|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2596 |
7.10.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2596
tal-4 ta’ Ottubru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655 fir-rigward tal-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2023 u l-31 ta’ Lulju 2024
(notifikata bid-dokument C(2024) 6784)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 (2), l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna tal-Unjoni għall-provvista tal-frott u l-ħxejjex, tal-banana u tal-ħalib fl-istabbilimenti tal-edukazzjoni (“l-iskema tal-iskejjel”), iridu jressqu t-talba tagħhom lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika li jkun imiss, u jekk ikun applikabbli, jaġġornaw it-talba għall-għajnuna tal-Unjoni b’rabta mas-sena skolastika attwali. |
|
(2) |
Abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-Istati Membri sal-31 ta’ Jannar 2023, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/655 (3) stabbiliet l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel fost l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema tal-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2023 u l-31 ta’ Lulju 2024. |
|
(3) |
Fin-notifiki li ġew ippreżentati sal-31 ta’ Awwissu 2024 skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39, il-Portugall u r-Rumanija nnotifikaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u l-allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/655 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1370/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, 10.1.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/39/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/655 tal-10 ta’ Marzu 2023 li tistabbilixxi l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Istati Membri għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel u għall-ħalib fl-iskejjel għall-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2023 u l-31 ta’ Lulju 2024 u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/493 (ĠU L 81, 21.3.2023, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/655/oj).
ANNESS
“ANNESS I
Sena skolastika 2023/2024
|
Stat Membru |
Allokazzjoni definittiva għall-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel f’EUR |
Allokazzjoni definittiva għall-ħalib fl-iskejjel f’EUR |
|
Il-Belġju |
3 815 785 |
1 433 417 |
|
Il-Bulgarija |
2 185 256 |
1 800 090 |
|
Iċ-Ċekja |
3 507 158 |
3 124 223 |
|
Id-Danimarka |
1 739 147 |
1 632 431 |
|
Il-Ġermanja |
20 984 737 |
9 628 111 |
|
L-Estonja |
416 641 |
764 787 |
|
L-Irlanda |
1 986 571 |
873 414 |
|
Il-Greċja |
3 149 503 |
1 464 086 |
|
Spanja |
13 751 007 |
5 736 134 |
|
Franza |
18 176 401 |
14 523 309 |
|
Il-Kroazja |
1 322 043 |
610 533 |
|
L-Italja |
15 293 816 |
6 910 347 |
|
Ċipru |
300 828 |
252 652 |
|
Il-Latvja |
677 025 |
882 003 |
|
Il-Litwanja |
932 083 |
1 256 256 |
|
Il-Lussemburgu |
299 593 |
197 646 |
|
L-Ungerija |
3 588 755 |
2 376 098 |
|
Malta |
314 320 |
170 050 |
|
In-Netherlands |
5 776 465 |
932 699 |
|
L-Awstrija |
2 439 606 |
1 072 595 |
|
Il-Polonja |
12 565 488 |
12 791 591 |
|
Il-Portugall |
2 244 412 |
1 861 261 |
|
Ir-Rumanija |
4 942 588,80 |
12 669 381,20 |
|
Is-Slovenja |
689 729 |
305 638 |
|
Is-Slovakkja |
1 932 221 |
1 698 579 |
|
Il-Finlandja |
1 672 943 |
2 731 455 |
|
L-Iżvezja |
0 |
8 401 227 |
|
Total |
124 704 121,80 |
96 100 013,20 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2596/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)