|
22.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 284/18 |
Notifka minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9514 — Bain Capital Investors/Kantar)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 284/07)
1.
Fis-16 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bain Capital Investors LLC (Bain Capital Investors, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Kantar Group (Kantar, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn WPP plc (WPP, ir-Renju Unit). |
Bain Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Kantar kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Bain Capital Investors: ditta dinjija ta’ investiment f’ekwità privata f’kumpaniji mifruxa f’bosta setturi, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni, il-kura tas-saħħa, ħwienet u prodotti tal-konsumatur, komunikazzjoni, servizzi finanzjarji u manifattura;
— Kantar: data dinjija, riċerka. Konsulenza u analitika, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ riċerka tas-suq, servizzi ta’ kejl tal-media u servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9514 — Bain Capital Investors/Kantar
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).