|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5919 |
1.10.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2024/5919)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Lirac”
PDO-FR-A0331-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 24.7.2024
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Iż-żona ġeografika u ż-żona fil-viċinanza immedjata
Il-kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni Lirac jiġi kkompletat mingħajr ebda bidla fil-“punt 1 – Żona ġeografika” u fil-“punt 3 – Żona fil-viċinanza immedjata” tat-taqsima “IV – Żoni u postijiet li fihom jitwettqu diversi operazzjonijiet” sabiex tiżdied ir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023.
Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona ġeografika skont kif inhi fil-verżjoni fis-seħħ fl-2023 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE u li tikkonferma legalment id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.
Id-Dokument Uniku ġie kkompletat b’din ir-referenza fit-taqsima “Żona ġeografika” kif ukoll fit-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali – Żona fil-viċinanza immedjata”.
2. Tikkettar
Il-kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-denominazzjoni Lirac jiġi kkompletat fil-punt “7.2 – Rekwiżiti speċifiċi” tat-taqsima “XII – Regoli dwar il-preżentazzjoni u t-tikkettar” – biex jiġu inkorporati r-regoli dwar it-tikkettar tal-indikazzjoni tal-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône” skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi tad-difiża u tal-ġestjoni kkonċernati. Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, sakemm id-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Din l-emenda tmexxiet għad-Dokument Uniku taħt “Kundizzjonijiet addizzjonali – Tikkettar”.
3. Obbligi ta’ dikjarazzjoni
Il-kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-denominazzjoni Lirac ġie aġġornat biex l-obbligi ta’ dikjarazzjoni tal-operaturi lill-korp ta’ difiża u ġestjoni jsiru konformi mal-pjan ta’ kontroll tad-denominazzjoni.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
4. Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Il-kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott – taqsima II – Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni – ġie aġġornat biex jiġi ċċarat li l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott titwettaq abbażi ta’ pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza ddelegat mill-INAO.
Dan l-aġġornament ma jaffettwax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Lirac
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi għal Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 - XORB, SPIRTI U ĦALL 2204 - Inbejjed ta’ għeneb frisk, inklużi nbejjed imsaħħin; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed ħomor xotti bla gass
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Il-kulur tal-inbejjed ħomor huwa qawwi ħafna u skur. Fl-imnieħer għandu aromi kumplessi ta’ frott aħmar jew iswed li huwa bejn wieħed u ieħor misjur, xi drabi msajjar, b’noti ta’ ħwawar u ta’ ġilda. It-togħma hija ampja u bbilanċjata b’tannini b’saħħithom u robusti. Dawn l-inbejjed huma partikolarment adattati għall-maturazzjoni.
L-inbejjed għandhom il-kriterji li ġejjin fl-istadju tal-ippakkjar:
|
— |
qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum (TAVN) ta’ 12,5 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN ≤ 14 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN > 14 % |
|
— |
kontenut ta’ aċidu maliku ≤ 0,4 g/L |
|
— |
intensità tal-kulur modifikata (DO 420 nm + DO 520 nm + DO 620 nm) ≥ 6 |
|
— |
indiċi tal-polifenoli totali (DO 280 nm) ≥ 40 |
Għall-kriterji analitiċi l-oħra, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 14,5 |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 16,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
2. Inbejjed rożè xotti bla gass
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed rożè miksuba l-aktar mill-fsada huma wkoll inbejjed ampji u bbilanċjati b’aromi ta’ frott aħmar misjur. Dawn huma distinti minħabba l-freskezza u r-robustezza tagħhom.
L-inbejjed għandhom il-kriterji li ġejjin fl-istadju tal-ippakkjar:
|
— |
qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum (TAVN) ta’ 12 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN ≤ 14 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN > 14 % |
Għall-kriterji analitiċi l-oħra, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 14 |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 16,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
3. Inbejjed bojod xotti bla gass
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed bojod huma rikki b’aromi ta’ fjuri enfasizzati mix-xagħri u l-aromi tal-frott abjad. Huma kkaratterizzati minn persistenza aromatika twila u pjaċevoli.
L-inbejjed għandhom il-kriterji li ġejjin fl-istadju tal-ippakkjar:
|
— |
qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum (TAVN) ta’ 12 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 4 g/L jekk TAVN ≤ 14 % |
|
— |
kontenut ta’ zokkor fermentabbli ≤ 3 g/L jekk TAVN > 14 % |
Għall-kriterji analitiċi l-oħra, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 14 |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 16,33 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Id-distanza bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn il-pjanti
Prattika tal-kultivazzjoni
Il-wisa’ bejn il-flanni hija ta’ ≤ 2,50 metri. L-erja massima disponibbli għal kull pjanta hija ta’ 2,50 metru kwadru. Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,80 metru u 1,25 metru.
2. Żabra tad-dielja
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra (gobelet jew cordon de Royat), b’massimu ta’ 6 friegħi għal kull pjanta. Kull fergħa għandha massimu ta’ 2 rimjiet; il-perjodu ta’ stabbiliment tal-cordon de Royat huwa limitat għal sentejn.
Il-varjetà Viognier B tista’ tinżabar:
|
— |
kemm b’żabra tat-tip Guyot sempliċi b’massimu ta’ 8 rimjiet fuq iż-żargun it-twil u massimu ta’ fergħa waħda jew tnejn b’2 rimjiet; |
|
— |
jew b’żabra doppja tat-tip Guyot, b’massimu ta’ 6 rimjiet fuq kull żargun twil u b’massimu ta’ fergħa waħda jew tnejn b’2 rimjiet; |
3. Tisqija
Prattika tal-kultivazzjoni
It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.
4. Prattika tal-kultivazzjoni
It-tħawwil taħt il-plastik huwa pprojbit.
Kwalunkwe bidla sostanzjali fil-morfoloġija tat-terren u fis-sekwenza naturali tal-ħamrija tal-irqajja’ tal-art maħsuba għall-produzzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata hija pprojbita.
5. Prattika enoloġika speċifika
L-użu ta’ biċċiet tal-injam huwa pprojbit.
L-użu tal-faħam għal skopijiet enoloġiċi huwa pprojbit għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè.
Minbarra d-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, fir-rigward tal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed iridu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Ewropea u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
6. Dispożizzjonijiet partikolari għall-ħsad u t-trasport tal-vendemmja
Prattika tal-kultivazzjoni
L-għażla tal-vendemmja hija obbligatorja. Issir jew fuq id-dielja jew fil-maħżen tat-tqaddim, b’tagħmir speċifiku.
Meta l-ħsad jiġi ttrasportat, il-piż tal-vendemmja ttrasportata għandu jkun limitat għal 4 000 kilogramma għal kull trejler.
5.2. Rendimenti massimi
43 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département tal-Gard, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali 2023: Lirac, Roquemaure, Saint-Geniès-de-Comolas, Saint-Laurent-des-Arbres.
7. Varjetà jew varjetajiet tal-għeneb tal-inbid
|
|
Bourboulenc B - Doucillon blanc |
|
|
Carignan N |
|
|
Cinsaut N - Cinsault |
|
|
Clairette B |
|
|
Clairette rose Rs |
|
|
Counoise N |
|
|
Grenache N |
|
|
Grenache blanc B |
|
|
Grenache gris G |
|
|
Marsanne B |
|
|
Mourvèdre N - Monastrell |
|
|
Piquepoul blanc B |
|
|
Piquepoul noir N |
|
|
Roussanne B |
|
|
Syrah N - Shiraz |
|
|
Ugni blanc B |
|
|
Viognier B |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet:
8.1. Fatturi naturali u umani li jikkontribwixxu għar-rabta
Fuq ix-xatt tal-lemin tar-Rhône, fil-qalba tal-“Côte du Rhône” tal-Gard, il-benniena tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata bl-istess isem, iż-żona ġeografika tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Lirac tikkonsisti minn artijiet imtarrġin u għoljiet li jestendu mill-Grigal sal-Lbiċ b’mod parallel mal-assi tax-xmara. Din iż-żona tinsab bejn ir-Rhône u t-terren tal-ġebla tal-ġir kopert mix-xagħri. Il-vinji jkopru l-irqajja’ demarkati ta’ erba’ muniċipalitajiet tad-département tal-Gard: Lirac, Roquemaure, Saint-Géniès-de-Comolas u Saint-Laurent-des-Arbres, f’altitudni ta’ bejn 50 metru u 200 metru.
Il-klima hija Mediterranja bl-influwenza tal-Mistral, b’inqas minn 700 millimetru ta’ xita fis-sena. Id-dawl tax-xemx huwa għoli (2 700 siegħa fis-sena), speċjalment fis-sajf matul il-perjodu ta’ maturazzjoni tal-għeneb. Il-Mistral, riħ qawwi kiesaħ u xott mit-Tramuntana, jonfoħ għal 180 jum fis-sena bħala medja.
Fuq l-għoljiet imtarrġa, tiżviluppa ħamrija taflija ħamra b’ċagħaq kbir (art imtarrġa ta’ Villafranka), segwita minn ħamrija loess jew taflija kalkarja skeletali (rendziniformi) fuq l-għoljiet u l-inklinazzjonijiet. Din il-ħamrija kollha hija kkaratterizzata mis-sensittività tagħha għan-nixfa tas-sajf.
Ir-rikonoxximent tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Lirac twettaq permezz tad-digriet tal-14 ta’ Ottubru 1947. Din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata hija l-ewwel waħda mill-“Crus des Côtes du Rhône” li tista’ tipproduċi t-tliet kuluri tal-inbejjed, l-inbejjed ħomor, rożè u bojod.
Fl-2009, il-vinji kienu jkopru erja ta’ 750 ettaru bi produzzjoni medja annwali ta’ 20 000 ettolitru. Din il-produzzjoni, imwettqa minn madwar 50 operatur, tikkonsisti prinċipalment minn inbejjed ħomor (80 % tal-produzzjoni) u nbejjed rożè (11 % tal-produzzjoni).
8.2. Interazzjonijiet kawżali
Bl-interazzjoni bejn il-fatturi naturali favorevoli, l-użi kondiviżi mill-komunità tal-produtturi u l-fatturi tal-iżvilupp ekonomiku lokali, kien possibbli li jiġu identifikati l-oriġinalità u l-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed Lirac.
Għalhekk, il-prattiki tat-taħlitiet tal-għeneb isibu l-espressjoni naturali tagħhom fuq kull wieħed mit-tipi kbar ta’ ħamrija preżenti fl-irqajja’ demarkati bir-reqqa biex jipproduċu t-tliet kuluri tal-inbejjed. L-għarfien espert iggwida t-tħawwil tal-varjetajiet tal-għeneb bojod fuq l-irqajja’ b’ħamrija tal-ġebla tal-ġir, perfetta għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod, u t-tħawwil tal-varjetajiet tal-għeneb suwed fuq l-irqajja’ b’ħamrija taflija aktar profonda, iżda madankollu skulata sew, li se jagħmluha possibbli li jiġu espressi l-qawwa u l-istruttura tal-inbejjed ħomor.
Id-diversità tal-varjetajiet, magħżula matul l-istorja ta’ din il-vinja bħala li tiflaħ għas-sħana qawwija tas-sajf, tippermetti lill-produttur jottimizza t-taħlitiet tal-cuvées tiegħu skont it-tipi ta’ ħamrija u l-espożizzjoni ta’ kull roqgħa art.
Il-klima tar-Rhône, Mediterranja, bis-saħħa tax-xemx karatteristika tagħha, imsaħħa mill-ftit xita tas-sajf, tippermetti li l-għeneb jimmatura sew, u dan jirriżulta f’kontenut għoli ta’ zokkor tal-frott artab, li jwassal għall-produzzjoni naturali ta’ nbejjed ġenerużi.
Il-Mistral, li huwa riħ vjolenti, kiesaħ iżda xott, jillimita l-kontenut ta’ ndewwa tal-weraq, u b’hekk jiffavorixxi l-kontroll naturali tal-mard kriptogamiku.
Il-port ta’ Roquemaure kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp u r-reputazzjoni tal-inbejjed. Tabilħaqq, ilu l-punt tat-tluq għall-inbejjed tal-“Côte du Rhône” lejn Pariġi, l-Ingilterra u l-Olanda.
Fis-seklu 18, Roquemaure kien l-aktar port importanti għall-kummerċ tal-inbid fuq ir-Rhône. Kien possibbli li jinħażnu sa 2 000 biċċa nbid qabel ma ttieħdu lejn bliet Franċiżi jew Ewropej.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-produzzjoni tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali 2023:
|
— |
Id-département tal-Ardèche: Saint-Just ; |
|
— |
Id-département tad-Drôme: Rochegude ; |
|
— |
Id-département tal-Gard: Les Angles, Aramon, Bagnols-sur-Cèze, Carsan, Castillon-du-Gard, Cavillargues, Chusclan, Codolet, Comps, Connaux, Cornillon, Domazan, Estézargues, Flaux, Fournès, Gaujac, Goudargues, Jonquières-Saint-Vincent, La Bastide-d'Engras, La Capelle-et-Masmolène, La Roque-sur-Cèze, Laudun-l’Ardoise, Meynes, Montfaucon, Montfrin, Orsan, Le Pin, Pont-Saint-Esprit, Pougnadoresse, Pouzilhac, Pujaut, Remoulins, Rochefort-du-Gard, Sabran, Saint-Alexandre, SaintAndré-de-Roquepertuis, Saint-André-d'Olérargues, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Etienne-des-Sorts, Saint-Gervais, Saint-Hilaire-d'Ozilhan, Saint-Julien-de-Peyrolas, SaintLaurent-de-Carnols, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Michel-d'Euzet, SaintNazaire, Saint-Paulet-de-Caisson, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Victor-la-Coste, Salazac, Sauveterre, Saze, Sernhac, Tavel, Théziers, Tresques, Vallabrix, Valliguières, Vénéjan, Verfeuil, Vers-Pont-du-Gard, Villeneuve-lès-Avignon; |
|
— |
Id-département ta’ Vaucluse: Althen-des-Paluds, Aubignan, Avignon, Beaumes-de-Venise, Bédarrides,Bollène, Caderousse, Cairanne, Camaret-sur-Aigues, Caromb, Carpentras, Caumontsur-Durance, Châteauneuf-de-Gadagne, Châteauneuf-du-Pape, Courthézon, Entraigues-sur-laSorgue, Gigondas, Jonquerettes, Jonquières, Lafare, Lagarde-Paréol, Lamotte-du-Rhône, Lapalud, Loriol-du-Comtat, Mondragon, Monteux, Morières-lès-Avignon, Mornas, Orange, Pernes-lesFontaines, Piolenc, Le Pontet, Rasteau, La Roque-Alric, Sablet, Saint-Hippolyte-le-Graveyron, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Sainte-Cécile-les-Vignes, Sarrians, Séguret, Sérignan-du-Comtat, Sorgues, Suzette, Le Thor, Travaillan, Uchaux, Vacqueyras, Vedène, Violès. |
Unità ġeografika usa’
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
It-tikkettar tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika akbar “Cru des Côtes du Rhône” jew “Vignobles de la Vallée du Rhône” skont il-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi tad-difiża u tal-ġestjoni kkonċernati. Dan it-terminu jrid jidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u jrid ikun stampat b’karattri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, sakemm id-daqs ta’ dan it-terminu ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5919/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)