Official Journal L 068 , 15/03/1990 P. 0002 - 0002
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0206
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Frar 1990 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika (90/117/Euratom) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika ġie ffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989; Billi permezz tad-Deċiżjoni tas-26 ta' Frar 1990, il-Kunsill approva l-imsemmi Ftehim għall-għanijiet tal-konklużjoni mill-Kummissjoni f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika; Billi l-imsemmi Ftehim għandu jiġi konkluż f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, IDDECIDIET DAN LI GEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim [1] bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika qiegħed jiġi hawnhekk konkluż f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Artikolu 2 Il-President tal-Kummissjoni għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 25 tal-Ftehim f'isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Magħmulha fi Brussel, 27 Frar 1990. Għall-Kummissjoni Jacques Delors Il-President [1] It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. --------------------------------------------------