31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/6


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/870

tat-28 ta’ Mejju 2021

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2020

(notifikata bid-dokument C(2021) 3684)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2020, jenħtieġ titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2019 u l-15 ta’ Ottubru 2020, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti rkuprabbli mingħand kull Stat Membru jew pagabbli lil kull wieħed minnhom, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti bi tnaqqis tal-pagamenti mensili għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament mensili jew iżżidu miegħu, fir-rigwa tan-nefqa affettwata fit-tieni xahar wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-kontijiet.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ssottomettew l-Istati Membri u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lill-Istati Membri, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(6)

L-informazzjoni sottomessa minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra teħtieġ inkjesti ulterjuri u għaldaqstant il-kontijiet ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kwalunkwe skadenza li ma tiġix rispettata matul Awwissu, Settembru u Ottubru trid titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawk ix-xhur fl-2020 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(8)

F’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti mensili għas-sena finanzjarja 2020 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji jew mal-iskadenzi tal-pagamenti, jew minħabba xi defiċenzi fis-sistema tal-kontroll. B’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis dawn l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi biex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’ħinhom, ta’ ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(9)

Il-Kummissjoni diġà naqqset il-pagamenti mensili rilevanti għas-sena finanzjarja 2020 għall-ammonti dovuti lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità, skont l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, eżegwiti mill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja 2020. Kwalunkwe ammonti bħal dawn jitqies f’din id-Deċiżjoni.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ iħallas 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeżiġi li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid jissottometti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, l-Istati Membri jenħtieġ jehmżu tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jħallsu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li l-Istati Membri jridu jużaw biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba ta’ rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru jenħtieġ jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha ħa d-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jitħallsux mill-Istati Membri iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

(12)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fir-rigward tas-sena finanzjarja 2020.

L-ammonti rkuprabbli mingħand l-Istat Membru jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inkluż dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2020, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri, fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata tal-FAEG, kif stabbilit fl-Anness III, mhumiex approvati b’din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex mill-finanzjament tal-Unjoni teskludi nefqa li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).


ANNESS I

Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti Sena finanzjarja 2020 - FAEG

Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru, jew imħallas lilu

MS

 

2020 - Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis, sospensjonijiet u aġġustamenti oħra għal deċiżjoniiet eżegwiti dwar il-konformità u l-approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja kollha  (1)

Ammont li jrid jitħallas f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-FAEG

Total inkluż it-tnaqqis, is-sospensjonijiet u aġġustamenti oħra

Pagamenti lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (-) jew jitħallas lil (+) l-Istat Membru  (2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c=a+b

d

e

f=c+d+e

g

h=f-g

AT

EUR

712 580 493,14

0,00

712 580 493,14

-438 052,82

0,00

712 142 440,32

712 142 440,32

0,00

BE

EUR

539 666 069,55

0,00

539 666 069,55

9 303 321,15

-714,37

548 968 676,33

549 216 464,24

-247 787,91

BG

BGN

0,00

0,00

0,00

0,00

-1 040 285,86

-1 040 285,86

0,00

-1 040 285,86

BG

EUR

797 560 837,08

0,00

797 560 837,08

-3 492 734,52

0,00

794 068 102,56

793 695 542,34

372 560,22

CY

EUR

53 903 497,85

0,00

53 903 497,85

-422 479,23

0,00

53 481 018,62

53 458 196,40

22 822,22

CZ

CZK

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

CZ

EUR

871 214 455,97

0,00

871 214 455,97

-3 340 163,44

0,00

867 874 292,53

867 874 836,43

-543,90

DE

EUR

4 873 382 533,21

0,00

4 873 382 533,21

-18 490 502,55

-19 513,11

4 854 872 517,55

4 855 086 234,98

-213 717,43

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

-31 582,89

-31 582,89

0,00

-31 582,89

DK

EUR

825 164 121,08

0,00

825 164 121,08

28 998,28

0,00

825 193 119,36

825 355 180,69

-162 061,33

EE

EUR

143 792 110,83

0,00

143 792 110,83

3 747,48

0,00

143 795 858,31

143 783 751,64

12 106,67

ES

EUR

5 716 752 782,78

0,00

5 716 752 782,78

164 893 605,08

-1 332 201,60

5 880 314 186,26

5 884 081 566,21

-3 767 379,95

FI

EUR

528 790 333,50

0,00

528 790 333,50

-91 209,53

-24 300,53

528 674 823,44

528 684 388,58

-9 565,14

FR

EUR

7 433 340 301,86

0,00

7 433 340 301,86

109 417 008,04

-98 353,05

7 542 658 956,85

7 545 209 849,50

-2 550 892,65

EL

EUR

2 037 063 961,52

0,00

2 037 063 961,52

-45 204 886,19

-2 616 175,96

1 989 242 899,37

1 991 859 077,81

-2 616 178,44

HR

HRK

0,00

0,00

0,00

0,00

-503,39

-503,39

0,00

-503,39

HR

EUR

328 656 163,62

0,00

328 656 163,62

-1 264 626,90

0,00

327 391 536,72

327 397 989,80

-6 453,08

HU

HUF

0,00

0,00

0,00

0,00

-39 944 263,00

-39 944 263,00

0,00

-39 944 263,00

HU

EUR

1 304 392 525,48

0,00

1 304 392 525,48

-2 334 257,65

0,00

1 302 058 267,83

1 302 241 243,81

-182 975,98

IE

EUR

1 257 729 374,82

0,00

1 257 729 374,82

-2 242 355,99

0,00

1 255 487 018,83

1 254 623 848,09

863 170,74

IT

EUR

4 084 701 847,96

184 578 471,40

4 269 280 319,36

-167 562 267,97

-5 216 598,80

4 096 501 452,59

4 097 021 659,49

-520 206,90

LT

EUR

482 562 043,26

0,00

482 562 043,26

-435 684,24

-30,26

482 126 328,76

482 108 904,04

17 424,72

LU

EUR

33 208 362,60

0,00

33 208 362,60

-23 741,41

0,00

33 184 621,19

33 108 650,58

75 970,61

LV

EUR

279 850 914,39

0,00

279 850 914,39

-1 576,85

-11 798,86

279 837 538,68

279 849 337,54

-11 798,86

MT

EUR

5 408 270,44

0,00

5 408 270,44

-591 621,91

0,00

4 816 648,53

4 816 566,32

82,21

NL

EUR

685 966 710,88

0,00

685 966 710,88

-10 237 078,39

0,00

675 729 632,49

675 706 792,26

22 840,23

PL

PLN

0,00

0,00

0,00

0,00

-508 847,00

-508 847,00

0,00

-508 847,00

PL

EUR

3 421 262 538,14

0,00

3 421 262 538,14

854 066,26

0,00

3 422 116 604,40

3 422 195 465,64

-78 861,24

PT

EUR

782 678 219,08

0,00

782 678 219,08

-1 736 465,95

-358 738,54

780 583 014,59

778 248 881,98

2 334 132,61

RO

RON

0,00

0,00

0,00

0,00

-1 317 093,80

-1 317 093,80

0,00

-1 317 093,80

RO

EUR

1 982 545 963,24

0,00

1 982 545 963,24

-89 926 247,22

0,00

1 892 619 716,02

1 893 477 397,21

-857 681,19

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

-17 891,73

-17 891,73

0,00

-17 891,73

SE

EUR

698 323 963,30

0,00

698 323 963,30

-34 313 208,44

0,00

664 010 754,86

664 235 363,37

-224 608,51

SI

EUR

140 919 228,17

0,00

140 919 228,17

1 234,75

-1,41

140 920 461,51

140 765 859,48

154 602,03

SK

EUR

0,00

458 885 221,00

458 885 221,00

0,00

0,00

458 885 221,00

458 885 221,00

0,00


MS

 

Nefqa  (3)

Dħul assenjat  (3)

Artikolu 54(2) (=e)

Total (=h)

08 02 06 01

6200

6200

i

j

k

l = i+j+k

AT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

BE

EUR

0,00

-247 073,54

-714,37

-247 787,91

BG

BGN

0,00

0,00

-1 040 285,86

-1 040 285,86

BG

EUR

383 488,16

-10 927,94

0,00

372 560,22

CY

EUR

22 822,22

0,00

0,00

22 822,22

CZ

CZK

0,00

0,00

0,00

0,00

CZ

EUR

0,00

-543,90

0,00

-543,90

DE

EUR

0,00

-194 204,32

-19 513,11

-213 717,43

DK

DKK

0,00

0,00

-31 582,89

-31 582,89

DK

EUR

0,00

-162 061,33

0,00

-162 061,33

EE

EUR

12 106,67

0,00

0,00

12 106,67

ES

EUR

0,00

-2 435 178,35

-1 332 201,60

-3 767 379,95

FI

EUR

77 207,17

-62 471,78

-24 300,53

-9 565,14

FR

EUR

0,00

-2 452 539,60

-98 353,05

-2 550 892,65

EL

EUR

0,00

-2,48

-2 616 175,96

-2 616 178,44

HR

HRK

0,00

0,00

-503,39

-503,39

HR

EUR

0,00

-6 453,08

0,00

-6 453,08

HU

HUF

0,00

0,00

-39 944 263,00

-39 944 263,00

HU

EUR

0,00

-182 975,98

0,00

-182 975,98

IE

EUR

865 691,00

-2 520,26

0,00

863 170,74

IT

EUR

4 696 391,90

0,00

-5 216 598,80

-520 206,90

LT

EUR

17 454,98

0,00

-30,26

17 424,72

LU

EUR

75 970,61

0,00

0,00

75 970,61

LV

EUR

0,00

0,00

-11 798,86

-11 798,86

MT

EUR

82,21

0,00

0,00

82,21

NL

EUR

22 840,23

0,00

0,00

22 840,23

PL

PLN

0,00

0,00

-508 847,00

-508 847,00

PL

EUR

0,00

-78 861,24

0,00

-78 861,24

PT

EUR

2 693 015,61

-144,46

-358 738,54

2 334 132,61

RO

RON

0,00

0,00

-1 317 093,80

-1 317 093,80

RO

EUR

0,00

-857 681,19

0,00

-857 681,19

SE

SEK

0,00

0,00

-17 891,73

-17 891,73

SE

EUR

0,00

-224 608,51

0,00

-224 608,51

SI

EUR

154 603,44

0,00

-1,41

154 602,03

SK

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

NB: Nomenklatura 2021 : 08 02 06 01 , 6200


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu, b’mod partikolari, il-korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f’Awwissu, f’Settembru u f’Ottubru 2020 u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: it-tieni sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014.

(3)  BL 08 02 06 01 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f'BL 62 00 u dawk pożittivi favur l-Istat Membru li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.


ANNESS II

Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti Sena finanzjarja 2020 - FAEG

Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013  (*1)

Stat Membru

Munita

fil-munita nazzjonali

fl-ewro

AT

EUR

 

 

BE

EUR

 

 

BG

BGN

 

 

CY

EUR

-

31 351,87

CZ

CZK

815 714,68

-

DE

EUR

 

 

DK

DKK

 

 

EE

EUR

-

-

ES

EUR

 

 

FI

EUR

 

 

FR

EUR

 

 

UK

GBP

 

 

EL

EUR

 

 

HR

HRK

 

 

HU

HUF

308 112,00

-

IE

EUR

 

 

IT

EUR

 

 

LT

EUR

-

20 686,14

LU

EUR

 

 

LV

EUR

-

180,47

MT

EUR

-

-

NL

EUR

 

 

PL

PLN

63 221,90

-

PT

EUR

 

 

RO

RON

 

 

SE

SEK

 

 

SI

EUR

-

-

SK (*2)

EUR

-

-


(*1)  Ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (STŻR) ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36))

(*2)  Fir-rigward tal-agenziji tal-pagamenti li għalihom il-kontijiet huma diżassoċjati, il-korrezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 iridu jiġu applikati ladarba l-kontijiet jiġu proposti għall-approvazzjoni


ANNESS III

Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti Sena finanzjarja 2020 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma diżassoċjati u soġġetti għal deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni

Stat Membru

Aġenzija tal-Pagamenti

L-Italja

Agenzia della regione Calabria per le Erogazioni in Agricoltura

Is-Slovakkja

Pôdohospodárska platobná agentúra