<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑146/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0146</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:450">EU:C:2012:450</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20120712">12.7.2012</DATE> — KAWŻA C-146/11</P><P>PIMIX</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Estonjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli</KEYWORD><KEYWORD>Riferiment, f’dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, għal dispożizzjoni ta’ regolament tal-Unjoni li ma ġiex ippubblikat regolarment f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-lingwa tal-Istat Membru inkwistjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-146/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Riigikohus (l-Estonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110325">25 ta’ Marzu 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AS Pimix</HT>, fi stralċ</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Põllumajandusministeerium,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, U. Lõhmus, A. Rosas, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: K. Sztranc-Sławiczek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120503">3 ta’ Mejju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal AS Pimix, fi stralċ, minn M. Ots, avukat, u T. Pikamäe, vandeadvokaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn M. Linntam, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Saaremäel-Stoilov, H. Tserepa-Lacombe u A. Marcoulli, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 288 TFUE u 297(1) TFUE kif ukoll l-Artikolu 58 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Att ta’ Adeżjoni tal-2003<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn minn naħa AS Pimix (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Pimix<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fi stralċ, u min-naħa l-oħra l-Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus (Ċentru fiskali u doganali tan-Nofsinhar tal-awtorità fiskali u doganali) u l-Põllumajandusministeerium (Ministeru tal-Agrikoltura) dwar il-ġbir ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-Att ta’ Adeżjoni tal-2003</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Mid-data ta’ l-adeżjoni, id-disposizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet u l-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu l-Istati Membri l-ġodda u għandhom japplikaw f’dawk l-Istati Membri bil-kondizzjonijiet kif imniżżla f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-miżuri intiżi sabiex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mis-sistema fis-seħħ fl-Istati l-Membri l-ġodda leja is-sistema li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni. Dawn il-miżuri tranżitorji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>jistgħu jittieħdu matul perijodu ta’ tliet snin wara d-data ta’ l-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-test ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet u tal-Bank Ċentrali Ewropew adottati qabel l-adeżjoni u mħejjija mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni jew mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-lingwa: Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka, Slovena ghandhom, mid-data ta’ l-adeżjoni, ikunu awtentiċi bl-istess kondizzjonijiet bħat-test fil-ħdax-il lingwa attwali. Għandhom ikunu ppubblikati [f’I]l-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jekk it-test tal-lingwi attwali kienu hekk ġew ippubblikati.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1</P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1, [tal-<DATE ISO="19580415">15 ta’ April 1958</DATE>], li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), kif emendat bl-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>iċ-Ċek, id-Daniż, l-Eston, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ir-Regolamenti u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu abbozzati fl-għoxrin lingwa uffiċjali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun ippubblikat fl-għoxrin lingwa uffiċjali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan l-istess regolament jipprovdi</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn lingwa uffiċjali waħda, il-lingwa li għandha tintuża għandha tkun, fuq talba minn dak l-Istat, irregolata mir-regoli ġenerali tal-liġi tiegħu.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 1972/2003</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-<DATE ISO="20031110">10 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 474), huwa ġuridikament ibbażat, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 41 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-premessa 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1972/2003 huwa intiż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>sabiex [jevita] ir-riskju tat-tgħawwiġ tal-kummerċ, li jaffettwa l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli minħabba l-adeżjoni ta’ l-19 Stati ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE><QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Fid-dawl ta’ dawn ir-riskji, il-premessa 3 ta’ dan ir-regolament tenfasizza li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[d]ispożizzjonijiet għandhom, għalhekk, ikunu magħmula għal ħlasijiet bħala deterrent li għandhom ikunu mposti fuq il-ġażniet żejda fl-Istati Membri ġodda<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1972/2003 jeħtieġ li l-Istati l-Membri l-ġodda għandhom jintaxxaw lid-detenturi ta’ ħażniet żejda ta’ prodotti f’ċirkulazzjoni libera fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Sabiex tkun iddeterminata il-ħażna żejda ta’ kull detentur, l-Istati Membri ġodda għandhom iqisu, partikolarment:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħażniet disponibbli fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tip tal-kummerċ fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>iċ-ċirkostanzi li fihom dawn il-ħażniet kienu akkumulati.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli għal-prodotti importati fl-Istati Membri ġodda jew li joriġinaw minn l-Istati Membri ġodda. Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli wkoll għall-prodotti intiżi għas-suq tal-Istati Membri ġodda.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li l-ammont tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda huwa ddeterminat abbażi tad-dazju fuq l-importazzjoni <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT> applikabbli fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Dan id-dazju huwa ffissat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-<DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, biex jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sabiex jiġi żgurat li t-taxxa fuq il-ħażniet żejda hija korrettament applikata, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 1972/2003 jeżiġi li l-Istati Membri ġodda iħejju, mingħajr dewmien, inventarju tal-ħażniet disponibbli fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20040731">31 ta’ Lulju 2004</DATE>, il-kwantitajiet ta’ prodotti li jinsabu fil-ħażniet żejda.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(5) ta’ dan ir-regolament jipprevedi, fir-rigward tal-Estonja, li dan japplika b’mod partikolari għall-prodotti koperti bil-Kodiċi 0405 10 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), jiġifieri l-butir.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tiegħu, dan ir-regolament kien applikabbli mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> sat-<DATE ISO="20070430">30 ta’ April 2007</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1789/2003</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), jikkostitwixxi n-NM. Din tal-aħħar hija aġġornata mill-Kummissjoni dabra fis-sena. Ir-Regolament Nru 1789/2003 daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Estonjan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, ir-Riigikogu (Parlament) adotta l-Liġi dwar it-taxxa fuq il-ħażniet żejda (Üleliigse laovaru tasu seadus, RT I 2004, 30, 203, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ÜLTS<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). Din il-liġi kienet ġiet ippubblikata fir-<HT TYPE="ITALIC">Riigi Teataja</HT> fis-<DATE ISO="20040427">27 ta’ April 2004</DATE> u daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tal-ÜLTS, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ħażna żejda<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> hija ekwivalenti għad-differenza bejn il-ħażna effettivament miżmuma fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u l-ħażna ttrasferita ’l quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-ÜLTS jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ħażna ttrasferita ’l quddiem<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> bħala l-medja annwali tal-ħażniet miżmuma matul l-erba’ snin qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Estonja mal-Unjoni, jiġifieri s-snin 2000 sa 2003, immultiplikata b’1.2.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tal-ÜLTS, il-ħażna ttrasferita ’l quddiem u l-ħażna żejda huma kkalkolati mill-Põllumajandusministeerium abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-operatur. Fuq talba mmotivata ta’ dan tal-aħħar, il-Põllumajandusministeerium jista’ jieħu inkunsiderazzjoni ċerti fatturi li jistgħu jispjegaw żieda fil-ħażniet, indipendentement minn kull spekulazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE>, il-Põllumajandusministeerium iddetermina li Pimix kellha ħażna żejda ta’ 550 tunnellata ta’ butir naturali kopert mill-kodiċi tan-NM 0405 10 19.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20041126">26 ta’ Novembru 2004</DATE>, il-Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus, permezz ta’ avviż għall-ħlas tat-taxxa, iffissat l-ammont tat-taxxa dovuta minn Pimix fuq din il-ħażna żejda għal EEK 16 318 500. Sabiex tikkonforma ruħha ma’ sentenza tar-Riigikohus tal-<DATE ISO="20061005">5 ta’ Ottubru 2006</DATE>,<?PAGE NO="5"?> il-Maksu- ja Tolliameti Lõuna maksu- ja tollikeskus irtirat dan l-avviż u, fid-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, permezz ta’ avviż għall-ħlas tat-taxxa ġdid, iffissat l-ammont ta’ din it-taxxa dovuta minn Pimix għal dan l-istess ammont skont ir-rata li tirriżulta mill-Artikolu 14(2) tal-ÜLTS u mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1972/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Pimix ikkontestat id-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE> kif ukoll l-avviż għall-ħlas tat-taxxa tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>. Ir-rikorsi tagħha quddiem il-qrati tal-Prim’Istanza u tal-appell ġew miċħuda. Fil-kuntest ta’ appell fuq punt ta’ liġi, Pimix ilmentat li l-qrati li quddiemhom tressqet il-kawża applikaw ir-Regolamenti Nri 1789/2003 u 1972/2003, anki jekk dawn ma kinux ġew ippubblikati, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u anki jekk, barra minn hekk, mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi n-NM ma kinitx iktar fis-seħħ. Hija u tibbaża ruħha fuq is-sentenza tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Skoma-Lux (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-161/06" PAGE.ECR="I-10841" YEAR="2007">C-161/06, Ġabra p. I-10841</REF.DOC.ECR>), Pimix issostni li l-awtoritajiet Estonjani ma setgħux jimponu fir-rigward tagħha obbligi li jirriżultaw minn regoli li ma ġewx inklużi fid-dritt nazzjonali u li ma ġewx ippubblikati regolarment qabel il-<DATE ISO="20050305">5 ta’ Marzu 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li s-soluzzjoni għall-kawża mressqa quddiemha teħtieġ li jsir magħruf jekk, waqt id-determinazzjoni tal-ħażna żejda ta’ Pimix, l-awtoritajiet Estonjani bbażawx ruħhom biss fuq id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni implementati mill-ÜLTS jew jekk huma applikawx direttament din il-leġiżlazzjoni qabel il-pubblikazzjoni tagħha, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT></TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li l-elementi essenzjali tat-tassazzjoni, jiġifieri d-debitur tagħha, l-oġġett tagħha u r-rata tagħha, ma jirriżultawx b’mod ċar u dirett mill-ÜLTS. Bosta dispożizzjonijiet tal-ÜLTS fil-fatt jirreferu għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għaldaqstant, fir-rigward tad-debitur tat-taxxa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>operatur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 5(1) tal-ÜLTS b’riferiment għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>prodotti agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, huwa stess introdott fl-Artikolu 2 tal-ÜLTS b’riferiment għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003 relatati mal-Estonja. Din il-qorti tosserva li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex ċara, għaliex, sabiex jinftiehem il-kontenut tan-NM, għandu jsir riferiment għar-Regolament Nru 1789/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tikkonstata li, fil-mument li fih Pimix kienet obbligata tippreżenta d-dikjarazzjoni tagħha, hija ma kinitx f’pożizzjoni li tifhem in-neċessità jew li tkun taf fir-rigward ta’ liema prodotti agrikoli dan l-obbligu dikjarattiv kien tnissel. Fil-fatt, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, data li fiha kellha tiġi ddeterminata l-kwantità ta’ ħażniet żejda, u waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE> li tiffissa l-kwantità ta’ ħażniet żejda għal Pimix, ir-Regolamenti Nri 1789/2003 u 1972/2003 ma kinux ġew ippubblikati bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward b’mod iktar partikolari tan-NM prevista fir-Regolament Nru 1789/2003, il-qorti tar-rinviju tindika li, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, din ma kienet riprodotta f’ebda dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li dak iż-żmien kienet fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, il-qorti nazzjonali tistaqsi jekk l-Artikolu 2 tal-ÜLTS, billi jirreferi għal regolament tal-Unjoni li ma ġiex ippubblikat, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, jikkostitwixxix implementazzjoni ta’ dan ir-regolament, fis-sens ikkontemplat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tal-<DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Balbiino (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-560/07" PAGE.ECR="I-4447" YEAR="2009">C-560/07, Ġabra. p. I-4447</REF.DOC.ECR>), u tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Rakvere Lihakombinaat (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-140/08" PAGE.ECR="I-10533" YEAR="2009">C-140/08, Ġabra p. I-10533</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Riigikohus iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja [sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Skoma-Lux, Balbino, u Rakvere Lihakombinaat], id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 288 tat-[TFUE] u tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ adeżjoni [tal-2003] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jiġi rikjest li individwu għandu jissodisfa l-obbligu li jirriżulta mir-Regolament [Nru 1972/2003]</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>minkejja l-fatt li, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, dan ir-regolament ma kienx ippubblikat fl-Estonjan [f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-]<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>u minkejja l-fatt li l-leġiżlatur tal-Istat Membru naqas milli jirrediġi, f’att ta’ dritt intern, id-definizzjoni tal-prodotti agrikoli prevista mir-regolament, iżda għamel sempliċi riferiment għall-Artikolu 4(5) [tal-istess] regolament […], li ma kienx ippubblikat [regolarment],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>filwaqt li l-individwu ssodisfa wieħed mill-obbligi li jirriżultaw mir-[R]egolament [Nru 1972/2003] (iddikjara l-ħażna konformi mal-kodiċi applikabbli għall-merkanzija) u li ma ġiex ikkontestat f’dan is-sens,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>u kien is-suġġett għal tassazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru f’data meta r-Regolament Nru 1972/2003 kien diġà ppubblikat bl-Estjonjan f’[<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-]<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni [tal-2003], tal-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-premessa 3 u mill-Artikolu 4 tar-Regolament [Nru 1972/2003], jista’ jiġi konkluż li l-Istat Membru jista’ jimponi fuq l-individwu l-ħlas ta’ taxxa fuq il-ħażniet żejda jekk, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, ir-Regolament Nru 1972/2003 ma kienx ippubblikat bl-Estonjan [f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>-]<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, iżda li, meta saret it-tassazzjoni ulterjuri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, dan ir-regolament kien diġà ġie ppubblikat bl-Estonjan [f’<HT TYPE="ITALIC">Il</HT>]-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li hemm lok li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, fl-Estonja, l-applikazzjoni fir-rigward ta’ individwi ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1792/2003 li, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, la kienu ppubblikati bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u lanqas riprodotti fid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, u dan anki jekk dawn l-individwi setgħu jsiru jafu dwar dawn id-dispożizzjonijet permezz ta’ mezzi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li prinċipju fundamentali fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jeħtieġ li att adottat mill-awtoritajiet pubbliċi ma għandux ikun infurzabbli fir-rigward ta’ dawk ikkonċernati qabel ma huma jkollhom il-possibbiltà li jsiru jafu dwaru permezz ta’ pubblikazzjoni regolarment f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (sentenzi tal-<DATE ISO="19790125">25 ta’ Jannar 1979</DATE>, Racke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="98/78" PAGE.ECR="69" YEAR="1979">98/78, Ġabra p. 69</REF.DOC.ECR>, punt 15, u Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 2 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jirriżulta li l-atti adottati qabel l-adeżjoni mill-istituzzjonijiet jorbtu lill-Istati Membri l-ġodda u huma applikabbli f’dawn l-Istati mill-mument tal-adeżjoni. Madankollu, l-infurzabbiltà tagħhom fir-rigward tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi f’dawn l-Istati hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tad-dritt Komunitarju fl-Istati Membri skont kif previsti mit-trattati oriġinali u, għall-Istati Membri l-ġodda, mill-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 innifsu (sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regolamenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni kif ukoll tad-direttivi ta’ dawn l-istituzzjonijiet li huma indirizzati lill-Istati Membri kollha, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 297(2) TFUE jirriżulta li dawn l-atti jistgħu jipproduċu effetti legali biss jekk huma jkunu ġew ippubblikati f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji għandhom jiġu osservati wkoll u għandhom l-istess konsegwenzi meta, għall-implementazzjoni tagħha, leġiżlazzjoni tal-Unjoni tobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jimponu obbligi fir-rigward tal-individwi. Għaldaqstant, tali miżuri għandhom jiġu ppubblikati sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jsiru jafu dwarhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Mulligan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-313/99" PAGE.ECR="I-5719" YEAR="2002">C-313/99, Ġabra p. I-5719</REF.DOC.ECR>, punti 51 u 52). Il-persuni kkonċernati għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li jinfurmaw irwieħhom dwar is-sors tal-miżuri nazzjonali li jimponu obbligi fir-rigward tagħhom. Għaldaqstant, għandhom jiġu ppubblikati mhux biss il-leġiżlazzjoni nazzjonali, iżda wkoll l-att tad-dritt tal-Unjoni li, skont il-każ, jobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jimponu obbligi fir-rigward tal-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, Heinrich, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/06" PAGE.ECR="I-1659" YEAR="2009">C-345/06, Ġabra p. I-1659</REF.DOC.ECR>, punti 45 sa 47).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kif ukoll tal-Artikoli 4, 5 u 8 tar-Regolament Nru 1 jirriżulta li pubblikazzjoni regolarment ta’ regolament tal-Unjoni, fir-rigward ta’ Stat Membru li l-lingwa tiegħu hija lingwa uffiċjali tal-Unjoni, għandha tfisser il-pubblikazzjoni ta’ dan l-att, f’din il-lingwa, f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. (sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 jipprekludi li l-obbligi li jinsabu f’leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ma ġietx ippubblikata f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> bil-lingwa ta’ Stat Membru ġdid, filwaqt li din hija lingwa uffiċjali tal-Unjoni, jistgħu jiġu imposti fir-rigward ta’ individwi f’dan l-Istat, anki jekk dawn il-persuni setgħu jsiru jafu dwar din il-leġiżlazzjoni b’mezzi oħra. (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Skoma-Lux, punt 51, u Balbiino, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Billi adottat, fis-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, l-ÜLTS, ir-Repubblika tal-Estonja implementat l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1972/2003 billi stabbilixxiet taxxa fuq il-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli u billi ddefinixxiet il-metodi tal-kalkolu tagħha. L-ÜLTS għalhekk toħloq, fl-Estonja, obbligi fir-rigward tal-individwi, minkejja l-fatt li dan ir-regolament ma jistax jiġi infurzat fir-rigward tagħhom qabel ma huma kellhom l-opportunità jsiru jafu dwaru permezz ta’ pubblikazzjoni regolarment f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> bil-lingwa ta’ dan l-Istat Membru. Dawn l-obbligi jinkludu dak li jiġu ddikjarati lill-Põllumajandusministeerium, sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20040515">15 ta’ Mejju 2004</DATE>, il-ħażniet ta’ ċerti prodotti agrikoli fil-pussess tagħhom fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Huwa paċifiku li l-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-ħażniet żejda huwa għaldaqstant iddeterminat abbażi tal-ħażniet ta’ prodotti miżmuma f’din id-data. Għaldaqstant id-data ta’ ħruġ tal-avviż għall-ħlas tat-taxxa ma għandhiex effett fuq il-fatt li jiġġenera l-imsemmija taxxa. Għaldaqstant, fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-avviż għall-ħlas tat-taxxa tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE> inħareġ wara l-pubblikazzjoni, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tar-Regolamenti Nri 1789/2003 u 1972/2003 ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ÜLTS, l-imsemmija regolamenti setgħu jiġu infurzati fir-rigward ta’ Pimix.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li r-regola li tirriżulta mis-sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, ma tostakolax l-infurzabbiltà, fir-rigward tal-individwi, ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1972/2003 li ġew riprodotti fil-kuntest tal-ÜLTS. Madankollu, din ir-regola tista’ tibqa’ applikabbli b’mod residwali fis-sitwazzjoni fejn ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li ma ġewx implementati mill-ÜLTS ikunu invokati mill-awtoritajiet Estonjani fir-rigward ta’ individwi qabel il-pubblikazzjoni uffiċjali tal-imsemmi regolament bl-Estonjan. (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Balbiino, punt 32, u Rakvere Lihakombinaat, punt 34).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1972/2003 jimponi lill-Istati Membri jintaxxaw il-ħażniet żejda eżistenti fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> għal ċerti prodotti agrikoli ddefiniti mill-kodiċijiet tan-NM tagħhom. Issa, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, dan ir-regolament ma kienx ġie ppubblikat bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea</HT>, peress li din il-pubblikazzjoni seħħet biss fit-<DATE ISO="20050303">3 ta’ Marzu 2005</DATE>. Fir-rigward tar-Regolament Nru 1789/2003 li kien jinkludi n-NM li dak iż-żmien kienet fis-seħħ, dan ġie ippubblikat bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> biss fis-<DATE ISO="20040806">6 ta’ Awwissu 2004</DATE>. Meta l-ÜLTS daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, l-individwi ma kinux f’pożizzjoni li jsiru familjari mal-prodotti suġġetti għat-taxxa fuq il-ħażniet żejda permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li kienet ġiet ippubblikata, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>. L-ÜLTS ma ddefinixxietx dawn il-prodotti, iżda sempliċement irreferiet għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament Nru 1972/2003. L-individwi lanqas ma setgħu jidentifikaw dawn il-prodotti permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, peress li n-nomenklatura doganali Estonjana ġiet abrogata mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti Nri 1789/2003 u 1972/2003 ma setgħux jiġu infurzati fir-rigward tal-individwi fl-Estonja mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju2004</DATE>, peress li ma kinux ġew ippubblikati, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> jew riprodotti fid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan madankollu jenfasizza li, fil-kawża prinċipali, Pimix kienet konxja mill-estent tal-obbligi tagħha mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> peress li l-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 kien diġà jipprevedi t-tassazzjoni tal-ħażniet żejda ta’ prodotti agrikoli. Dan il-gvern iqis li n-nuqqas ta’ infurzabbiltà fir-rigward tal-individwi tar-Regolament Nru 1972/2003 huwa kuntrarju għall-għan ta’ dan ir-regolament u tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 li jikkonsisti fil-ġlieda kontra l-ispekulazzjoni fuq il-prodotti agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-osservanza tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 33 sa 38 ta’ din is-sentenza, ibbażata fuq il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament, ma hijiex kuntrarja għal dak ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, peress li dan l-aħħar prinċipju ma jistax jikkonċerna regoli li għadhom ma humiex infurzabbli fir-rigward tal-individwi. Il-fatt li, f’isem il-prinċipju ta’ effettività, tiġi ammessa l-infurzabbiltà ta’ att li ma ġiex ippubblikat regolarment jwassal sabiex l-individwi fl-Istat Membru kkonċernat ikollhom ibatu l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li l-amministrazzjoni tal-Unjoni kellha li tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, fid-data tal-adeżjoni, l-acquis Komunitarju kollu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni (sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan isostni wkoll li Pimix wettqet mingħajr diffikultajiet l-obbligi dikjarattivi tagħha skont l-ÜLTS, u b’hekk uriet li hija kienet konxja tal-estent tal-obbligi tagħha anki qabel il-pubblikazzjoni, regolarment, bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>, tar-Regolamenti Nri 1789/2003 u 1972/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-kumpannija rikorrenti fil-kawża prinċipali ddikjarat b’eżatezza l-kwantitajiet ta’ prodotti taxxabbli fil-pussess tagħha fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> u għaldaqstant kienet informata bir-regoli tal-Unjoni applikabbli ma huwiex biżżejjed sabiex jirrendi infurzabbli fir-rigward tagħha leġiżlazzjoni tal-Unjoni li ma ġietx ippubblikata regolarment f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Skoma-Lux, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu li ntqal, hemm lok li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-Artikolu 58 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, fl-Estonja, l-applikazzjoni fir-rigward ta’ individwi ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1972/2003 li, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, la kienu ppubblikati bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u lanqas riprodotti fid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, u dan anki jekk dawn l-individwi setgħu jsiru jafu dwar dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ mezzi oħra.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 58 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, fl-Estonja, l-applikazzjoni fir-rigward ta’ individwi ta’ dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003, tal-<DATE ISO="20031110">10 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja, li, fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, la kienu ppubblikati bl-Estonjan f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> u lanqas riprodotti fid-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, u dan anki jekk dawn l-individwi setgħu jsiru jafu dwar dawn id-dispożizzjonijiet permezz ta’ mezzi oħra.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>