|
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/74 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/862
tat-28 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġi inkluż tip ġdid ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Manifattur ta’ soluzzjoni tal-ilma bil-format tal-potassju, ressaq talba lill-Kummissjoni permezz tal-awtoritajiet Żvediżi biex jinkludi dik is-sustanza bħala tip ta’ fertilizzant ġdid fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Is-soluzzjoni tal-ilma bil-format tal-potassju ġiet żviluppata biex tipprovdi assorbiment aħjar tal-potassju mill-weraq tal-pjanti bi ħtieġa kbira ta’ dan in-nutrijent primarju, bħall-frott u l-ħxejjex. |
|
(2) |
Is-soluzzjoni tal-ilma bil-format tal-potassju, kif speċifikat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista tat-tipi ta’ fertilizzanti tal-KE fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
|
|
Fit-Tabella fit-Taqsima C.1, l-entrata li ġejja tiżdied wara l-entrata 7:
|