European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3453

20.6.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11963 — ADNOC / OMV / NOVA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3453)

1.   

Fit-13 ta’ Ġunju 2025 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Abu Dhabi National Oil Company (ADNOC) P.J.S.C. (“ADNOC”, l-Emirati Għarab Magħquda),

—

OMV Aktiengesellschaft (“OMV”, l-Awstrija),

—

Nova Chemicals Corporation (“Nova”, il-Kanada), ikkontrollata minn Mubadala Investment Company PJSC (l-Emirati Għarab Magħquda).

ADNOC u OMV se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Nova kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

ADNOC hija grupp tal-enerġija u tal-petrokimiċi li jopera tul il-katina tal-valur tal-idrokarburi kollha permezz ta’ network ta’ negozji integrati bis-sħiħ. ADNOC hija attiva prinċipalment fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni, il-ħżin, ir-raffinar, u d-distribuzzjoni taż-żejt u l-gass, kif ukoll fl-iżvilupp ta’ prodotti petrokimiċi. ADNOC hija fl-aħħar mill-aħħar proprjetà tal-Gvern tal-Emirat ta’ Abu Dhabi,

—

OMV hija attiva globalment fl-attivitajiet upstream u downstream taż-żejt u tal-gass kif ukoll fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-poljolefini u tal-kimiċi ta’ bażi. OMV hija kkontrollata b’mod konġunt minn Österreichische Beteiligungs AG, li fl-aħħar mill-aħħar hija kollha kemm hi proprjetà tar-Repubblika tal-Awstrija u ta’ ADNOC,

—

Nova hija kumpanija petrokimika ffukata primarjament fuq il-produzzjoni u l-bejgħ tal-etilen u l-polietilen kif ukoll il-koprodotti kimiċi. L-attivitajiet primarji ta’ Nova qegħdin fl-Amerka ta’ Fuq.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2), għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11963 — ADNOC / OMV / NOVA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3453/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)