31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10275 SMFL/Yanmar/Yanmar Credit)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 205/05)

1.   

Fid-19 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sumitomo Mitsui Finance and Leasing Co., Ltd (“SMFL”, il-Ġappun), ikkontrollata bi sħab minn Sumitomo Mitsui Financial Group, Inc. (il-Ġappun) u Sumitomo Corporation (il-Ġappun);

—

Yanmar Holdings Co., Ltd (“Yanmar”, il-Ġappun);

—

Yanmar Credit Service Co., Ltd (“Yanmar Credit”, il-Ġappun), bħalissa kkontrollata minn Yanmar.

SMFL u Yanmar jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Yanmar Credit.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

SMFL toffri varjetà ta’ servizzi ta’ finanzjament lill-klijenti tagħha. In-negozju ewlieni tagħha huwa l-forniment ta’ servizzi ta’ kiri (kiri finanzjarju u kiri operattiv), servizzi ta’ kiri u servizzi ta’ bejgħ ta’ installazzjoni;

—

Yanmar hija attiva fil-bejgħ ta’ magni użati f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, sistemi tal-enerġija u ġeneraturi kif ukoll makkinarju agrikolu, tagħmir kumpatt tal-kostruzzjoni, komponenti u dgħajjes;

—

Yanmar Credit toffri servizzi ta’ finanzjament fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10275 - SMFL/Yanmar/Yanmar Credit

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.