Official Journal L 100 , 11/04/2001 P. 0028 - 0029
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Tad-29 ta’ Marzu 2001 Fejn temenda d-Deċiżjoni 93/52/KE li tieħu nota tal-konformita’, minn ċerti Stati Membri, ta’ reġjuni mal-kondizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (Brucella melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (innotifikat taħt dokument numru K(2001) 952) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2001/292/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li ikkunsidrat it-Trattat li stabbilixxa l-Komunità’ Ewropea, Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw in-negozju ġewwa l-Komunità ta’ nagħaġ u mogħoż (’), hekk kif emendata l-aħħar bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 94/953/KE [1], u b’mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1(II) tagħha, Billi: (1) Bid-Deċiżjoni 93/52/KE [2], hekk kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 97/315/KE [3], il-Kummissjoni ireġistrat konformità minn ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kondizzjonijiet dwar il-marda tal-bruċellosi (Brucella melitensis) u tathom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda. (2) Fl-Awstrija u r-reġjuni Franċiżi ta’ Ardeche, Aveyron, Cantal, Correze, Gers, Gironde, Haute-Loire, Lot, Lozere, Morbihan, Puy-de-Dôme u Vosges, il-bruċellosi kienet marda li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet għal mill-anqas ħames snin; billi l-ebda każ ma ġie ikkonfermat uffiċjalment hemmhekk għal mill-anqas ħames snin u t-tilqim kien ipprojbit hemmhekk għal mill-anqas tliet snin;Għandu għalhekk jiġi ireġistrat illi dawn ir-reġjuni josservaw il-kondizzjonijiet mniżżlin f’L-Anness A, Kapitolu 1(II)(1)(b) tad-Direttiva 91/68/KE. (3) L-Awstrija u r-reġjuni Ardeche, Aveyron, Cantal, Correze, Gers, Gironde, Haute-Loire, Lot, Lozere, Morbihan, Puy-de-Dôme u Vosges fi Franza għalhekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet sabiex jiġu rikonoxxuti bħala ħielsa mill-marda tal-bruċellosi. (4) Barra minn hekk L-Awstrija u Franza jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ l-Anness A Kapitlu 1(11)(2) tad-Direttiva 91/68/KE. L-istatus ta’ l-Awstrija u r-reġjuni fi Franza ta’ Ardeche,Aveyron, Cantal, Correze, - Gers, Gironde, Haute-Loire, Lot, Lozere, Morbihan, Puy-de-Dôme u Vosges għandhom għalhekk jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (Brucella melitensis) u d-Deċiżjoni 93/52/KE għandha għalhekk tiġi emendata. (5) Nagħaġ u mogħoż introdotti ġo artijiet mikrija għand ħaddieħor fl-Awstrija u fir-reġjuni ta’ Franza ta’ Ardeche, Aveyron, Cantal, Correze, Gers, Gironde, Haute-Loire, Lot, Lozere, Morbihan, Puy-de-Dôme u Vosges iridu għalhekk jikkonformaw mal-kondizzjonijiet minżżla f’L-Anness A Kapitolu 1(I)(D) tad-Direttiva 91/68/KE. (6) Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 L-Anness I (Stati Membri) tad-Deċiżjoni 93/52/KE huwa sostitwit b’L-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Anness II (Reġjuni) tad-Deċiżjoni 93/52/KE huwa sostitwit b’L-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Marzu 2001. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. [2] ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14. [3] ĠU L 13, tal-21.1.1993, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS I L-ANNESS I - L-Awstrija - Il-Belġju - Id-Danimarka - l-Ġermanja - Il-Finlandja - L-Irlanda - Il-Lussemburgu - L-Olanda - L-Isvezja - Ir-Renju Unit -------------------------------------------------- L-ANNESS II L-ANNESS II Fi Franza: Ain, Aisne, Allier, Ardeche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Correze, Cote-d’Or, Cotes-d’Armor, Creuse, Deux-Sevres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eure-et-Loire, Finistere, Gers, Gironde, Hauts-de-Seine, Haute-Loire, Haute-Vienne, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot-et-Garonne, Lot, Lozere, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nievre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dome, Rhone, Haute-Saone, Saline-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Vendee, Vienne, Yonne, Yvelines, Ville de Paris, Vosges. Fi Spanja: Santa Cruz de Tenerife, Las Palmas.” --------------------------------------------------