li jirċievi r-radjazzjoni, u possibbilment xi ftit konvezzjoni wkoll, għandu jkun ċatt, tond, b’dijametru ta’ mhux iktar minn 10 mm u miksi b’finitura sewda matta reżistenti.
L-oġġett fil-mira jrid jitpoġġa ġo kontenitur imkessaħ bl-ilma li l-wiċċ ta’ quddiem tiegħu ikun magħmul minn metall ċatt illustrat tajjeb, b’forma tonda, b’dijametru ta’ madwar 25 mm, u li jikkoinċidi mal-pjan tal-oġġett fil-mira.
Ir-radjazzjoni ma għandha tgħaddi mill-ebda tieqa qabel ma tilħaq l-oġġett fil-mira.
L-istrument għandu jkun robust, sempliċi biex jintrama u jintuża, mhux sensittiv għall-kurrenti tal-arja, u stabbli waqt il-kalibrazzjoni. L-istrument għandu jkollu preċiżjoni ta’ ± 3 fil-mija u ripetibbiltà ta’ 0,5 fil-mija.
Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss tas-sħana għandha tiġi vverifikata kull darba li titwettaq kalibrazzjoni mill-ġdid tar-radjatur, billi titqabbel ma’ strument ikkunsidrat bħala standard ta’ referenza u li ma jintużax għal xi skop ieħor.
L-istrument tal-istandard ta’ referenza għandu jiġi kkalibrat kompletament darba fis-sena skont l-istandard nazzjonali.
2.2.1. Verifika tal-kalibrazzjoni
L-irradjanza prodotta mill-input tal-enerġija li l-kalibrazzjoni inizjali tkun uriet li tikkorrispondi għal irradjanza ta’ 3 W/cm2 trid tiġi vverifikata spiss (mill-inqas darba kull 50 siegħa ta’ tħaddim) u l-apparat għandu jiġi kkalibrat mill-ġdid jekk din il-verifika turi devjazzjoni ta’ aktar minn 0,06 W/cm2.
2.2.2. Proċedura tal-kalibrazzjoni
L-apparat għandu jitqiegħed f’ambjent essenzjalment ħieles minn kurrenti tal-arja (mhux iktar minn 0,2 m/s).
Qiegħed il-miter tal-fluss tas-sħana fl-apparat fil-pożizzjoni tal-kampjun b’mod li l-oġġett fil-mira tal-miter tal-fluss tas-sħana jkun jinsab f’pożizzjoni ċentrali fis-superfiċe tar-radjatur.
Ixgħel il-provvista elettrika u stabbilixxi l-input tal-enerġija tat-tagħmir tal-kontroll meħtieġ biex tiġi prodotta irradjanza fiċ-ċentru tas-superfiċe tar-radjatur ta’ 3 W/cm2. L-aġġustament fl-unità tal-enerġija biex jiġu reġistrati 3 W/cm2 għandu jkun segwit minn perjodu ta’ ħames minuti mingħajr aġġustament addizzjonali biex jiġi żgurat l-ekwilibriju.
2.3. L-irfid tal-kampjuni għandu jkun ċirku tal-metall (ara l-Figura 1). Fuq dan l-irfid titqiegħed gradilja, magħmula minn wajers tal-azzar inossidabbli, li jkollha dawn id-dimensjonijiet:
|
(a) |
Dijametru intern: 118 mm, |
|
(b) |
Dimensjoni tat-toqob: 2,10 mm kwadri, |
|
(c) |
Dijametru tal-wajer tal-azzar: 0,70 mm. |
2.4. Il-kontenitur għandu jkun magħmul minn tubu ċilindriku b’dijametru intern ta’ 118-il mm u fond ta’ 12-il mm. Il-kontenitur għandu jimtela bit-tajjar.
2.5. L-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 2.1, 2.3 u 2.4 għandhom jkunu appoġġati minn kolonna vertikali.
Ir-radjatur jitqiegħed fuq l-irfid b’tali mod li s-superfiċe tar-radjazzjoni tkun orizzontali u r-radjazzjoni tkun ’l isfel.
Għandu jkun hemm lieva/pedala fil-kolonna biex terfa’ l-irfid tar-radjatur bil-mod. Għandu jkun mgħammar ukoll bi qfil biex jiġi żgurat li r-radjatur ikun jista’ jerġa’ jitqiegħed fil-pożizzjoni normali.
Fil-pożizzjoni normali tagħhom, l-assi tar-radjatur, l-irfid tal-kampjun u l-kontenitur għandhom jikkoinċidu.
3. KAMPJUNI
Il-kampjuni tat-test għandu jkollhom dawn id-dimensjonijiet: 70 mm × 70 mm. Il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-istess mod minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, bi qbil mas-Servizz Tekniku, it-test għandu jsir fuq il-wisa’ inizjali tal-materjal, u dan għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test.
Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3 tar-Regolament) għanhom jiġu ttestjati daqslikieku kellhom kostruzzjoni uniformi.
Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta’ 13-il mm mis-superfiċe li jkun faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin) għandhom jiġu ttestjati individwalment.
Il-massa totali tal-kampjun li jrid jiġi ttestjat għandha tkun ta’ mill-inqas 2 g. Jekk il-massa ta’ kampjun wieħed tkun inqas, għandhom jiġu miżjuda biżżejjed kampjuni biex dan it-total jintlaħaq.
Jekk iż-żewġ faċċati tal-materjal ikunu differenti, iż-żewġ faċċati għandhom jiġu ttestjati, li jfisser li jridu jiġu ttestjati tmien kampjuni. Il-kampjuni u t-tajjar għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.
4. PROĊEDURA
Il-kampjun jitqiegħed fuq l-irfid u dan tal-aħħar jitqiegħed b’tali mod li d-distanza bejn is-superfiċe tar-radjatur u n-naħa ta’ fuq tal-kampjun tkun ta’ 30 mm.
Il-kontenitur, li jkun fih it-tajjar, jitqiegħed taħt il-gradilja tal-irfid f’distanza ta’ 300 mm.
Ir-radjatur jitwarrab f’ġenb, biex ma jitfax radjazzjoni fuq il-kampjun, u jinxtegħel. Meta dan jilħaq il-potenza massima tiegħu, jitqiegħed fuq il-kampjun u jibda jittieħed il-ħin.
Jekk il-materjal idub jew jiġi deformat, l-għoli tar-radjatur jinbidel biex tinżamm id-distanza ta’ 30 mm.
Jekk il-materjal jaqbad, ir-radjatur għandu jitwarrab wara tliet sekondi. Dan jerġa’ jitpoġġa fil-pożizzjoni meta l-fjamma tintefa u l-istess proċedura tiġi ripetuta bil-frekwenza meħtieġa fl-ewwel ħames minuti tat-test.
Wara l-ħames minuta tat-test:
|
(i) |
Jekk il-kampjun ikun intefa (kemm jekk ikun qabad u kemm jekk ma qabadx fl-ewwel ħames minuti tat-test) ħalli r-radjatur fl-istess pożizzjoni anki jekk il-kampjun jerġa’ jaqbad; |
|
(ii) |
Jekk il-materjal ikun għadu jaqbad, stenna sakemm jintefa n-nar qabel ma terġa’ tressaq ir-radjatur fil-pożizzjoni tiegħu. |
Fi kwalunkwe każ, it-test għandu jitkompla għal ħames minuti addizzjonali.
5. RIŻULTATI
Fir-rapport tat-test għandhom jiġu indikati l-fenomeni osservati, bħal:
|
(i) |
Jekk jaqa’ xi qtar, u jekk dan ikunx qed jaqbad jew le; |
|
(ii) |
Jekk it-tajjar ikunx qabad in-nar. |
(Dimensjonijiet f’millimetri)
ANNESS 8
TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ VERTIKALI TAL-MATERJALI
1. TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU
|
1.1. |
Fil-każ ta’ materjal iżotropiku, għandhom jiġu ttestjati tliet kampjuni, u sitt kampjuni fil-każ ta’ materjal mhux iżotropiku. |
|
1.2. |
Dan it-test jikkonsisti fl-esponiment tal-kampjuni, miżmuma f’pożizzjoni vertikali quddiem fjamma, u d-determinazzjoni tal-veloċità tal-propagazzjoni tal-fjamma fuq il-materjal li jrid jiġi ttestjat. |
2. APPARAT
L-apparat għandu jkun magħmul minn:
|
(a) |
Ħowlder tal-kampjun; |
|
(b) |
Berner; |
|
(c) |
Sistema ta’ ventilazzjoni biex tneħħi l-gassijiet u l-prodotti u tal-kombustjoni; |
|
(d) |
Mudell; |
|
(e) |
Ħjut tal-immarkar bojod magħmula minn qoton mogħti l-leqqa, li jkollhom densità lineari massima ta’ 50 tex. |
|
2.1. |
Il-ħowlder tal-kampjun għandu jkun magħmul minn qafas rettangolari b’għoli ta’ 560 mm u għandu jkollu żewġ vireg paralleli konnessi b’mod riġidu bi spazju ta’ 150 mm bejniethom li fuqhom għandhom jitwaħħlu l-pinnijiet biex jiġi mmuntat il-kampjun tat-test li jitqiegħed fuq pjan li jkun mill-inqas 20 mm mill-qafas. Il-pinnijiet li jintużaw għall-immuntar għandu jkollhom dijametru ta’ mhux aktar minn 2 mm u tul ta’ mill-anqas 40 mm. Il-pinnijiet għandhom jitqiegħdu fuq il-vireg paralleli fil-pożizzjonijiet indikati fil-Figura 1. Il-qafas għandu jiġi mmuntat fuq irfid adattat biex iżomm il-vireg orjentati vertikalment waqt l-ittestjar (biex il-kampjun jitqiegħed fuq il-pinnijiet fi pjan lil hinn mill-qafas, maġenb il-pinnijiet jistgħu jintużaw spazjaturi b’dijametru ta’ 2 mm).
Il-ħowlder tal-kampjun muri fil-Figura 1 jista’ jiġi mmodifikat fil-wisa’ biex jippermetti t-twaħħil tal-kampjun. Biex il-kampjun jitwaħħal f’pożizzjoni vertikali, jista’ jintuża rfid magħmul minn wajers reżistenti għas-sħana b’dijametru ta’ 0,25 mm li orizzontalment jgħaddu minn fuq il-kampjun f’intervalli ta’ 25 mm tul l-għoli kollu tal-ħowlder tal-kampjun. Alternattivament, il-kampjun jista’ jitwaħħal bi klampijiet addizzjonali mal-ħowlder tal-kampjun. |
|
2.2. |
Il-berner huwa deskritt fil-Figura 3.
Il-gass ipprovdut lill-berner jista’ jkun gass tal-propan kummerċjali jew gass tal-butan kummerċjali. Il-berner għandu jitqiegħed faċċata tal-kampjun, iżda ’l isfel minnu, hekk li jkun qiegħed fi pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali vertikali tal-kampjun u f’direzzjoni perpendikulari mal-faċċata tiegħu (ara l-Figura 2), hekk li l-assi lonġitudinali jkun inklinat ’il fuq fi 30° mal-linja vertikali tat-tarf ta’ isfel tal-kampjun. Id-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tal-berner u t-tarf ta’ isfel tal-kampjun għandha tkun ta’ 20 mm. |
|
2.3. |
L-apparat tat-test jista’ jitqiegħed f’kabinett għad-dħaħen. Id-daqs u l-forma tal-kabinett għad-dħaħen għandhom ikunu tali li r-riżultati tat-test ma jiġux affettwati. Qabel it-test, għandha tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett tad-dħaħen 100 mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali fejn se jitpoġġa l-apparat tat-test. Din trid tkun bejn 0,10 u 0,30 m/s biex tiġi evitata kwalunkwe skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista’ jintuża kabinett għad-dħaħen b’ventilazzjoni naturali u b’veloċità xierqa tal-arja. |
|
2.4. |
Għandu jintuża mudell ċatt u riġidu magħmul minn materjal xieraq u ta’ daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-kampjun. Fil-mudell għandhom jiġu mtaqqba toqob b’dijametru ta’ madwar 2 mm li l-pożizzjoni tagħhom tkun tali li d-distanzi bejn iċ-ċentri tat-toqob jikkorrispondu mad-distanzi bejn il-pinnijiet ta’ fuq il-frejms (ara l-Figura 1). It-toqob għandhom ikunu ekwidistanti mil-linji ċentrali vertikali tal-mudell. |
3. KAMPJUNI
|
3.1. |
Materjali skont il-paragrafu 6.2.3 ta’ dan ir-Regolament: Id-dimensjonijiet tal-kampjuni huma 560 × 170 mm.
Jekk id-dimensjonijiet ta’ materjal ma jippermettux it-teħid ta’ kampjun tad-dimensjonijiet indikati, it-test għandu jitwettaq billi jittieħed kampjun li jkollu d-dimensjonijiet ta’ mill-inqas 380 mm fl-għoli u ta’ mill-inqas 3 mm fil-wisa’. Sleeves tal-kejbils u kondjuwits tal-kejbils: Id-dimensjonijiet tal-kampjuni huma: tul: 560 mm, iżda mill-inqas 380 mm jekk id-dimensjonijiet tal-materjal ma jippermettux it-teħid ta’ kampjun tad-dimensjonijiet indikati; wisa’: id-dimensjoni attwali tal-komponent. |
|
3.2. |
Materjali skont il-paragrafu 6.2.3 ta’ dan ir-Regolament: Meta l-ħxuna tal-kampjun tkun aktar minn 13-il mm, din għandha titnaqqas għal 13-il mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (kompartiment ta’ ġewwa, kompartiment tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq, bi qbil mas-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna inizjali tal-materjal, u dan għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test. Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) għandhom jiġu ttestjati daqslikieku kienu ta’ kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta’ materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta’ kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta’ 13-il mm mill-wiċċ li jkun faċċata tal-kompartiment rispettiv għandhom jiġu ttestjati individwalment. |
|
3.3. |
Id-daqs tal-kampjun għandu jiġi indikat fir-rapport tat-test. |
|
3.4. |
Il-kampjuni għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar. |
4. PROĊEDURA
|
4.1. |
It-test għandu jitwettaq f’atmosfera b’temperatura ta’ bejn 10 °C u 30 °C u f’umdità relattiva ta’ bejn 15 fil-mija u 80 fil-mija. |
|
4.2. |
Il-berner għandu jissaħħan minn qabel għal 2 minuti. L-għoli tal-fjamma għandu jiġi aġġustat għal 40 ± 2 mm, imkejla bħala d-distanza bejn il-ponta ta’ fuq tat-tubu tal-berner u l-ponta ta’ fuq tal-parti s-safra tal-fjamma meta l-berner ikollu orjentazzjoni vertikali u l-fjamma tkun osservata f’dawl baxx. |
|
4.3. |
Il-kampjun għandu jitqiegħed (wara li jitqiegħdu l-ħjut tal-immarkar tan-naħa ta’ wara) fuq il-pinnijiet tal-frejm tat-test, filwaqt li jiġi żgurat li l-pinnijiet jgħaddu mill-punti mmarkati fuq il-mudell u li l-kampjun ikun mill-inqas 20 mm lil hinn mill-qafas. Il-frejm għandu jitwaħħal fuq l-irfid b’mod li l-kampjun ikun vertikali. |
|
4.4. |
Il-ħjut tal-immarkar għandhom jitwaħħlu orizzontalment quddiem u wara l-kampjun fil-pożizzjonijiet indikati fil-Figura 1. F’kull pożizzjoni, għandha tiġi fformata għoqda tal-ħajt b’mod li ż-żewġ segmenti jkollhom spazju ta’ 1 mm u 5 mm mill-faċċata ta’ quddiem u mill-faċċata ta’ wara tal-kampjun.
Kull għoqda għandha tkun marbuta ma’ apparat xieraq li jkejjel il-ħin. Il-ħjut għandhom jiġu stirati biżżejjed biex jinżammu fil-pożizzjoni tagħhom mal-kampjun. |
|
4.5. |
Il-fjamma għandha tiġi applikata fuq il-kampjun għal 5 sekondi. Il-kampjun jitqies li jkun qabad meta l-ħruq tiegħu jsostni għal 5 sekondi wara li titneħħa l-fjamma li tkun qabbdet in-nar. Jekk il-kampjun ma jiħux in-nar, il-fjamma għandha tiġi applikata għal 15-il sekonda fuq kampjun ieħor ikkundizzjonat. |
|
4.6. |
Jekk kwalunkwe riżultat minn kwalunkwe sett ta’ tliet kampjuni jaqbeż ir-riżultat minimu b’50 fil-mija, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata. Jekk kampjun wieħed jew tnejn minn kwalunkwe sett ta’ tliet kampjuni ma jaqbadx sal-ħajta tal-immarkar ta’ fuq, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta’ tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata. |
|
4.7. |
Għandhom jitkejlu l-ħinijiet li ġejjin, f’sekondi: |
|
(a) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqatal-ewwel ħajta tal-immarkar (t1); |
|
(b) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata’ t-tieni ħajta tal-immarkar (t2); |
|
(c) |
Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata’ t-tielet ħajta tal-immarkar (t3). |
|
4.8. |
Jekk il-kampjun ma jaqbadx jew ma jibqax jaqbad wara li jintefa l-berner, jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinħaraq għalkollox l-ewwel ħajta tal-immarkar, u ma jkun tkejjel l-ebda ħin tal-ħruq, ir-rata tal-ħruq titqies bħala 0 mm/minuta. |
|
4.9. |
Jekk il-kampjun jaqbad u l-fjammi tiegħu jaslu sal-għoli tat-tielet ħajta tal-immarkar mingħajr ma jkunu ħarqu l-ewwel u t-tieni ħajta tal-immarkar (eż. minħabba l-karatteristiki tal-kampjun tal-materjal irqiq), ir-rata tal-ħruq titqies li tkun aktar minn 100 mm/min. |
5. RIŻULTATI
Il-fenomeni osservati għandhom jiġu indikati fir-rapport tat-test, u jinkludu:
|
(a) |
Id-durati tal-kombustjoni: t1, t2 u t3 f’sekondi, u |
|
(b) |
Id-distanzi tal-ħruq korrispondenti: d1, d2 u d3 f’mm. |
Ir-rata tal-ħruq V1 u r-rati V2 u V3, jekk ikunu applikabbli, għandhom jiġu kkalkulati (għal kull kampjun jekk il-fjamma tilħaq mill-inqas waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar) kif ġej:
Vi = 60 di/ti (mm/min)
Għandha tiġi meqjusa l-ogħla rata tal-ħruq minn V1, V2 u V3.
Figura 1
Ħowlder tal-kampjun
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Figura 2
Il-pożizzjoni tal-berner, għat-tqabbid
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Figura 3
Berner tal-gass
(Dimensjonijiet f’millimetri)
ANNESS 9
TEST LI JIDDETERMINA L-IMPERMEABBILTÀ TAL-MATERJALI GĦAL FJUWILS JEW LUBRIKANTI
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan l-anness jelenka l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata l-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fil-kompartiment separat tat-tisħin.
2. TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU
|
2.1. |
Il-kampjuni tat-test għandu jkollhom dawn id-dimensjonijiet: 140 mm × 140 mm. |
|
2.2. |
Il-ħxuna tal-kampjuni għandha tkun 5 mm. Meta l-ħxuna tal-kampjun tkun aktar minn 5 mm, din għandha titnaqqas għal 5 mm permezz ta’ proċess mekkaniku applikat fuq il-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment tal-magna jew tal-kompartiment separat tat-tisħin. |
|
2.3. |
Il-likwidu tat-test għandu jkun fjuwil tad-diżil skont l-istandard EN 590:1999 (Fjuwils kummerċjali) jew inkella fjuwil tad-diżil skont ir-Regolament Nru 83 (Anness 10: Speċifikazzjoni tal-fjuwils ta’ referenza). |
|
2.4. |
Għandhom jiġu ttestjati erba’ kampjuni. |
3. APPARAT (ARA L-FIGURI 4A U 4B)
L-apparat għandu jkun magħmul minn:
|
A |
pjanċa bażi, ta’ ebusija ta’ mill-inqas 70 Shore D. |
|
B |
superfiċe assorbenti (eż. tal-karta) fuq il-pjanċa bażi; |
|
C |
ċilindru tal-metall (b’dijametru intern ta’ 120 mm, b’dijametru estern ta’ 130 mm, b’għoli ta’ 50 mm), mimli bil-likwidu tat-test; |
|
D-D’ |
żewġ viti bl-iskorfini b’żewġ widnejn; |
|
E |
il-kampjun tat-test; |
|
F |
il-pjanċa ta’ fuq |
4. PROĊEDURA
|
4.1. |
Il-kampjun tat-test u l-apparat għandhom jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f’temperatura ta’ 23 °C ± 2 °C u f’umdità relattiva ta’ 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f’dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar. |
|
4.2. |
Il-kampjun tat-test għandu jiġi miżjun. |
|
4.3. |
Il-kampjun tat-test, bil-wiċċ ta’ fuq nett espost, għandu jitqiegħed fuq il-bażi tal-apparat billi ċ-ċilindru tal-metall jintrabat b’viti f’pożizzjoni ċentrali li jiġu ssikkati biżżejjed. Il-likwidu tat-test ma għandux inixxi. |
|
4.4. |
Imla ċ-ċilindru tal-metall bil-likwidu tat-test sa għoli ta’ 20 mm u ħalli s-sistema tistrieħ għal 24 siegħa. |
|
4.5. |
Neħħi l-likwidu tat-test u l-kampjun tat-test minn fuq l-apparat. Jekk ikun hemm xi likwidu tat-test fuq il-kampjun, dan għandu jitneħħa mingħajr ma ssir kompressjoni fuq il-kampjun tat-test. |
|
4.6. |
Il-kampjun tat-test għandu jiġi miżjun. |
Figura 4a
Apparat għat-test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
(Dimensjonijiet f’millimetri)
Figura 4b
Apparat għat-test li jiddetermina l-impermeabbiltà tal-materjali għal fjuwils jew lubrikanti
(Dehra mill-ġenb)
ANNESS 10
TEST LI JIDDETERMINA R-REŻISTENZA TAL-KEJBILS TAL-ELETTRIKU GĦALL-PROPAGAZZJONI TAL-FJAMMI
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan l-anness jiddefinixxi l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata r-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi, tal-kejbils tal-elettriku użati fil-vettura.
2. TEĦID TAL-KAMPJUNI U PRINĊIPJU
|
2.1. |
Għandhom jiġu ttestjati ħames kampjuni. |
3. KAMPJUNI
|
3.1. |
Il-kampjuni tat-test għandu jkollhom tul ta’ mill-inqas 600 mm ta’ iżolazzjoni. |
4. PROĊEDURA
Iddetermina r-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi bl-użu ta’ Bunsen berner b’gass xieraq, li jkollu tubu tal-kombustjoni b’dijametru intern ta’ 9 mm, fejn it-temperatura tal-fjamma fuq il-ponta ta’ fuq tal-kon blu ta’ ġewwa għandha tkun (950 +/- 50) °C.
Issospendi l-kampjun tat-test f’kompartiment bla kurrenti tal-arja u esponi l-kampjun tat-test għall-ponta ta’ fuq tal-kon ta’ ġewwa tal-fjamma, kif muri fil-Figura. It-tarf ta’ fuq tal-kejbil għandu jipponta lil hinn mill-eqreb ġenb tal-kompartiment. Il-kampjun għandu jkun soġġett għal stress, eż. permezz ta’ piż fuq taljola, sabiex jinżamm dritt f’kull ħin. L-angolu tal-kejbil għandu jkun ta’ 45° ± 1° mal-linja vertikali. Fi kwalunkwe każ, l-iqsar distanza ta’ kwalunkwe parti tal-kampjun għandha tkun ta’ minimu ta’ 100 mm minn kwalunkwe ġenb tal-kompartiment. Applika l-fjamma bil-ponta ta’ fuq tal-kon blu ta’ ġewwa tmiss l-iżolazzjoni (500 ± 5) mm mit-tarf ta’ fuq tal-kampjun.
Apparat għar-reżistenza għall-propagazzjoni tal-fjammi
(Dimensjonijiet f’millimetri)