KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKATA ĠENERALI

ĆAPETA

ippreżentati fil‑21 ta’ Marzu 2024 ( 1 )

Kawżi magħquda C‑779/21 P u C‑799/21 P

Il‑Kummissjoni Ewropea

vs

Front populaire pour la libération de la saguia el-hamra et du rio de oro (Front Polisario),

Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea (C‑779/21 P)

u

Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea

vs

Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (C‑799/21 P)

“Appell – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk – Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-estensjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali għal merkanzija li toriġina mis-Saħara tal-Punent – Sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:973) – ‘Kunsens’ tal-poplu tas-Saħara tal-Punent – Prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati – Dritt għal awtodeterminazzjoni”

I. Introduzzjoni

1.

Meta tinteraġġixxi mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta d-dritt internazzjonali, inklużi l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (iktar ’il quddiem il-“Karta tan-NU” ( 2 )).

2.

F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kkonfrontata bi tliet sensiliet ta’ kawżi li jikkontestaw l-osservanza tad-dritt internazzjonali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-interazzjoni mat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

3.

Din is-sensiela ta’ appelli tqajjem il-kwistjoni dwar jekk l-Unjoni rrispettatx id-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati meta emendat il-ftehim ta’ assoċjazzjoni mar-Renju tal-Marokk ( 3 ) bl-għan li testendi l-preferenzi tariffarji għall-merkanzija li toriġina mit-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 4 ).

4.

Fis-sentenza appellata ( 5 ), il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Unjoni ma osservatx dawn ir-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, kif interpretati fil-ġurisprudenza preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 6 ). Konsegwentement, dik il-qorti annullat id-Deċiżjoni (UE) 2019/217 ( 7 ), li approvat l-emendi għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ( 8 ). Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea issa qegħdin jappellaw minn din is-sentenza quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

5.

Dawn l-appelli huma direttament marbuta ma’ sensiela ta’ appelli paralleli li jikkontestaw il-validità tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk ( 9 ), li jkopri l-ibħra li jmissu mas-Saħara tal-Punent ( 10 ), u ma’ rinviju għal deċiżjoni preliminari intiż sabiex tinkiseb gwida dwar it-tikkettjar korrett tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 11 ). Nippreżenta l-konklużjonijiet tiegħi f’dawn il-kawżi kollha llum. Jeħtieġ li jitqiesu flimkien.

6.

Kif turi l-ħarsa storika li ser nippreżenta f’dawn il-konklużjonijiet, iżda li hija rilevanti wkoll għall-konklużjonijiet tiegħi moqrija llum fiż-żewġ kawżi l-oħra, kważi 50 sena mill-bidu tal-proċess ta’ awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, dan il-poplu ma huwiex eqreb għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar l-istatus futur tat-territorju tiegħu.

7.

Għalkemm dan jirrappreżenta falliment manifest tal-proċess politiku mmexxi min-NU, dan ma jfissirx li s-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent tista’ tiġi fdata lill-qrati tal-Unjoni. Dawn il-qrati ma humiex ser jiddeċiedu dwar il-futur tas-Saħara tal-Punent.

II. Il-fatti li wasslu għal din il-kawża

A.   Storja qasira tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent

8.

Is-Saħara tal-Punent kienet kolonja Spanjola. Il-proċess ta’ dekolonizzazzjoni tat-territorju beda fis-snin sittin, meta Spanja rrikonoxxiet l-istatus tiegħu bħala territorju mhux awtonomu (iktar ’il quddiem “TMA”). L-Assemblea Ġenerali tan-NU mbagħad żiedet is-Saħara tal-Punent mal-lista ta’ TMA ( 12 ). Għadha fuq din il-lista sal-lum ( 13 ).

9.

Fl‑1960, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 1541 (XV) ( 14 ). Skont din ir-riżoluzzjoni, jista’ jingħad li TMA jilħaq awtonomija sħiħa b’wieħed minn tliet modi: (1) isir Stat indipendenti sovran; (2) assoċjazzjoni libera ma’ Stat indipendenti; jew (3) integrazzjoni ma’ Stat indipendenti ( 15 ).

10.

Fl‑1966, l-Assemblea Ġenerali tan-NU kkonfermat id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni u stiednet lil Spanja tippermetti u torganizza l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt ( 16 ), li Spanja ddeċidiet li tippermetti permezz ta’ referendum.

11.

Il-Front Polisario ( 17 ), moviment antikolonjali maħluq fl‑1973 ( 18 ), appoġġja l-idea ta’ referendum.

12.

Madankollu, ir-Renju tal-Marokk oppona l-idea li d-dekolonizzazzjoni kellha titwettaq permezz ta’ referendum dwar l-awtodeterminazzjoni. Dan l-Istat qies li, qabel il-kolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent minn Spanja, kien (dak li issa huwa) ir-Renju tal-Marokk li kellu s-sovranità fuq dan it-territorju. Konsegwentement, ir-Renju tal-Marokk qies li, matul il-proċess ta’ dekolonizzazzjoni, is-Saħara tal-Punent kellu jiġi integrat mill-ġdid fit-territorju tar-Renju tal-Marokk ( 19 ). Din il-pożizzjoni tibqa’, sal-lum, il-fehma tiegħu.

13.

Il-fehmiet opposti iktar ’il fuq dwar min kellu pretensjoni valida fit-territorju tas-Saħara tal-Punent wasslu għall-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent, mitluba mill-Assemblea Ġenerali tan-NU ( 20 ).

14.

F’din l-opinjoni konsultattiva, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (iktar ’il quddiem il-“QIĠ”) irrikonoxxiet li l-poplu tas-Saħara tal-Punent igawdi mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni ( 21 ). Hija kkonstatat ukoll li “l-elementi u l-informazzjoni ppreżentati lilha ma jistabbilixxu l-ebda rabta ta’ sovranità territorjali bejn it-territorju tas-Saħara tal-Punent u r-Renju tal-Marokk jew l-entità tal-Mawritanja. Għalhekk, il-Qorti ma sabitx rabtiet ġuridiċi ta’ natura li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1514 (XV) fid-dekolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent u, b’mod partikolari, tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni permezz tal-espressjoni libera u ġenwina tar-rieda tal-popli tat-territorju” ( 22 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

15.

Fl‑1975, billi interpreta l-opinjoni tal-QIĠ bħala li ma tiddikjarax id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni, iżda pjuttost bħala li tikkonferma s-sovranità storika tar-Renju tal-Marokk fuq dan it-territorju ( 23 ), ir-Re Hassan II stieden liċ-ċittadini Marokkini għal “Marċ Aħdar”, li matulu madwar 350000 persuna daħlet fit-territorju tas-Saħara tal-Punent bħala manifestazzjoni tad-dritt sovran tar-Renju tal-Marokk fuq dan it-territorju. Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU rreaġixxa billi stieden lir-Renju tal-Marokk itemm il-marċ immedjatament ( 24 ).

16.

Kważi fl-istess żmien, Spanja, ir-Renju tal-Marokk u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Prinċipji dwar is-Saħara tal-Punent (magħrufa wkoll bħala l-“Ftehimiet ta’ Madrid” ( 25 )), li permezz tagħha t-territorju tas-Saħara tal-Punent inqasam bejn dawn l-aħħar żewġ Stati. Ftit wara, f’Jannar tal‑1976, l-armata Marokkina daħlet fit-territorju tas-Saħara tal-Punent.

17.

Fis‑26 ta’ Frar 1976, Spanja informat lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li hija kienet temmet il-preżenza tagħha fis-Saħara tal-Punent u rrinunzjat għall-pożizzjoni tagħha bħala l-awtorità amministranti skont l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU ( 26 ).

18.

L-għada tat-tluq ta’ Spanja mis-Saħara tal-Punent, il-Front Polisario ddikjara l-ħolqien tar-Repubblika Għarbija Demokratika tas-Saħara (iktar ’il quddiem ir-“RGħDS”) ( 27 ). Is-sede tal-Gvern tar-RGħDS jinsab f’kamp tar-refuġjati tas-Saħara f’Tindouf (l-Alġerija).

19.

Illum, il-RGħDS hija rrikonoxxuta minn 47 Stat Membru tan-NU ( 28 ). La l-Unjoni u lanqas l-Istati Membri tagħha ma rrikonoxxew il-RGħDS.

20.

Wara d-dħul tar-Renju tal-Marokk fit-territorju tas-Saħara tal-Punent – u sa Settembru 1991, meta ġie miftiehem waqfien mill-ġlied – ir-Renju tal-Marokk u l-Front Polisario kienu involuti f’kunflitt armat. Dan irriżulta f’iktar minn 100000 refuġjat mis-Saħara tal-Punent, li l-parti l-kbira tagħhom issa tgħix f’kampijiet tar-refuġjati fl-Alġerija ( 29 ).

21.

Il-waqfien mill-ġlied tal‑1991 fetaħ it-triq għat-tiġdid tad-djalogu politiku dwar ir-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, peress li ma nstabet l-ebda soluzzjoni, il-ġlied tkompla fl‑2020.

22.

Sa mis-snin sebgħin, in-NU impenjaw ruħhom li jsibu soluzzjoni għad-dekolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent. F’dak iż-żmien, l-Assemblea Ġenerali tan-NU bdiet u, sussegwentement, appoġġjat l-idea tal-organizzazzjoni ta’ referendum li permezz tiegħu l-poplu tas-Saħara tal-Punent seta’ jesprimi x-xewqat tiegħu dwar il-futur ta’ dan it-territorju. L-idea ta’ referendum ta’ awtodeterminazzjoni ġiet imġedda fi pjan ta’ qbil, li ġie approvat “bħala prinċipju” mill-Front Polisario u mir-Renju tal-Marokk u li ppreċeda l-waqfien mill-ġlied tal‑1991.

23.

Sabiex jissorvelja, fost aspetti oħra, il-waqfien mill-ġlied u jikkontribwixxi għall-organizzazzjoni ta’ dan ir-referendum, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilixxa l-Missjoni tan-NU għar-referendum fis-Saħara tal-Punent (iktar ’il quddiem il-“MINURSO”) f’April tal‑1991 ( 30 ), li l-mandat tagħha jiġi estiż kull sena u għadu jeżisti sal-lum ( 31 ). Minkejja inizjattivi addizzjonali ( 32 ) u l-finalizzazzjoni tal-lista minn MINURSO ta’ persuni li jkunu awtorizzati jivvutaw f’referendum, sa issa għadu ma ġie organizzat l-ebda referendum.

24.

Minbarra n-NU, l-Unjoni Afrikana (u l-predeċessur tagħha, l-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana) impenjat ruħha wkoll li ssib soluzzjoni għall-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Hija appoġġjat id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-awtodeterminazzjoni. Fl‑1984, ir-RGħDS ġiet ammessa bħala membru tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana, li wassal għall-irtirar tar-Renju tal-Marokk minn din l-organizzazzjoni bi protesta. F’Jannar tal‑2017, ir-Renju tal-Marokk applika għall-adeżjoni tiegħu u ġie ammess mill-ġdid biex jissieħeb fl-Unjoni Afrikana ( 33 ).

25.

Fl‑2006, is-Segretarju Ġenerali tan-NU kkunsidra li l-partijiet għandhom isibu “kompromess bejn il-legalità internazzjonali u r-realtà politika” [traduzzjoni mhux uffiċjali], u li dan jista’ jinkiseb biss permezz ta’ negozjati diretti ( 34 ).

26.

Fl‑2007, kemm il-Front Polisario kif ukoll ir-Renju tal-Marokk ipproponew il-pjanijiet tagħhom għas-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent. Il-Front Polisario żamm il-pożizzjoni tiegħu li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jeħtieġ li jsir referendum. Ir-Renju tal-Marokk ippropona pjan li joffri awtonomija lis-Saħara tal-Punent taħt is-sovranità Marokkina ( 35 ).

27.

L-istudju akkademiku jissuġġerixxi li, mill‑2018, l-appoġġ għall-pjan ta’ awtonomija tal‑2007 mir-Renju tal-Marokk jidher li qiegħed jikber ( 36 ). Bl-istess mod, ir-retorika fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tidher li nbidlet ( 37 ). Għalhekk, mill‑2018, it-test tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-Saħara tal-Punent jenfasizza l-ħtieġa li “tinstab soluzzjoni politika realistika, prattikabbli, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli għall-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent fuq il-bażi ta’ kompromess” ( 38 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

28.

Fl-istess ħin, ir-riżoluzzjonijiet reċenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jfakkru li kull soluzzjoni politika għandha tipprevedi “l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-qafas ta’ arranġamenti kompatibbli mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta [tan-NU]” ( 39 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

B.   Fuq ir-rilevanza tas-sentenzi Il‑Kunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK

29.

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha stabbilixxew Sħubija Ewro-Mediterranja mar-Renju tal-Marokk fuq il-bażi ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni konkluż fl‑1996.

30.

Fil-qafas ta’ dan il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk ikkonkludew għadd ta’ ftehimiet, fosthom il-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ ( 40 ) u l-Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd ( 41 ).

31.

Il-Front Polisario ppreżenta rikors għal annullament kontra l-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ li ta lok għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Il‑Kunsill vs Front Polisario.

32.

Fl-ewwel istanza, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Front Polisario kellu locus standi u annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ minħabba li l-Kunsill ma kienx ivverifika li l-produzzjoni ta’ merkanzija li toriġina mis-Saħara tal-Punent esportata lejn l-Unjoni ma kinitx saret għad-detriment tal-popolazzjoni ta’ dan it-territorju ( 42 ).

33.

Fuq appell, fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja la indirizzat l-ammissibbiltà tar-rikors tal-Front Polisario u lanqas il-konklużjoni fuq il-mertu tal-Qorti Ġenerali. Għall-kuntrarju, fl-interpretazzjoni tal-kliem “ir-Renju tal-Marokk”, li kienu jindikaw it-territorju li għalih japplika l-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li dan il-ftehim ma kienx japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 43 ). Għal din ir-raġuni, ir-rikors tal-Front Polisario ġie ddikjarat inammissibbli ( 44 ).

34.

Fil-punt 106 tas-sentenza tagħha Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li “[l]-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jiġi kkunsidrat li huwa’ ‘terz’ fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati”. Għalhekk, il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu għall-applikazzjoni għas-Saħara tal-Punent tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ, “mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk tali implementazzjoni hijiex ta’ natura li tippreġudikah jew inkella li tkunlu ta’ benefiċċju”.

35.

Is-sentenza Western Sahara Campaign UK segwiet raġunament simili. Fiha, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, li jagħmel ukoll parti mill-istruttura maħluqa mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Marokk ( 45 ), ma jkoprix it-territorju tas-Saħara tal-Punent u lanqas l-ibħra li jmissu miegħu, peress li l-frażi “r-Renju tal-Marokk” ma jkoprix it-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 46 ). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li jkun kuntrarju għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati li dan il-ftehim jiġi interpretat bħala li japplika għas-Saħara tal-Punent.

C.   Il-ftehim inkwistjoni u d-deċiżjoni kkontestata

36.

Wara s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, “il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent” ( 47 ).

37.

Id-deċiżjoni kkontestata b’hekk spjegat ir-raġunijiet għall-konklużjoni tal-ftehim il-ġdid bil-mod li ġej:

“(4) Sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent u ċertifikati ta’ oriġini Marokkina ġew importati fl-Unjoni u bbenefikaw minn preferenzi tariffarji pprovduti skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmi Ftehim.

(5) Fis-sentenza tagħha [Il‑Kunsill vs Front Polisario], il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ppreċiżat li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kien ikopri biss it-territorju tar-Renju tal-Marokk u mhux tas-Saħara tal-Punent, territorju li mhux awtonomu.

(6) Huwa importanti li filwaqt li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dritt internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli tat-territorji kkonċernati, jiġi żgurat li l-flussi kummerċjali li ġew żviluppati matul is-snin ma jiġux imfixkla. Fid‑29 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li tiġi stabbilita, f’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bażi ġuridika biex jingħataw preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent. Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk huwa l-uniku mezz li jiżgura li l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ikunu jistgħu jibbenefikaw minn oriġini preferenzjali, peress li l-awtoritajiet Marokkini biss huma kapaċi jiżguraw konformità mar-regoli meħtieġa għall-għoti ta’ dawn il-preferenzi.” ( 48 )

38.

Il-ftehim inkwistjoni ġie konkluż fil‑25 ta’ Ottubru 2018, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri. Huwa jintroduċi fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni dikjarazzjoni konġunta li testendi t-trattament tariffarju preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent.

39.

Id-dikjarazzjoni konġunta tipprevedi dan li ġej:

“1. Il-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent li huma suġġetti għall-kontroll tal-awtoritajiet doganali tar-Renju tal-Marokk għandhom jibbenefikaw mill-istess preferenzi kummerċjali bħal dawk mogħtija mill-Unjoni Ewropea għall-prodotti koperti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

2. Il-Protokoll Nru 4 għandu japplika mutatis mutandis għall-iskop li jiġi ddefinit il-karattru tal-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fir-rigward tal-provi tal-oriġini.

3. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju tal-Marokk għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 4 għal dawn il-prodotti.” ( 49 )

40.

Kemm l-Unjoni kif ukoll l-ittri tar-Renju tal-Marokk li jagħmlu parti mill-ftehim inkwistjoni jirrilevaw espressament li dan “il-Ftehim huwa konkluż mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet rispettivi tal-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tas-Saħara tal-Punent u r-Renju tal-Marokk fuq l-imsemmi reġjun”.

41.

Barra minn hekk, l-ittri jtennu li “[ż]-żewġ Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-appoġġ tagħhom għall-proċess tan-[NU] u jappoġġaw l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali biex tinkiseb soluzzjoni politika definittiva, skont l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-[NU] u abbażi tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà”.

42.

Il-ftehim inkwistjoni ġie approvat mill-Unjoni permezz tad-deċiżjoni kkontestata.

43.

B’reazzjoni għall-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, tingħata l-ispjegazzjoni li ġejja fil-premessi 7 sa 10 tad-deċiżjoni kkontestata:

“(7)

Il-Kummissjoni vvalutat l-effetti potenzjali ta’ ftehim bħal dan fuq l-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent li jirriżultaw fuq il-popolazzjonijiet milqutin u l-effetti tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. L-effetti ta’ vantaġġi tariffarji fuq l-impjiegi, id-drittijiet tal-bniedem u l-isfruttament tar-riżorsi naturali huma diffiċli ħafna li jitkejlu minħabba n-natura indiretta tagħhom. Għaldaqstant, huwa diffiċli li tinkiseb informazzjoni oġġettiva f’dan ir-rigward.

(8)

Madankollu, minn din l-evalwazzjoni jirriżulta li b’mod ġenerali, il-vantaġġi għall-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, li jirriżultaw mill-għoti tal-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent, u partikolarment l-ingranaġġ ekonomiku b’saħħtu u b’konsegwenza l-iżvilupp soċjali li jġib miegħu, jaqbżu l-iżvantaġġi msemmija fil-proċess ta’ konsultazzjonijiet, fosthom l-użu estensiv tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari tar-riżervi tal-ilma ta’ taħt l-art, li għalih ittieħdu l-miżuri xierqa.

(9)

Ġie stmat li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent ser ikollha impatt ġenerali pożittiv fuq il-popolazzjonijiet milqutin. Huwa probabbli li dan l-impatt jippersisti u jista’ saħansitra jissaħħaħ fil-futur. L-evalwazzjoni tindika li l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji għall-prodotti tas-Saħara tal-Punent tippromwovi l-kundizzjonijiet tal-investiment u tiffaċilita żvilupp rapidu u sinifikanti favur l-impjiegi lokali. L-eżistenza fis-Saħara tal-Punent ta’ attivitajiet ekonomiċi u ta’ produzzjoni li għandhom l-akbar interess li jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji previsti mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni turi li jekk ma jingħatawx preferenzi tariffarji tiġi kompromessa b’mod sinifikanti l-esportazzjoni tas-Saħara tal-Punent, b’mod partikolari dik tal-prodotti tas-sajd u l-prodotti agrikoli. Huwa stmat li l-għoti ta’ preferenzi tariffarji jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tal-ekonomija tas-Saħara tal-Punent, billi jistimula l-investiment.

(10)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-kunsens fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna [(iktar ’il quddiem is-“SEAE”)], ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex tinvolvi kif xieraq iil-popolazzjonijiet milqutin sabiex tiżgura l-kunsens tagħhom għall-Ftehim. Saru konsultazzjonijiet estensivi u l-biċċa l-kbira tal-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li pparteċipaw fil-konsultazzjonijiet iddikjaraw li kienu favur l-estensjoni tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għas-Saħara tal-Punent. Dawk li rrifjutaw l-estensjoni kkunsidraw essenzjalment li tali ftehim jikkonferma l-pożizzjoni tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, xejnjimplika rrikonoxximent tas-sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent. L-Unjoni, permezz ta’ sforzi msaħħa, ser tkompli tappoġġa l-proċess ta’ riżoluzzjoni paċifika tat-tilwima li nbeda u kompla għaddej taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti.”

D.   Is-sentenza appellata

44.

Fis‑27 ta’ April 2019, il-Front Polisario ppreżenta rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

45.

Fid‑29 ta’ Settembru 2021, il-Qorti Ġenerali tat is-sentenza appellata, li permezz tagħha annullat id-deċiżjoni kkontestata ( 50 )

46.

Fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ motivi prinċipali ta’ inammissibbiltà tal-Kunsill dwar il-locus standi tal-Front Polisario u l-locus standi tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata ( 51 ).

47.

F’dak li jirrigwarda l-mertu tar-rikors, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ewwel motiv għal annullament tal-Front Polisario dwar l-allegata assenza ta’ kapaċità tal-Kunsill li jadotta d-deċiżjoni kkontestata ( 52 ). Għall-kuntrarju, hija laqgħet it-tielet motiv għal annullament tal-Front Polisario dwar l-obbligu tal-Kunsill li josserva r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-ġurisprudenza dwar id-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati ( 53 ). Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-motivi l-oħra ta’ annullament invokati mill-Front Polisario.

E.   Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

48.

Permezz ta’ appelli ppreżentati rispettivament fl‑14 ta’ Diċembru 2021 u fis‑16 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni u l-Kunsill rispettivament jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha, tiddeċiedi hija stess fuq il-kwistjonijiet imqajma, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-Front Polisario għall-ispejjeż. Sussidjarjament, dawn l-istituzzjonijiet jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata matul perijodu ta’ 12‑il xahar mid-data tal-għoti tas-sentenza tagħha.

49.

Din is-soluzzjoni hija appoġġjata mill-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural, kif ukoll mill-Gvern Belġjan, Spanjol, Franċiż, Ungeriż, Portugiż u Slovakk.

50.

Inżammet seduta fit‑23 u fl‑24 ta’ Ottubru 2023 li matulha l-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Front Polisario, il-Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural kif ukoll il-Gvern Belġjan, Franċiż, Spanjol u Ungeriż ippreżentaw osservazzjonijiet orali.

III. Analiżi

A.   Fuq l-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali

51.

Meta mqabbel mal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jew mal-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri tagħha, id-dritt internazzjonali huwa sistema inqas kumpatta u, f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tal-uniformità tat-tifsira tar-regoli ta’ din is-sistema, huwa sistema ħafna iktar deċentralizzata.

52.

Għalkemm id-dritt internazzjonali għandu s-sistema tiegħu stess ta’ sorsi legali ( 54 ), u ċerti regoli interpretattivi ġeneralment aċċettati ( 55 ), hemm assenza ta’ interpretu finali li l-interpretazzjonijiet tiegħu jorbtu lill-parteċipanti kollha fis-sistema ( 56 ).

53.

F’dan ir-rigward, fl-interpretazzjoni tal-kontenut tar-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-qrati tal-Unjoni, ma humiex limitati mill-interpretazzjonijiet differenti tal-istess regola minn suġġetti oħra tad-dritt internazzjonali ( 57 ).

54.

Madankollu, fl-interpretazzjoni tat-tifsira tad-dritt internazzjonali għall-finijiet tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddetermina jekk intlaħaqx ċertu livell ta’ kunsens dwar it-tifsira ta’ regola partikolari fil-livell tad-dritt internazzjonali. Dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, mill-impenn tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-osservanza stretta u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, kif previst fl-Artikolu 3(5) TUE.

55.

Bħalma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma humiex marbuta bl-interpretazzjonijiet tad-dritt internazzjonali minn suġġetti oħra ta’ dan l-ordinament ġuridiku, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt internazzjonali hija vinkolanti biss fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni. Madankollu, meta tattribwixxi t-tifsira lil regola tad-dritt internazzjonali, huwa importanti li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ konxja tal-fatt li l-interpretazzjoni tagħha għandha effetti fuq il-livell tad-dritt internazzjonali u tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ konswetudni u għall-kostruzzjoni tat-tifsira tagħha ( 58 ).

56.

L-interpretazzjoni tad-dritt internazzjonali fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tqajjem ukoll il-kwistjoni tar-relazzjoni bejn il-qrati tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ liema obbligi huma imposti fuq l-Unjoni mid-dritt internazzjonali.

57.

Fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni għandhom marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ ( 59 ). Deċiżjoni li jiġi konkluż ftehim internazzjonali ma’ Stat ieħor, inkluża d-deċiżjoni li potenzjalment tiġi estiża l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim għal territorju terz, tagħmel parti minn dan il-marġni ta’ evalwazzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tikkontesta din l-għażla.

58.

Madankollu, meta tittieħed deċiżjoni politika dwar l-interazzjoni ma’ Stat jew ma’ territorju terz, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex biss is-setgħa tistħarreġ il-konformità tal-interazzjoni esterna tal-Unjoni mar-rekwiżiti kostituzzjonali imposti mit-Trattati UE u FUE, iżda hija saħansitra obbligata li tagħmel dan ( 60 ).

59.

Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Air Transport Association of America et, “hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 3(5) TUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-osservanza stretta tal-iżvilupp tad-dritt internazzjonali Konsegwentement, meta hija tadotta att, hija marbuta li tosserva d-dritt internazzjonali kollu kemm hu, inkluż id-dritt internazzjonali konswetudinarju li jorbot l-istituzzjonijiet tal-Unjoni” ( 61 ).

60.

Fil-kuntest tal-kompitu kostituzzjonali tagħha li tiżgura l-Istat tad-dritt fl-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija għalhekk meħtieġa tevalwa jekk, bil-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jkunux kisru d-drittijiet li r-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju jagħtu lis-suġġetti tiegħu.

61.

Dan jeħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-kontenut tar-regoli tad-dritt konswetudinarju rilevanti. F’sitwazzjoni fejn teżisti opinio juris uniformi dwar l-eżistenza ta’ obbligu legali (bħall-obbligu li jiġi rrikonoxxut id-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta’ TMA), iżda mhux fir-rigward tal-kontenut preċiż tiegħu, is-setgħa ta’ evalwazzjoni tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni teħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tbaxxi rasha għall-interpretazzjoni magħżula minn dawn l-istituzzjonijiet.

B.   Il-portata tal-appelli ineżami u l-istruttura ta’ dawn il-konklużjonijiet

62.

Il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-appelli ineżami essenzjalment tikkonċerna s-segwenti: id-deċiżjoni kkontestata awtorizzat il-konklużjoni ta’ ftehim mar-Renju tal-Marokk li jkopri t-territorju tas-Saħara tal-Punent bi ksur tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, b’mod iktar preċiż, tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Il‑Kunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK ( 62 )?

63.

Fl-indirizzar ta’ din il-kwistjoni, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li l-kwistjoni dwar jekk l-Unjoni tistax tinteraġixxi mat-territorju tas-Saħara tal-Punent ma tagħmilx parti mill-portata ta’ dan l-appell ( 63 ); dan l-element, li l-Qorti Ġenerali ċaħdet fl-ewwel istanza, ma kienx is-suġġett ta’ appell inċidentali ( 64 ).

64.

Għaldaqstant, il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali indirizzati fil-kuntest tal-analiżi tagħha tat-tielet motiv invokat mill-Front Polisario. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata kienet kuntrarja għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effetti relatati tat-trattati sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat dawn ir-regoli fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Aspetti oħra relatati ma’ dawn ir-regoli tqajmu separatament fir-rikors inizjali, iżda l-Qorti Ġenerali ma indirizzathomx, billi qieset ir-rikors bħala bbażat fuq it-tielet motiv ( 65 ).

65.

Għalhekk, dawn l-appelli ma jippermettux lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti interpretazzjoni dwar il-mod kif id-dritt għall-awtodeterminazzjoni jirregola r-relazzjoni bejn l-Unjoni u l-Marokk f’dak li jirrigwarda s-Saħara tal-Punent minbarra dak li kien inkwistjoni fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

66.

Madankollu, peress li wħud mill-kwistjonijiet imqajma minn dawn l-appelli huma marbuta mill-qrib ma’ dawk li għadhom pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali ( 66 ), ser niddiskutihom ukoll fil-qosor.

67.

L-analiżi tiegħi hija strutturata kif ġej. Ser nibda billi nispjega għaliex nikkunsidra li l-Front Polisario għandu locus standi biex iressaq din il-kawża (Taqsima C). Fir-rigward tal-mertu tal-kawża, ser nuri sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta laqgħet it-tielet motiv tal-Front Polisario bħala fondat (Taqsima D). Għal dan l-għan, qabel kollox ser ninterpreta s-sentenzi Il‑Kunsill vs Front Polisario u Western Sahara Campaign UK sabiex niċċara preċiżament liema elementi ta’ dawn is-sentenzi huma rilevanti għal din is-sensiela ta’ appelli (Subtaqsima D.1). It-tieni, ser nispjega għaliex il-konstatazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-assenza ta’ kunsens fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati hija żbaljata u għaliex, għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li d-deċiżjoni kkontestata kienet tikser id-dritt internazzjonali kif interpretat fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario (Subtaqsima D.2). Sussegwentement, ser nanalizza jekk il-konklużjoni mill-Kunsill tal-ftehim inkwistjoni tittrattax it-territorju tas-Saħara tal-Punent bħala territorju separat u distint, konformement mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-kontenut tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni f’Il‑Kunsill vs Front Polisario fir-rigward ta’ dan it-territorju (Subtaqsima D.3). Fl-aħħar nett, ser nesponi fil-qosor l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni li baqgħu mingħajr risposta fis-sentenza appellata iżda li madankollu jorbtu lill-Unjoni fl-interazzjoni tagħha mat-territorju tas-Saħara tal-Punent (Taqsima E), qabel ma nispiċċa bil-konsegwenzi tal-konklużjonijiet tiegħi (Taqsima IV).

C.   Fuq l-ammissibbiltà u l-possibbiltà li jiġi invokat id-dritt internazzjonali konswetudinarju quddiem il-qrati tal-Unjoni

1. Locus standi

68.

Fil-fehma tiegħi, id-dritt tal-Front Polisario li jippreżenta r-rikors għal annullament fil-kawża ineżami jista’ jiġi dedott mill-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent skont il-parti tad-dritt internazzjonali pubbliku li torbot lill-Unjoni. Huwa dak il-poplu li jista’ jsostni li huwa direttament u individwalment ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata.

69.

Il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju li joħloq obbligi vinkolanti għall-Unjoni ( 67 ).

70.

Dan id-dritt, kif spjegat essenzjalment il-Qorti Ġenerali ( 68 ), jeżisti anki fl-assenza u qabel l-att tal-eżerċizzju effettiv tiegħu. L-għan tiegħu, fost l-oħrajn, huwa li jippermetti lil dan il-poplu jagħżel il-futur politiku tiegħu.

71.

F’dan ir-rigward, peress li l-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu drittijiet fuq il-bażi tad-dritt internazzjonali, dan il-poplu għandu wkoll personalità ġuridika (tal-inqas tip derivat tagħha) fuq il-bażi ta’ dan il-corpus tad-dritt ( 69 ).

72.

Fis-sentenza tagħha Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) ( 70 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-entitajiet li għandhom personalità ġuridika skont id-dritt internazzjonali jista’ jkollhom locus standi quddiem il-qrati tal-Unjoni jekk ikunu direttament u individwalment ikkonċernati minn att tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ( 71 ).

73.

Dan iwassalni għar-rekwiżiti ta’ inċidenza diretta u individwali, kif jirriżultaw mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.

74.

Bħala unità kollettiva, u għalhekk bħala unità ta’ awtodeterminazzjoni, il-poplu tas-Saħara tal-Punent huwa direttament ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata ( 72 ).

75.

L-ewwel, din id-deċiżjoni tikkonċerna territorju li l-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu d-dritt għall-awtodeterminazzjoni fir-rigward tiegħu. Hija għalhekk neċessarjament taffettwa drittijiet li dan il-poplu għandu fir-rigward ta’ dan it-territorju, inkluż id-dritt li jgawdi mir-riżorsi naturali tiegħu. Id-deċiżjoni kkontestata, għalhekk, taffettwa l-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

76.

It-tieni, l-obbligu li jingħata trattament preferenzjali lill-prodotti li joriġinaw mis-Saħara tal-Punent jorbot lill-Unjoni mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda att diskrezzjonali addizzjonali għad-deċiżjoni kkontestata. Id-deċiżjoni kkontestata, għalhekk, taffettwa direttament ukoll l-istatus ġuridiku tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

77.

Dan il-poplu huwa wkoll individwalment ikkonċernat mid-deċiżjoni kkontestata.

78.

Huwa l-uniku poplu rrikonoxxut bħala li jgawdi mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Għaldaqstant, dan il-poplu huwa distint, f’din il-pożizzjoni, minn kull suġġett ieħor ( 73 ).

79.

Madankollu, kuntrarjament għall-Venezwela, jew għal kull Stat ieħor li jista’ jiġi rrikonoxxut bħala li għandu locus standi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma għandux rappreżentant elett jew irrikonoxxut b’mod ieħor ( 74 ).

80.

Mingħajr rappreżentant elett jew irrikonoxxut kollettivament, kif jista’ dan il-poplu jiddefendi d-dritt kollettiv tiegħu għall-awtodeterminazzjoni quddiem il-qrati tal-Unjoni ( 75 )?

81.

Il-Front Polisario ma huwiex irrikonoxxut bħala “r-”rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent min-NU ( 76 ) jew mill-Unjoni ( 77 ).

82.

Il-Front Polisario huwa moviment ta’ liberazzjoni awtoproklamat ( 78 ), li nħoloq sabiex jiġġieled għal tip partikolari ta’ mudell ta’ governanza futur tat-territorju tas-Saħara tal-Punent: dak tal-indipendenza ta’ dan it-territorju mir-Renju tal-Marokk kif ukoll il-ħolqien ta’ Stat tas-Saħara sovran u awtonomu ( 79 ).

83.

Madankollu, dan qatt ma ġie elett mill-poplu tas-Saħara tal-Punent f’dan ir-rwol, u lanqas ma huwa possibbli li jiġi stabbilit b’ċertezza li l-Front Polisario għandu l-appoġġ ta’ (il-maġġoranza ta’ dan) il-poplu ( 80 ).

84.

Kif spjegajt fil-punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni jista’ jwassal għal tliet riżultati possibbli, b’tali mod li l-formazzjoni ta’ Stat indipendenti hija biss waħda minn dawn it-tliet riżultati. Ir-rikonoxximent tal-Front Polisario bħala detentur tat-titolu ta’ “r-” rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, għalhekk, ma huwiex konformi mal-pożizzjoni newtrali tal-Unjoni fir-rigward tal-eżitu tal-proċess ta’ awtodeterminazzjoni ( 81 ).

85.

Dan it-tip ta’ rikonoxximent lanqas ma huwa possibbiltà għall-Qorti tal-Ġustizzja, għaliex dan imur kontra d-deċiżjoni ta’ politika barranija tal-Unjoni u tal-Istati Membri li ma jirrikonoxxux status partikolari lill-Front Polisario ( 82 ).

86.

Madankollu, anki jekk ma huwiex rappreżentant esklużiv, ma jistax jiġi miċħud li l-Front Polisario huwa interlokutur fil-proċess tan-NU ta’ awtodeterminazzjoni tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u li jista’ jiġi pperċepit f’dan il-proċess bħala li jirrifletti l-interessi u x-xewqat ta’ (tal-inqas) parti tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

87.

Barra minn hekk, dan is-suġġett għandu 20 % tat-territorju tas-Saħara tal-Punent u b’hekk jeżerċita kontroll effettiv fuq dan it-territorju u fuq il-persuni li jgħixu fih ( 83 ). Għaldaqstant, il-Front Polisario għandu interess li jiddefendi l-integrità territorjali tat-territorju tas-Saħara tal-Punent, kif żgurata mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu ta’ dan it-territorju ( 84 ).

88.

Minn dan isegwi, fil-fehma tiegħi, li, sa fejn il-Front Polisario għandu l-intenzjoni li jippreżenta rikors quddiem il-qrati tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-interazzjoni tal-Unjoni mat-territorju tas-Saħara tal-Punent ma tinterferixxix mad-drittijiet li d-dritt internazzjonali konswetudinarju jagħti lill-poplu tas-Saħara tal-Punent, Front Polisario għandu jiġi rrikonoxxut bħala detentur ta’ status ta’ rappreżentant tal-inqas parzjali ta’ dan il-poplu ( 85 ).

89.

Kieku dan ma kienx il-każ, il-poplu tas-Saħara tal-Punent, li, fl-istat attwali tiegħu, la huwa kompletament verifikabbli u lanqas irrappreżentat minn rappreżentant uniku jew irrikonoxxut, ikun imċaħħad mill-possibbiltà li jinforza, quddiem il-qrati tal-Unjoni, dawk id-drittijiet li huwa jislet kollettivament minn dik il-parti tad-dritt internazzjonali pubbliku li wkoll tagħmel parti mid-dritt tal-Unjoni ( 86 ).

90.

Dan it-tip ta’ eżitu ma jkunx kompatibbli mal-istat tad-dritt, valur stabbilit fl-Artikolu 2 TUE ( 87 ), u li jifforma wieħed mill-pilastri kostituzzjonali tal-Unjoni ( 88 ).

91.

Minn dan isegwi li nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikors fl-ewwel istanza huwa ammissibbli, għalkemm fuq il-bażi ta’ raġunijiet oħra.

2. L‑invokazzjoni tad‑dritt internazzjonali konswetudinarju quddiem il‑qrati tal‑Unjoni

92.

Fl-appelli tagħhom, il-Kummissjoni u l-Kunsill, filwaqt li jinvokaw Air Transport Association of America et, isostnu, barra minn hekk, li l-Front Polisario ma jistax jinvoka d-dritt internazzjonali konswetudinarju quddiem il-qrati tal-Unjoni sabiex jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni kkontestata.

93.

Jiena ma naqbilx. Fil-fehma tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ ġudizzjarju tagħha fir-rigward tal-parti tad-dritt internazzjonali li torbot lill-Unjoni sabiex tevalwa l-kompatibbiltà tad-deċiżjoni kkontestata li tikkonkludi l-ftehim internazzjonali inkwistjoni. Il-poplu tas-Saħara tal-Punent huwa direttament u individwalment ikkonċernat minn din id-deċiżjoni, li tista’ tippreġudika d-drittijiet tiegħu skont il-prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju.

94.

Billi tisma’ l-kawża ineżami, il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex qiegħda, kif sostnut, tinbidel f’qorti internazzjonali. Għall-kuntrarju, huwa d-dmir kostituzzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura li, fl-applikazzjoni tat-Trattati, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jiksrux id-dritt. Permezz tal-Artikolu 3(5) TUE, dan id-dritt jinkludi d-dritt internazzjonali konswetudinarju u l-prinċipji stabbiliti mill-Karta tan-NU. Barra minn hekk, ma teżisti l-ebda qorti oħra li tista’ tieħu konjizzjoni ta’ tali kontestazzjoni.

95.

Sa fejn il-prinċipji tad-dritt internazzjonali konswetudinarju inkwistjoni huma ċari biżżejjed sabiex jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tevalwa jekk il-Kunsill kienx prekluż milli jikkonkludi l-ftehim internazzjonali inkwistjoni bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Front Polisario jista’ jinvoka dawn ir-regoli tad-dritt internazzjonali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

D.   Il‑Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li t‑tielet motiv tal-Front Polisario kien fondat

1. Interpretazzjoni tassentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario

96.

Bħala tfakkira, il-portata ta’ dawn l-appelli jirrigwarda biss il-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjoni kkontestata tmurx kontra l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Għaldaqstant, għandu jiġi evalwat dak li l-Qorti tal-Ġustizzja riedet preċiżament tistabbilixxi f’din is-sentenza.

97.

Sabiex tikkonkludi li l-ftehim inkwistjoni ma kienx japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat dan li ġej.

98.

Hija rrikonoxxiet li t-territorju tas-Saħara tal-Punent jikkostitwixxi TMA fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU ( 89 ). Sussegwentement, hija rrilevat li TMA jibbenefika mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li huwa “dritt opponibbli erga omnes kif ukoll prinċipju essenzjali tad-dritt internazzjonali” ( 90 ). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jagħmel parti mir-regoli tad-dritt internazzjonali pubbliku applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk, li l-qrati tal-Unjoni għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ( 91 ).

99.

Skont il-Karta tan-NU, TMA għandu “status separat u distint” ( 92 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-Qorti tal-Ġustizzja għalhekk ikkonkludiet li l-kliem “ir-Renju tal-Marokk” ma jistax jiġi interpretat bħala li jinkludi t-territorju tas-Saħara tal-Punent fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ( 93 ).

100.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ftehim internazzjonali jista’ jorbot Stat fir-rigward ta’ territorju ieħor, iżda li tali intenzjoni għandha tirriżulta minn dan il-ftehim, jew tkun stabbilita b’mod ieħor ( 94 ). Madankollu, hija qieset li ma jistax jiġi konkluż, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiġi interpretat bħala li jipprevedi b’mod taċitu l-applikazzjoni tiegħu għat-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 95 ).

101.

Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati. Hija qieset li dan il-prinċipju jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt internazzjonali, ikkodifikat fl-Artikolu 34 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati (iktar ’il quddiem il-“KVLTKVLT”) ( 96 ). Skont dan il-prinċipju, it-trattati internazzjonali ma jimponux obbligi u ma jagħtu ebda dritt, lil Stati terzi mingħajr il-kunsens tagħhom ( 97 ).

102.

Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-punt 106 tas-sentenza tagħha f’Il‑Kunsill vs Front Polisario, li hija s-suġġett ta’ diskussjoni fil-kawża ineżami, li “il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jiġi kkunsidrat li huwa ‘terz’ fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati”. Konsegwentement, il-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu sabiex il-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Dan huwa l-każ “mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi ddeterminat jekk tali implementazzjoni hijiex ta’ natura li tippreġudikah jew inkella li tkunlu ta’ benefiċċju” ( 98 ).

103.

Peress li ma ntweriex li l-poplu tas-Saħara tal-Punent kien ta l-kunsens tiegħu biex jiġi affettwat mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li jkun kuntrarju għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u għall-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati li dan il-ftehim jiġi interpretat bħala li japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 99 ).

104.

Liema regoli jistgħu jiġu estrapolati minn dawn il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja?

105.

Fir-rigward tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat żewġ kwistjonijiet. L-ewwel, hija ddeċidiet li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni huwa regola konswetudinarja tad-dritt internazzjonali li tapplika erga omnes u li għalhekk torbot lill-Unjoni. It-tieni, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni jeżiġi li s-Saħara tal-Punent jiġi ttrattat bħala territorju separat mir-Renju tal-Marokk.

106.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx il-kontenut tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ( 100 ). Madankollu, hija ssuġġerixxiet li l-poplu tas-Saħara tal-Punent, li jibbenefika mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni meta mqabbel mat-TMA tas-Saħara tal-Punent, għandu jagħti l-“kunsens” tiegħu għal ftehim li għandu l-għan li japplika għal dan it-territorju.

107.

Il-Qorti tal-Ġustizzja waslet għal din il-konklużjoni fuq il-bażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni? Fil-fehma tiegħi, le. Hija siltet ir-rekwiżit tal-kunsens mir-regoli li jirregolaw l-effett relattiv tat-trattati, u b’mod partikolari b’riferiment għall-Artikolu 34 tal-KVLT.

108.

L-Unjoni ma hijiex parti għall-KVLT, u r-regoli tagħha ma jistgħux jorbtuha. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat l-Artikolu 34 tal-KVLT bħala espressjoni tar-regola konswetudinarja tad-dritt internazzjonali ( 101 ), li torbot lill-Unjoni fl-azzjonijiet tagħha ( 102 ).

109.

L-Artikolu 34 tal-KVLTjipprevedi li trattat la joħloq obbligi u lanqas drittijiet għal Stat terz mingħajr il-kunsens tiegħu. Anki jekk din id-dispożizzjoni tirreferi għall-kunsens ta’ “Stati”, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li din l-istess regola tapplika fir-rigward ta’ TMA ( 103 ).

110.

Għalkemm jista’ jiġi sostnut li din l-evalwazzjoni tikkostitwixxi l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, ma jistax, minnu nnifsu, jiġi eskluż minn perspettiva tad-dritt internazzjonali li l-Artikolu 34 tal-KVLT jista’ japplika wkoll għal TMA bħala “terz” ( 104 ).

111.

Iżda dan ma jsolvix il-kwistjoni dwar kif, jekk xejn, TMA, bħas-Saħara tal-Punent, jista’ jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali.

112.

Fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex bżonn teżamina din il-kwistjoni. Hija sempliċement spjegat li, fil-fatt, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma tax il-kunsens tiegħu biex ikun marbut bi ftehim internazzjonali bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk. Dan ippermetta lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma jestendix għat-territorju tas-Saħara tal-Punent: il-partijiet la pprevedew b’mod espress għal dan, u t-terz (hawnhekk, il-poplu tas-Saħara tal-Punent) lanqas ma ta l-kunsens tiegħu għal din l-estensjoni.

113.

F’din is-sentenza, għalhekk ma kienx hemm lok li jiġi evalwat kif ftehim konkluż mar-Renju tal-Marokk seta’ legalment japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent għas-sempliċi raġuni li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li bl-ebda mod ma kien japplika għas-Saħara tal-Punent. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonkludiet li, “[fis-sentenzi Front Polisario vs Il‑Kunsill u Western Sahara Campaign UK], il-qrati tal-Unjoni ma ddeċidewx dwar il-kawżi relatati ma’ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tal‑Marokk li jinkludu dikjarazzjoni espliċita li tinkludi lis-Saħara tal‑Punent fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ dan il-ftehim”, li huwa l-każ fil-kawża ineżami.

114.

Minn din il-perspettiva, ir-rekwiżit tal-kunsens, kif espress fil-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, ma għandux jinftiehem bħala struzzjoni dwar il-kwistjoni jekk jew kif ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk jista’ jinvolvi t-territorju tas-Saħara tal-Punent. Għall-kuntrarju, din l-affermazzjoni għandha tinftiehem biss bħala wieħed mill-argumenti għalfejn il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim inkwistjoni fil-kawża ineżami ma setax jinkludi t-territorju tas-Saħara tal-Punent.

115.

Huwa minn din il-perspettiva li ser neżamina jekk il-Qorti Ġenerali interpretatx b’mod korrett ir-rekwiżit tal-kunsens kif rifless fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

2. L‑effett relattiv tat‑trattati u r‑rekwiżit tal‑kunsens

a) Il‑konstatazzjonijiet tal‑Qorti Ġenerali

116.

Fil-kawża ineżami ma huwiex ikkontestat li l-intenzjoni tal-Unjoni u tar-Renju tal-Marokk kienet li jiġi konkluż ftehim bilaterali li japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 105 ).

117.

Il-Qorti Ġenerali bdiet l-analiżi fil-mertu tagħha tat-tielet motiv tal-Front Polisario billi evalwat jekk il-Kunsill kienx osserva r-rekwiżit tal-kunsens kif meħtieġ mill-punt 106 tas-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

118.

Hija spjegat li, fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ppreċiżatx il-metodu li bih dan il-kunsens seta’ jiġi espress ( 106 ). Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali invokat il-KVLT sabiex tiddetermina l-modalitajiet li bihom jista’ jiġi espress il-kunsens.

119.

Fir-rigward tal-Istati, il-KVLT tittratta din il-kwistjoni fl-Artikoli 35 u 36. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-kunsens għall-applikazzjoni tat-trattat li jimponi obbligi fuq Stat terz jeħtieġ aċċettazzjoni espressa bil-miktub. Għall-kuntrarju, il-kunsens ikun impliċitu jekk trattat sempliċiment jagħti drittijiet lill-Istat terz.

120.

Fid-dawl ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-KVLT, il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li, peress li l-ftehim inkwistjoni ma jagħtix drittijiet, iżda pjuttost jimponi obbligi fuq il-poplu tas-Saħara tal-Punent ( 107 ), il-kunsens irid jingħata espressament ( 108 ).

121.

Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk kienx ingħata kunsens espliċitu mill-poplu tas-Saħara tal-Punent, u kkonkludiet li l-konsultazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u mis-SEAE ma setgħux jiġu interpretati bħala li kisbu l-kunsens ta’ dan il-poplu ( 109 ).

122.

Nista’ naqbel ma’ din il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali.

123.

Teżisti differenza bejn il-kunċett tal-“popolazzjoni” ta’ TMA u tal-“poplu” ta’ dan it-TMA, peress li dan tal-aħħar jimplika unità politika, bi dritt għall-awtodeterminazzjoni, filwaqt li tal-ewwel jimplika l-abitanti ta’ territorju ( 110 ).

124.

Il-Kummissjoni u s-SEAE żammu konsultazzjonijiet mal-“popolazzjonijiet milquta”, li, kif irrilevat ġustament il-Qorti Ġenerali, kienu jinkludu “essenzjalment il-popolazzjonijiet li jinsabu attwalment fit-territorju tas‑Saħara tal-Punent, indipendentement minn jekk jappartjenux jew le għall-poplu ta’ dan it-territorju” ( 111 ). Dawn il-konsultazzjonijiet ma jistgħux, għaldaqstant, ikunu ekwivalenti għall-kisba tal-kunsens tal-“poplu” tat-TMA tas-Saħara tal-Punent.

125.

Il-partijiet u l-intervenjenti fil-kuntest tal-appelli ineżami iddiskutew fit-tul dwar jekk l-Artikoli 35 u 36 tal-KVLT humiex b’xi mod applikabbli għal TMA u humiex vinkolanti għall-Unjoni. Hemm raġunijiet biex jiġi konkluż li dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkodifikawx ir-regoli tad-dritt internazzjonali konswetudinarju ( 112 ), tal-inqas mhux meta l-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati jiġi interpretat bħala li japplika għal TMA. Jekk dan huwa l-istat attwali tad-dritt internazzjonali, dawn id-dispożizzjonijiet tal-KVLT ma jistgħux jorbtu lill-Unjoni.

126.

Madankollu, fil-fehma tiegħi, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikoli 35 u 36 tal-KVLT fil-fatt jistabbilixxux il-metodu ta’ kif għandu jingħata l-kunsens fil-każ ta’ TMA hija irrilevanti.

127.

Kif ser nispjega, il-pożizzjoni tiegħi hija li l-poplu tas-Saħara tal-Punent, bħala “terz” fis-sens tal-Artikolu 34 tal-KVLT, ma jistax, fl-istat attwali ta’ organizzazzjoni tiegħu, jagħti l-kunsens neċessarju waħdu. Madankollu, dan ma jfissirx li dan il-kunsens ma jistax jingħata f’ismu.

b) Il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti l-“kunsens” tiegħu biex jintrabat bil-ftehim inkwistjoni

128.

Huwa ċar kif Stat jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali. Madankollu, xejn ma huwa ċar kif TMA jista’ jagħti tali kunsens ( 113 ).

129.

Meta Stat ikun terz li żewġ Stati oħra jkunu jixtiequ jestendu l-applikazzjoni tal-ftehim tagħhom għalih, dan l-Istat terz huwa preżunt li jkun kapaċi, skont id-dritt internazzjonali, jikkonkludi dan il-ftehim internazzjonali huwa stess. Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li huwa għandu jagħti l-kunsens tiegħu jekk ma jkunx ikkonkluda l-ftehim huwa stess, iżda jaċċetta li jkun marbut bi ftehim ta’ Stati oħra.

130.

Il-pożizzjoni ta’ “poplu”, bħala gwardjan tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta’ TMA, hija differenti. Dan il-poplu ma jistax jikkonkludi ftehim internazzjonali qabel ma jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ awtodeterminazzjoni; jiġifieri, qabel ma jkun kiseb xi miżura ta’ awtonomija.

131.

Fil-każ partikolari tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, ma hemm l-ebda rappreżentant magħżul jew aċċettat li jista’ jagħti l-kunsens tiegħu f’ismu. Anki jekk il-Front Polisario jipparteċipa fin-negozjati politiċi dwar is-soluzzjoni tal-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent, dan ir-rwol ma huwiex l-istess bħal dak ta’ rappreżentant elett jew irrikonoxxut tal-poplu tas-Saħara tal-Punent sabiex jesprimi r-rieda kollettiva tiegħu. Dan ir-rwol tal-aħħar jista’ jingħata biss permezz tal-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara, li l-komunità internazzjonali għadha ma tistax torganizza ( 114 ).

132.

Il-poplu tas-Saħara ma jistax jesprimi l-pożizzjoni tiegħu mingħajr rappreżentant elett jew irrikonoxxut kollettivament. Anki jekk jiġi stabbilit b’mod ċar liema individwi jagħmlu parti mill-poplu tas-Saħara tal-Punent, ikun impossibbli li jinkiseb il-kunsens kollettiv ta’ dan il-poplu permezz ta’ konsultazzjonijiet ma’ kull membru individwali ta’ dan il-grupp.

133.

Ladarba l-poplu tas-Saħara jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, huwa jikseb il-kapaċità li jagħti l-kunsens tiegħu għal ftehim internazzjonali vinkolanti fit-territorju tiegħu, jew saħansitra li jikkonkludi tali ftehim huwa stess.

134.

Sa issa, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti l-kunsens biex jintrabat bi ftehim internazzjonali.

135.

Kif spjegaw il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-kunċett stess ta’ assenza ta’ awtonomija jimplika li l-poplu li għadu ma eżerċitax id-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni ma għandux mezzi jew struttura sabiex jesprimi r-rieda jew id-deċiżjonijiet tiegħu.

136.

Dan ifisser li xi ħadd ieħor għandu d-dritt li jesprimi l-kunsens tiegħu li jintrabat bi ftehim internazzjonali f’ismu, jew li dan il-kunsens ma jista’ jiġi espress bl-ebda mod.

c) Ir‑Renju tal‑Marokk jista’ jagħti l‑kunsens għall‑ftehim inkwistjoni f’isem il‑poplu tas‑Saħara tal‑Punent?

137.

Jekk, kif issuġġerejt, il-poplu tas-Saħara tal-Punent ma jistax jagħti “kunsens”, fis-sens mogħti lil dan il-kunċett mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, u lanqas permezz ta’ konsultazzjonijiet tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju tas-Saħara tal-Punent, jew permezz tal-Front Polisario, min jista’ japprova l-konklużjoni ta’ ftehim internazzjonali mat-territorju tas-Saħara tal-Punent f’isem dan il-poplu?

138.

Il-qafas ta’ riferiment xieraq li fih għandha tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija huwa l-liġi dwar id-dekolonizzazzjoni.

139.

Dan il-qafas jinsab prinċipalment fil-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU, intitolat “Dikjarazzjoni dwar Territorji mhux Awtonomi” [traduzzjoni mhux uffiċjali], b’mod partikolari l-Artikolu 73 ( 115 ).

140.

Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat is-sens tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario ( 116 ).

141.

Il-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU huwa espressjoni tal-impenn tal-komunità internazzjonali għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni fil-proċess tad-dekolonizzazzjoni ( 117 ).

142.

L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jirregola r-regoli li jirregolaw is-sitwazzjoni ta’ TMA qabel ma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni.

143.

Din id-dispożizzjoni timplika, l-ewwel, li t-territorji li l-popli tagħhom ikunu għadhom ma laħqux awtonomija sħiħa jiġu amministrati minn Stat differenti minn dak ta’ dawn il-popli. Din id-dispożizzjoni tindika lil dawn l-Istati bħala “Membri tan-[NU] li għandhom jew li jassumu r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ TMA. Ser nirreferi għal dawn l-Istati bħala “awtoritajiet amministranti”.

144.

Qabel ma l-poplu ta’ TMA jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, li huwa l-għan aħħari tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, hija l-awtorità amministranti li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw lil dawn it-territorji.

145.

Minn dan isegwi li hija l-awtorità amministranti li hija wkoll intitolata tagħti l-“kunsens” għall-applikazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn żewġ Stati oħra għat-territorju li l-awtorità tamministra.

146.

Is-Saħara tal-Punent hija każ uniku f’dan ir-rigward. Il-lista tan-NU tat-TMA kollha li jifdal tindika l-awtorità amministranti ta’ kull territorju; ħlief fil-każ tas-Saħara tal-Punent ( 118 ).

147.

L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jiddefinixxi l-awtoritajiet amministranti bħala “Membri tan-Nazzjonijiet Uniti li għandhom jew li jassumu r-responsabbiltajiet tal-amministrazzjoni ta’ territorji li l-popli tagħhom għadhom ma kisbux awtonomija sħiħa” ( 119 ) [traduzzjoni mhux uffiċjali].

148.

L-użu tat-terminu “għandhom […] responsabbiltajiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] jidher li jirreferi għall-Istati li kienu jikkontrollaw TMA fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-Karta tan-NU.

149.

Fil-każ tas-Saħara tal-Punent, l-Istat kolonjali li kellu din ir-responsabbiltà kien ir-Renju ta’ Spanja. Madankollu, Spanja rrinunzjat unilateralment għal din ir-responsabbiltà ( 120 ).

150.

L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jirreferi wkoll għall-Istati li “jassumu […] responsabbiltajiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] ta’ TMA.

151.

Fl-appell tiegħu fil-kawża ineżami, il-Kunsill ikkunsidra li l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU japplika għar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti, peress li dan l-Istat assuma r-responsabbiltà fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent. Kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni kkonfermaw din il-pożizzjoni waqt is-seduta. Skont l-ispjegazzjonijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet, il-klassifikazzjoni tar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti “preżunta” tirriżulta mill-fatt li r-Renju tal-Marokk għandu kontroll effettiv fuq il-maġġoranza tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

152.

Kieku r-Renju tal-Marokk seta’ legalment jiġi kklassifikat bħala l-awtorità amministranti tas-Saħara tal-Punent, huwa jkun awtorizzat, skont id-dritt internazzjonali, jikkonkludi ftehim internazzjonali f’isem it-territorju tas-Saħara tal-Punent sabiex jorbot lil dan it-territorju. Huwa jkun jista’ wkoll jagħti l-kunsens għall-applikazzjoni ta’ ftehim konkluż bejn Stati terzi għat-territorju tas-Saħara tal-Punent, sakemm dan il-ftehim ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU (ara l-punti 180 sa 190 ta’ dawn il-konklużjonijiet).

153.

Hemm studju akkademiku li jopponi din il-possibbiltà, billi jsostni li l-istatus ta’ awtorità amministranti huwa status ġuridiku mogħti min-NU, li, fl-assenza ta’ dan it-tip ta’ rikonoxximent, ma jistax jiġi preżunt unilateralment ( 121 ).

154.

Madankollu, l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU ma jorbotx l-istatus ta’ awtorità amministranti ma’ xi tip ta’ proċedura jew ta’ rikonoxximent formali. Għall-kuntrarju, il-formulazzjoni tiegħu tissuġġerixxi li huwa relatat ma’ ċertu tip ta’ sitwazzjoni fattwali.

155.

Skont id-dritt internazzjonali, Stat li de facto jikkontrolla territorju għandu tliet klassifikazzjonijiet ġuridiċi possibbli: sovran, amministratur jew okkupant ( 122 ).

156.

Fir-rigward tas-Saħara tal-Punent, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni ma jittrattawx lir-Renju tal-Marokk bħala awtorità okkupanti ( 123 ), u lanqas bħala sovrana ( 124 ), iżda pjuttost bħala awtorità amministranti. Dan ifisser li huma jaċċettaw is-sovranità tal-poplu tas-Saħara fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent, anki jekk ir-Renju tal-Marokk bħalissa għandu l-kontroll ta’ dan it-territorju.

157.

Din il-pożizzjoni ma tikkontradixxix in-newtralità adottata mill-Unjoni fir-rigward tal-eżitu tal-proċess immexxi min-NU dwar is-Saħara tal-Punent, peress li t-trattament bħala awtorità amministranti ma jipprekludix kull eżitu possibbli tal-eżerċizzju tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ( 125 ).

158.

Din l-interpretazzjoni lanqas ma tidher li tmur kontra l-għan tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni, li huwa espress fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, sakemm din ma tipprekludix lill-poplu ta’ TMA milli jeżerċita dan id-dritt fil-futur.

159.

Għalhekk, ma huwiex kuntrarju għad-dritt internazzjonali li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala l-awtorità amministranti tas-Saħara tal-Punent u, għaldaqstant, bħala li jista’ “jagħti l-kunsens”, f’isem il-poplu tas-Saħara tal-Punent, bħala “terz” fis-sens tal-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-effett relattiv tat-trattati, għal ftehim li għandu effett fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent.

160.

X’inhu l-effett ta’ din il-konklużjoni għall-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-kunċett ta’ “awtorità amministranti”?

161.

Fl-eżerċizzju tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni għandhom marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ ( 126 ).

162.

Dan jestendi għall-interpretazzjoni tar-regoli applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni, fejn ma teżisti, fid-dritt internazzjonali, l-ebda pożizzjoni ċara fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk Stat jistax jitqies li assuma r-responsabbiltà għal TMA, fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, permezz ta’ kontroll ġurisdizzjonali effettiv ta’ dan it-territorju.

163.

Fid-dawl tal-assenza ta’ regoli ċari tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt internazzjonali li jipprekludu tali pożizzjoni, id-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet politiċi tal-Unjoni li jikkunsidraw lir-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti (“de facto”), fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, ma tistax tiġi kkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ( 127 ).

164.

Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni bħala interpretazzjoni possibbli tad-dritt internazzjonali.

165.

Huwa minnu li r-Renju tal-Marokk stess ma aċċettax l-istatus ta’ awtorità amministranti fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 128 ). Il-pożizzjoni tiegħu huwa li huwa jgawdi s-sovranità fuq dan it-territorju ( 129 ).

166.

Madankollu, dan ma jipprekludix lill-Unjoni milli tikkunsidra unilateralment lir-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti (“de facto”) tat-territorju tas-Saħara tal-Punent fl-interazzjoni ekonomika tagħha ma’ dan it-territorju tal-aħħar.

167.

Waqt is-seduta, il-Kummissjoni spjegat li l-Unjoni kienet ser tagħmel dan sempliċement billi tuża klawżoli “mingħajr preġudizzju”, li l-użu tagħhom huwa metodu aċċettat (u prattiku) sabiex tinteraġixxi ma’ Stati jew territorji terzi ( 130 ).

168.

Madankollu, il-fatt li l-Unjoni u r-Renju tal-Marokk qablu li ma jiftehmux dwar l-istatus tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent waqt il-konklużjoni tal-ftehim inkwistjoni, jista’, kif ser neżamina fit-Taqsima E ta’ dawn il-konklużjonijiet, jimponi fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni rekwiżiti addizzjonali neċessarji sabiex jissodisfaw l-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali.

169.

Id-diskussjoni preċedenti twassal għall-konklużjoni li, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma kisirx il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif interpretat fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Din l-istituzzjoni kisbet il-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala terz għall-ftehim inkwistjoni permezz tar-Renju tal-Marokk, li jaġixxi bħala l-awtorità amministranti ta’ dan it-territorju.

3. It‑trattament tal‑Marokk u tas‑Saħara tal‑Punent bħala territorji separati

170.

L-uniku obbligu li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat bħala vinkolanti fuq l-Unjoni skont id-dritt għall-awtodeterminazzjoni f’Il-Kunsill vs Front Polisario kien li t-territorju tas-Saħara tal-Punent jiġi ttrattat bħala distint mit-territorju tar-Renju tal-Marokk ( 131 ).

171.

Dan l-obbligu ma huwiex imminat mill-fatt li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala awtorità amministranti fis-sens tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU. Pjuttost għall-kuntrarju, l-attribuzzjoni unilaterali lir-Renju tal-Marokk tal-istatus ta’ awtorità amministranti, bl-obbligi kollha relatati li jirriżultaw minn dan l-istatus, tiċħad din is-sovranità statali fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent ( 132 ).

172.

Fi kliem ieħor, ir-Renju tal-Marokk ikkonkluda b’mod separat mal-Unjoni ftehim internazzjonali dwar it-territorju tiegħu stess u sussegwentement ta l-kunsens tiegħu għall-applikazzjoni tiegħu għat-territorju separat tas-Saħara tal-Punent, li attwalment jamministra.

173.

Kif spjegajt fil-konklużjonijiet tiegħi f’Confédération paysanne (Bettieħ u tadam mis-Saħara tal-Punent), li qegħdin jinqraw illum ukoll, it-trattament separat tat-territorju tas-Saħara tal-Punent minn dak tar-Renju tal-Marokk jeħtieġ li d-dikjarazzjonijiet doganali u t-tikketti tal-pajjiż ta’ oriġini tal-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent għandhom jindikaw lis-Saħara tal-Punent bħala l-post ta’ oriġini tagħhom; bl-esklużjoni ta’ kull indikazzjoni tal-oriġini fir-Renju tal-Marokk ( 133 ). Dan jikkonċerna inter alia l-prodotti b’oriġini fis-Saħara tal-Punent li jibbenefikaw minn trattament preferenzjali fuq il-bażi tal-ftehim inkwistjoni meta jiġu importati fit-territorju doganali tal-Unjoni.

174.

Minn dan isegwi li, billi adotta d-deċiżjoni kkontestata, il-Kunsill ma kisirx ir-rekwiżit li t-territorju tar-Renju tal-Marokk u t-territorju tas-Saħara tal-Punent jiġu ttrattati bħala żewġ territorji distinti, li huwa r-rekwiżit li jirriżulta mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni skont l-interpretazzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario.

4. Konklużjoni intermedjarja

175.

Id-deċiżjoni kkontestata la tikser il-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati u lanqas dan l-aspett tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni li kien inkwistjoni f’Il‑Kunsill vs Front Polisario.

176.

Konsegwentement, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tilqa’ t-tielet motiv tal-Front Polisario.

E.   Obbligi oħra li jorbtu lill‑Unjoni fuq il‑bażi tad‑dritt għall‑awtodeterminazzjoni tal‑poplu tas‑Saħara

177.

Il-konstatazzjoni li d-dritt għall-awtodeterminazzjoni ma nkisirx sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li tinterpretah fis-sentenza tagħha Il‑Kunsill vs Front Polisario mhux neċessarjament twassal għall-konklużjoni li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni osservaw l-obbligi kollha li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni waqt il-konklużjoni tal-ftehim inkwistjoni mar-Renju tal-Marokk.

178.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għad ma kellhiex l-opportunità tispjega liema obbligi oħra huma imposti fuq l-Unjoni bħala riżultat tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara. Madankollu, peress li din il-kwistjoni ma ġietx deċiża mill-Qorti Ġenerali, hija ma tagħmilx parti mill-portata tal-appelli ineżami, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tiċċara din il-kwistjoni b’mod awtonomu fil-kawża ineżami.

179.

Dan premess, jidhirli li huwa neċessarju li nsemmi fil-qosor żewġ kwistjonijiet li jirriżultaw mid-dritt għall-awtodeterminazzjoni li huma rilevanti f’ipoteżi fejn ir-Renju tal-Marokk jiġi ttrattat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala l-awtorità amministranti (“de facto”) tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

180.

L-ewwel, l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jimponi fuq l-awtoritajiet amministranti obbligu spiss imsejjaħ l-“obbligu ta’ fiduċja sagra”. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li “l-interessi tal-abitanti ta’ [TMA] huma supremi” u li l-awtoritajiet amministranti “jaċċettaw b’fiduċja sagra l-obbligu li jiffavorixxu kemm jista’ jkun, fil-kuntest tas-sistema ta’ paċi u ta’ sigurtà internazzjonali stabbilita minn din il-Karta, il-benesseri tal-abitanti ta’ dawn it-territorji” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

181.

Qabel ma l-poplu tas-Saħara jeżerċita d-dritt tiegħu għall-awtodeterminazzjoni, ir-Renju tal-Marokk, bħala l-amministratur (“de facto”) tat-territorju tiegħu, għandu jaġixxi esklużivament għall-benefiċċju tal-“abitanti tat-territorju” tas-Saħara tal-Punent. Il-kunsens tar-Renju tal-Marokk f’isem il-poplu tas-Saħara fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati għandu wkoll josserva dan l-obbligu.

182.

L-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU bħala prinċipju jindirizza l-obbligu ta’ “fiduċja sagra” fir-rigward tal-awtorità amministranti. Madankollu, huwa ċar li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-osservanza tad-dritt internazzjonali pubbliku minn Stat barrani, inklużi l-prinċipji tal-Karta tan-NU.

183.

Minkejja dan, id-dritt għall-awtodeterminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU jista’ jimponi wkoll obbligi fuq dawk l-Istati (jew fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonali) li jinteraġixxu ma’ awtorità amministranti fir-rigward tat-TMA li hija tamministra.

184.

Fil-kuntest tal-kawża ineżami, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkunsidraw li l-obbligu ta’ “fiduċja sagra” jorbot ukoll lill-Unjoni fl-interazzjoni tagħha mal-awtorità amministranti (“de facto”) tat-TMA tas-Saħara tal-Punent. Anki jekk l-Unjoni ma hijiex parti għall-Karta tan-NU, hija torbotha fl-interazzjonijiet esterni tagħha fuq il-bażi tal-Artikolu 21 TUE.

185.

Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu arranġamenti dwar is-Saħara tal-Punent mar-Renju tal-Marokk bħala l-awtorità amministranti tagħha biss jekk dawn l-arranġamenti jkunu ta’ benefiċċju għall-“abitanti ta’ dak it-territorju”.

186.

Dan l-obbligu għandu, fil-fehma tiegħi, importanza addizzjonali li tirriżulta mill-fatt li r-Renju tal-Marokk jikkunsidra lilu nnifsu bħala l-Istat sovran u mhux l-amministratur fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Konsegwentement, huwa ma jqisx li huwa suġġett għall-obbligu ta’ “fiduċja sagra” li normalment ikun assunt mill-awtoritajiet amministranti skont l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom għalhekk jiżguraw li l-arranġamenti miftiehma jkunu ta’ benefiċċju għall-“abitanti tat-territorju” tas-Saħara tal-Punent, kif jeżiġi l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU.

187.

Din il-konklużjoni neċessarjament tirriżulta f’mistoqsijiet li ma ġewx diskussi quddiem il-Qorti Ġenerali: x’jinftiehem bil-formulazzjoni “abitanti tat-territorju” fl-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU? Il-konsultazzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni u mis-SEAE jissodisfaw ir-rekwiżit li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jivverifikaw li l-ftehim inkwistjoni jkun ta’ benefiċċju għall-“abitanti tat-territorju”?

188.

It-tieni, il-kwistjoni tibqa’ dik ta’ x’obbligi għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex josservaw id-dritt tal-poplu tas-Saħara tal-Punent li jgawdi r-riżorsi naturali tat-TMA tas-Saħara tal-Punent.

189.

Jista’ jiġi ddibattut jekk dritt għat-tgawdija ta’ riżorsi naturali huwiex dritt awtonomu li jirriżulta mill-prinċipju ta’ sovranità tal-Istat, jew jekk jirrappreżentax komponent tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ( 134 ). Madankollu, fiż-żewġ każijiet, dan id-dritt jidher li jagħmel parti mid-dritt internazzjonali konswetudinarju ( 135 ), u għaldaqstant jorbot lill-Unjoni.

190.

Fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-TMA, jidher li jeżisti ċertu kunsens, mibni madwar l-ittra tal‑2002 ta’ Hans Corell ( 136 ), li tgħid li l-awtorità amministranti tista’ tisfrutta r-riżorsi naturali, meta l-attivitajiet ta’ sfruttament tar-riżorsi jitwettqu għall-benefiċċju tal-poplu ta’ TMA, jew b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tiegħu ( 137 ).

191.

Il-ftehim inkwistjoni ma jawtorizzax fih innifsu l-użu tar-riżorsi naturali tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, huwa jaffettwa indirettament dan id-dritt. X’obbligi jitnisslu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni f’dan il-kuntest?

192.

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jikkonkludu li l-obbligu tagħhom li ma jippreġudikawx id-dritt tal-poplu tas-Saħara li jgawdi r-riżorsi naturali tiegħu ġie ssodisfatt bl-eżitu tal-konsultazzjonijiet mal-popolazzjoni lokali, li fir-rigward tagħhom il-maġġoranza ta’ dawk li pparteċipaw f’konsultazzjonijiet evalwaw l-estensjoni tat-tariffi preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw mit-territorju tas-Saħara tal-Punent, bħala ta’ benefiċċju?

193.

Minkejja li l-Qorti Ġenerali ddiskutiet in-natura adegwata tal-konsultazzjonijiet fis-sentenza tagħha, hija għamlet dan fil-kuntest tad-determinazzjoni dwar jekk il-konsultazzjonijiet jistgħux jammontaw għall-għoti tal-“kunsens” mill-poplu tas-Saħara tal-Punent għall-ftehim inkwistjoni, fis-sens tal-effett relattiv tat-trattati ( 138 ). Ir-risposta għall-istess domanda fil-kuntest tad-dritt għat-tgawdija tar-riżorsi naturali teħtieġ evalwazzjoni ġdida u differenti.

194.

Il-kwistjonijiet imqajma f’din it-taqsima ma ġewx eżaminati fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali. Fil-fehma tiegħi, din il-qorti ddeċidiet b’mod żbaljat li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma osservawx ir-rekwiżit ta’ kunsens li jirriżulta mis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario. Madankollu, dawn il-kwistjonijiet jidhru li jaqgħu taħt il-motivi l-oħra tal-Front Polisario fir-rikors għal annullament tiegħu. Għalhekk jidhirli li huwa neċessarju li din il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

IV. Konsegwenzi

195.

Skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-kawża tkun fi stat li tiġi deċiża, tista’ hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża.

196.

Fil-kawża ineżami, din il-kundizzjoni ma hijiex issodisfatta.

197.

Għalkemm nikkonkludi li t-tielet motiv tal-Front Polisario fl-ewwel istanza għandu jiġi miċħud bħala infondat għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq, fir-rigward tal-motivi l-oħra li għadhom ma ġewx evalwati mill-Qorti Ġenerali, il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża definittivament mill-Qorti tal-Ġustizzja.

198.

Għalhekk jiena tal-fehma li l-kawża għandha tiġi rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha ( 139 ).

V. Konklużjoni

199.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li:

–

tiċħad l-appelli bħala parzjalment infondati u tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat mill-Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario);

–

tilqa’ parzjalment l-appelli, tannulla s-sentenza appellata sa fejn din tilqa’ t-tielet motiv tal-Front Polisario u tiċħad dan l- motiv;

–

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-motivi li fir-rigward tagħhom ma tatx deċiżjoni, u

–

tirriżerva l-ispejjeż.


( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ingliż.

( 2 ) Ara l-Artikolu 3(5) TUE.

( 3 ) Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2000, L 70, p. 2; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”).

( 4 ) Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 4; iktar ’il quddiem il-“ftehim inkwistjoni”).

( 5 ) Sentenza tad‑29 ta’ Settembru 2021, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑279/19, EU:T:2021:639; iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”).

( 6 ) Jiġifieri, fis-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:973; iktar ’il quddiem is-“sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario”), u tas‑27 ta’ Frar 2018, Western Sahara Campaign UK (C‑266/16, EU:C:2018:118; iktar ’il quddiem is-“sentenza Western Sahara Campaign UK”).

( 7 ) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/217 tat‑28 ta’ Jannar 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2019, L 34, p. 1; iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

( 8 ) Sentenza appellata, punti 391 u 392.

( 9 ) ĠU 2019, L 77, p. 8; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli”.

( 10 ) Kawżi magħquda C‑778/21 P u C‑798/21 P, Il‑Kummissjoni u Il‑Kunsill vs Front Polisario.

( 11 ) Kawża C‑399/22, Confédération paysanne (Bettieħ u tadam mis-Saħara tal-Punent).

( 12 ) In-Nazzjonijiet Uniti, Rapport tal-Kumitat ta’ Informazzjoni mit-Territorji Mhux Awtonomi, Suppliment Nru 14 (A/5514) (1963), Anness III “Lista ta’ Territorji Mhux Awtonomi skont il-Kapitolu XI tal-Karta fil‑31 ta’ Diċembru 1962 iklassifikati skont ir-reġjun ġeografiku”, p. 34.

( 13 ) Sbatax-il territorju għadhom inklużi fil-lista ta’ TMA, filwaqt li s-Saħara tal-Punent hija l-uniku territorju ta’ dan it-tip fl-Afrika, disponibbli fuq https://www.un.org/dppa/decolonization/en/nsgt.

( 14 ) Riżoluzzjoni 1541 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal‑15 ta’ Diċembru 1960, “Prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-Membri fid-determinazzjoni dwar jekk hemmx obbligu jew le li jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 73e tal-Karta”.

( 15 ) Ara l-Prinċipju VI.A tal-Anness tar-Riżoluzzjoni 1541 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal‑15 ta’ Diċembru 1960, “Prinċipji li għandhom jiggwidaw lill-Membri sabiex jiddeterminaw jekk hemmx obbligu jew le li jibagħtu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 73e tal-Karta”; iċċitata fl-Opinjoni konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra tal‑1975, p. 12, punt 57). Ara wkoll Crawford, J., The creation of state in international law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 621.

( 16 ) Riżoluzzjoni 2229 (XXI) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal‑20 ta’ Diċembru 1966, “Kwistjoni tal-Ifni u tas-Saħara Spanjola”.

( 17 ) Front Populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (iktar ’il quddiem il-“Front Polisario”).

( 18 ) Skont Deubel (Deubel, T. F., Between homeland and exile: Poetry, memory and identity in Sahrawi communities, Teżi PhD, University of Arizona, 2010, p. 76, disponibbli fuq http://hdl.handle.net/10150/146067), l-identità tal-poplu tas-Saħara bdiet tifforma f’oppożizzjoni għall-kolonizzazzjoni Spanjola. Din iktar spikkat fis-snin sebgħin b’reazzjoni għall-proċess ta’ dekolonizzazzjoni, li influwenza l-formazzjoni tal-movimenti antikolonjali. L-ewwel movimenti antikolonjali nħolqu minn mexxejja taż-żgħażagħ li kienu ġew edukati f’pajjiżi ġirien, inkluż fir-Renju tal-Marokk, u taħt l-influwenza qawwija tal-movimenti ta’ dekolonizzazzjoni f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari fl-Alġerija.

( 19 ) Ara, f’dan ir-rigward, l-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 49).

( 20 ) Jidher li l-opinjoni konsultattiva ntalbet fuq l-inizjattiva tar-Renju tal-Marokk, li l-ewwel ipprova jikseb il-qbil ta’ Spanja biex jissottometti t-tilwima tagħhom dwar is-sovranità tas-Saħara tal-Punent quddiem il-QIĠ għal deċiżjoni fi proċedura kontenzjuża. Ara l-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punti 29 u 36).

( 21 ) Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 162).

( 22 ) Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12, punt 162).

( 23 ) Il-Marokk enfasizza l-ewwel sentenza tal-punt 162 tal-Opinjoni Konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent (QIĠ Ġabra 1975, p. 12), li tgħid li “l-elementi u l-informazzjoni ppreżentati lill-Qorti juru l-eżistenza, fil-mument tal-kolonizzazzjoni Spanjola, ta’ rabtiet ġuridiċi ta’ lealtà bejn is-Sultan tal-Marokk u wħud mit-tribujiet li jgħixu fit-territorju tas-Saħara tal-Punent” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

( 24 ) Riżoluzzjoni 380 (1975) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas‑6 ta’ Novembru 1975 (li tistieden lir-Renju tal-Marokk jirtira t-truppi tiegħu mis-Saħara tal-Punent).

( 25 ) Ara l-Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 988, p. 259.

( 26 ) Din id-dispożizzjoni tagħmel parti mill-Kapitolu XI tal-Karta tan-NU, li jittratta t-territorji mhux awtonomi. Din teżiġi li l-Membri tan-NU “li għandhom jew jassumu r-responsabbiltà li jamministraw territorji li l-popli tagħhom għadhom ma kisbux awtonomija sħiħa”, inter alia, “jiżviluppaw l-awtonomija [għal dawn il-popli], jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-aspirazzjonijiet politiċi tal-popli u jgħinuhom fl-iżvilupp progressiv tal-istituzzjonijiet politiċi liberi tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali].

( 27 ) Illum, ir-relazzjoni bejn ir-RGħDS u l-Front Polisario ma hijiex ċara u lanqas ma saret iktar komprensibbli waqt is-seduta.

( 28 ) Inizjalment, kien hemm iktar pajjiżi li rrikonoxxew ir-RGħDS, iżda fil-frattemp irrevokaw dan ir-rikonoxximent.

( 29 ) Għas-sitwazzjoni attwali u l-għadd ta’ refuġjati, ara l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, Fact Sheet tal-UNHCR, “l-Alġerija”, disponibbli fuq https://reliefweb.int/report/algeria/unhcr-algeria-fact-sheet-April-2023.

( 30 ) Ara r-Riżoluzzjoni 690 (1991) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tad‑29 ta’ April 1991 (li ddeċidiet “tistabbilixxi, taħt l-awtorità tiegħu, Missjoni [tan-NU] għar-Referendum fis-Saħara tal-Punent” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).

( 31 ) Għall-aħħar tiġdid, sal‑31 ta’ Ottubru 2024, ara r-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat‑30 ta’ Ottubru 2023.

( 32 ) Ara, pereżempju, il-pjan Baker tal‑2001 (u r-reviżjoni tiegħu tal‑2003) (formalment, il-“Pjan ta’ Paċi għall-Awtodeterminazzjoni tal-Poplu tas-Saħara tal-Punent”), li huwa r-riżultat ta’ diskussjonijiet taħt il-patroċinju tar-rappreżentant tan-NU James Baker III; ara, f’dan ir-rigward, Zunes, S. u Mundy, J., Western Sahara: War, nationalism, and conflict irresolution, it-tieni edizzjoni, Syracuse University Press, 2022, Kapitolu 9.

( 33 ) Fl‑2018, b’risposta għal din l-ammissjoni mill-ġdid, Bernard Mornah, ċittadin Ganjan, ippreżenta rikors kontra tmien Stati Membri tal-Unjoni Afrikana quddiem il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, fejn sostna li dawn l-Istati kienu kisru diversi obbligi li jirriżultaw mill-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli meta qablu li jammettu mill-ġdid lir-Renju tal-Marokk fl-Unjoni Afrikana mingħajr ma dan l-Istat intalab itemm l-allegata okkupazzjoni tiegħu tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, il-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ċaħdet dan ir-rikors billi kkonkludiet li l-Istati konvenuti ma kinux kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, inkluż id-dritt għall-awtodeterminazzjoni, bl-integrazzjoni mill-ġdid tar-Renju tal-Marokk bħala membru tal-Unjoni Afrikana. Fl-istess ħin, din il-qorti kkonfermat id-dritt tal-poplu tas-Saħara għall-awtodeterminazzjoni u kkunsidrat id-dritt għall-awtodeterminazzjoni bħala regola imperattiva tad-dritt internazzjonali. Ara l-Qorti Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, is-sentenza tat‑22 ta’ Settembru 2018, Bernard Anbataayela Mornah vs Ir‑Repubblika ta’ Benin et (Rikors Nru 028/2018), punt 343(v).

( 34 ) Ara r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad‑19 ta’ April 2006, “Is-Sitwazzjoni dwar is-Saħara tal-Punent (s/2006/249)”, punti 32 u 34. Ara wkoll Allen, S. and Trinidad, J., The Western Sahara question and international law. Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 17.

( 35 ) Ara s-Servizz ta’ Riċerka tal-Kungress tal-Istati Uniti, “Western Sahara”, RS20962, aġġornat fit‑8 ta’ Ottubru 2014, p. 4.

( 36 ) Ġie sostnut ukoll li l-bidla fil-politika ta’ ċerti Stati Membri tan-NU setgħet ġiet ikkawżata mill-proklamazzjoni tal‑2020 tal-President Donald J. Trump li rrikonoxxiet is-sovranità tar-Renju tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent (ara l-“Proklamazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tas-Sovranità tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent”, disponibbli fuq https://trumpwhitehouse.archives.gov/presidential-actions/proclamation-recognizing-sovereignty-kingdom-morocco-western-sahara). Għal ħarsa ġenerali ddettaljata tal-iżviluppi politiċi fil-livell tal-pożizzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tal-Assemblea Ġenerali u tal-Istati Membri individwali tan-NU, kif ukoll diskussjoni dwar l-implikazzjonijiet tal-appoġġ dejjem jikber għall-pożizzjoni Marokkina dwar is-Saħara tal-Punent, ara Allen, S. u Trinidad, J., The Western Sahara question and international law Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 47 et seq.

( 37 ) Ara, reċentement, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat‑30 ta’ Ottubru 2023.

( 38 ) Ara, pereżempju, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tat‑30 ta’ Ottubru 2023, punt 2. Ara wkoll Allen, S. u Trinidad, J., The Western Sahara question and international law. Recognition doctrine and self-determination, Routledge, Oxford, 2024, p. 48 (li jippreżenta l-evoluzzjoni tal-lingwaġġ tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sa mill‑2018).

( 39 ) Ara, reċentement, ir-Riżoluzzjoni 2703 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tat‑30 ta’ Ottubru 2023, punt 4.

( 40 ) ĠU 2012, Vol. 241, p. 4; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ”.

( 41 ) ĠU 2006, L 294M, p. 134; iktar ’il quddiem il-“Ftehim tal‑2006 dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd”.

( 42 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 2015, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑512/12, EU:T:2015:953, punti 114 u 241).

( 43 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 82 et seq.

( 44 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 133.

( 45 ) Sentenza Western Sahara Campaign UK, punti 59 sa 61.

( 46 ) Sentenza Western Sahara Campaign UK, punti 64 u 69.

( 47 ) Deċiżjoni kkontestata, premessa 6. Ara wkoll Il‑Kunsill, Riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill, it‑3544 laqgħa tal-Kunsill, Il-Kompetittività (Suq Intern, Industrija, Riċerka u Spazju) (9716/17, 29 u 30 ta’ Mejju 2017), p. 22.

( 48 ) Deċiżjoni kkontestata, premessi 4 sa 6.

( 49 ) Dikjarazzjoni Konġunta għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (ĠU 2019, L 34, p. 4). Nota ta’ qiegħ il-paġna mħassra.

( 50 ) Madankollu, din il-qorti ddeċidiet ukoll li żżomm l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata għal terminu li ma jeċċedix it-terminu msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew, meta jkun ġie ppreżentat appell f’dan it-terminu, sal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sentenza appellata, punt 396.

( 51 ) Sentenza appellata, punti 79 sa 114 u 133 sa 238.

( 52 ) Sentenza appellata, punti 240 sa 250.

( 53 ) Sentenza appellata, punti 251 sa 396.

( 54 ) Skont l-Artikolu 38(1) tal-Istatut tal-QIĠ, is-sorsi tad-dritt internazzjonali huma t-trattati u l-konvenzjonijiet, il-konswetudni, il-prinċipji ġenerali tad-dritt, u d-deċiżjonijiet u d-duttrini tal-ġustizzja. Ara wkoll, b’mod ġenerali, Shaw, M. N., International Law, Cambridge University Press, Cambridge, 2006, p. 69 et seq.

( 55 ) L-Artikoli 31 sa 33 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, konkluża fi Vjenna fit‑23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331, iktar ’il quddiem il-“KVLTKVLT”), stabbilixxew regoli ta’ interpretazzjoni tat-trattati internazzjonali. Uħud minn dawn ir-regoli jistgħu jinftiehmu bħala l-kodifikazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju. Għall-kuntrarju, id-dritt internazzjonali konswetudinarju jobbliga lill-interpretu jistabbilixxi l-ewwel jekk ċerta regola tirrappreżentax konswetudni, imbagħad jinterpreta s-sens tagħha f’sitwazzjoni partikolari. Dan jeħtieġ li tiġi stabbilita l-prattika u l-opinio juris tal-Istati. Bis-saħħa ta’ dan l-eżerċizzju, il-konswetudni tista’ xorta takkwista tifsira differenti f’sistema li ma jkollhiex interpretu awtorevoli. Fuq id-differenza bejn il-fatt li jiġi deċiż li ċerta regola tikkostitwixxi regola tad-dritt internazzjonali konswetudinarju u l-interpretazzjoni sussegwenti tal-kontenut ta’ din ir-regola, ara, P. Merkouris, P., “Interpretation of Customary International Law: Delineating the States in Its Life Cycle”, f’Merkouris, P., Follesdal, A., Ulfstein, G., Westerman, P. (edituri), The interpretation of customary international law in international courts: Methods of interpretation, normative interactions and the role of coherence, Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 136.

( 56 ) Skont l-Artikolu 38(1)(d) tal-Istatut tal-QIĠ, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji, inklużi dawk ta’ din il-qorti, huma biss mezz sussidjarju għad-determinazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali.

( 57 ) Għal eżempji ta’ tipi ta’ differenzi bejn interpretazzjonijiet tad-dritt internazzjonali, ara A. Roberts, “Patterns of difference and dominance”, f’Roberts, A., Is international law international? Oxford University Press, Oxford, 2017, p. 232 et seq.

( 58 ) Ara, f’dan ir-rigward, Malenovský, J., “Le juge et la coutume internationale: perspectives de l’Union européenne et de la Cour de justice”, The Law and Practice of International Courts and Tribunals, Vol. 12, 2013, p. 218 u Odermatt, J., “The European Union’s role in the making and confirmation of customary international law”, f’Lusa Bordin, F., Müller, A., u Pascual-Vives, F. (edituri), The European Union and Customary International Law, Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 74 u 75.

( 59 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24), u tad‑9 ta’ Ġunju 2022, Préfet du Gers u Institut national de la statistique et des études économiques (C‑673/20, EU:C:2022:449, punt 99) (li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, fit-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ f’deċiżjonijiet politiċi, li neċessarjament jimplika għażliet politiċi).

( 60 ) Għalhekk ikkunsidrajt li, anki fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, li fih il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata, il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tistħarreġ il-konformità tal-azzjoni tal-Unjoni mad-drittijiet fundamentali ma tistax tiġi eskluża. Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawżi magħquda KS u KD vs Il‑Kunsill et u Il‑Kummissjoni vs KS u KD (C‑29/22 P u C‑44/22 P, EU:C:2023:901, punti 115 sa 120). Din il-kawża għadha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

( 61 ) Ara s-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2011, Air Transport Association of America et (C‑366/10, EU:C:2011:864, punt 101) (iktar ’il quddiem “Air Transport Association of America et”).

( 62 ) Fl-isfond tal-argumenti li jikkontestaw il-fondatezza tat-tielet motiv imqajjem mill-Front Polisario, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li din il-parti setgħet tinvoka s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario u l-interpretazzjoni li ngħatat fiha tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni u tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati sabiex tikkontesta l-validità tad-deċiżjoni kkontestata. Ara s-sentenza appellata, punt 297.

( 63 ) Lanqas ma jidhirli li din il-kwistjoni hija fondata peress li għandu jkun hemm triq li tippermetti lill-Unjoni tinteraġixxi ma’ ċerti territorji li fihom hija għandha interess leġittimu, mingħajr ma neċessarjament tikkomprometti l-imparzjalità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-istatus ta’ dawn it-territorji. Din il-politika doppja ġiet deskritta mill-kummentaturi bħala waħda intiża li tiftaħ “spazju politiku u legali” li jikkonsisti fis-separazzjoni tal-impenn mir-rikonoxximent; ara S. Fischer, “The EU’s non-recognition and engagement policy towards Abkhazia and South Ossetia”, European Institute for Security Studies (1‑2 ta’ Diċembru 2010), p. 3, u Coppieters, B., “Engagement without recognition”, f’Vosioka, G., Doyle, J., Newman, E., “Routledge Handbook of State Recognition” (l-ewwel edizzjoni, 2019, Routledge: Londra), p. 243 sa 244 (li jiddeskrivi l-mod kif l-approċċ tal-Unjoni mat-territorji kontenzjużi jsegwi l-formula ta’ “assenza ta’ rikonoxximent u ta’ interazzjoni”, jew dik ta’ “interazzjoni mingħajr rikonoxximent”). Għal eżempju prattiku ta’ dan l-approċċ, fir-rigward tal-kunflitt tal-Abkhazia, ara l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Unjoni-Ġeorġja, l‑14‑il laqgħa tat‑12 ta’ Diċembru 2023 (UE-GE 4651/1/13), punt 4.

( 64 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 187 sa 189 u 240 sa 250.

( 65 ) Fl-ewwel istanza, il-Front Polisario invoka total ta’ 10 motivi insostenn tar-rikors tiegħu, filwaqt li kienu biss l‑1 u t‑3 motiv li jiffurmaw il-bażi tas-sentenza appellata. It‑8 motivi l-oħra jqajmu wkoll kwistjonijiet oħra tad-dritt internazzjonali, bħar-rispett tad-dritt umanitarju internazzjonali (it‑2 motiv); id-dritt għall-awtodeterminazzjoni (is‑7 motiv); l-effett relattiv tat-trattati (it‑8 motiv); il-liġi dwar ir-responsabbiltà internazzjonali (l‑10 motiv) kif ukoll kwistjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, bħall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-proporzjonalità (il‑5 u s‑6 motivi). Peress li l-Qorti Ġenerali ma ttrattatx dawn il-motivi fis-sentenza appellata, dawn huma esklużi mill-portata ta’ dawn l-appelli.

( 66 ) Dawn il-kwistjonijiet kienu wkoll preżenti, direttament jew indirettament, fir-rikorsi li fuqhom huma bbażati d-digrieti tad‑19 ta’ Lulju 2018, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑180/14, mhux ippubblikat,EU:T:2018:496) (dwar protokoll li jistabbilixxi opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li jmissu mas-Saħara tal-Punent); tat‑30 ta’ Novembru 2018, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑275/18, mhux ippubblikat, EU:T:2018:869) (dwar ftehim tal-avjazzjoni mar-Renju tal-Marokk); u digriet tat‑8 ta’ Frar 2019, Front Polisario vs Il‑Kunsill (T‑376/18, mhux ippubblikat, EU:T:2019:77) (dwar deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati ta’ ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd mar-Renju tal-Marokk fid-dawl tas-sentenza Western Sahara Campaign UK).

( 67 ) Ara Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 88 sa 89 u Western Sahara Campaign UK, punt 63. Dwar dawn is-sentenzi, ara iktar il-punt 96 et seq ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 68 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 295 u 360.

( 69 ) Ara, pereżempju, Weller, M., Escaping the self-determination trap, Nijhoff, Leiden, 2008, p. 16 sa 17, u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 15 (“Entitajiet awtonomi ġenwinament kolonjali għandhom personalità ġuridika saħansitra qabel l-amministrazzjoni tal-att ta’ awtodeterminazzjoni, għandhom id-dritt għall-unità territorjali, li jkunu liberi mill-użu tal-forza u miżuri repressivi, huma jistgħu jiġġieldu permezz ta’ moviment ta’ liberazzjoni nazzjonali u potenzjalment jirċievu appoġġ internazzjonali fil-ġlieda tagħhom. Huma jistgħu wkoll japplikaw unilateralment id-dritt tal-kunflitt armat internazzjonali, minflok id-dritt ħafna iktar limitat ta’ kunflitt armat intern li jkopri l-kunflitti nazzjonali” [traduzzjoni libera]) u Knoll, B, The Legal status of Territories Subject to Administration by International Organisations, , Cambridge University Press, Cambridge, 2009, p. 124) (li jqis li “entità hija suġġett ġuridiku sa fejn ir-regoli tal-ordinament ġuridiku internazzjonali jirreferu għaliha” [traduzzjoni libera]).

( 70 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021 (C‑872/19 P, EU:C:2021:507).

( 71 ) Sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507, punt 34).

( 72 ) Kif irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punt 144 tas-sentenza appellata, skont ġurisprudenza stabbilita, il-kundizzjoni li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni kkontestata, kif speċifikat fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, teħtieġ li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji kumulattivi. L-ewwel huwa li l-miżura tal-Unjoni kkontestata għandha taffettwa direttament is-sitwazzjoni ġuridika tal-individwu. It-tieni huwa li ma għandha tħalli l-ebda setgħa ta’ evalwazzjoni lid-destinatarji tagħha li huma fdati bl-inkarigu li jimplimentawha, peress li tali implimentazzjoni hija ta’ natura purament awtomatika u tirriżulta biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedjarji oħra. Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 2022, Nord Stream 2 vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑348/20 P, EU:C:2022:548, punt 43).

( 73 ) Għaldaqstant, il-kundizzjoni stretta tal-inċidenza individwali li tirriżulta mis-sentenza tal‑15 ta’ Lulju 1963, Plaumann vs Il‑Kummissjoni (25/62, EU:C:1963:17, p. 107), hija ssodisfatta.

( 74 ) Kwistjoni kemxejn simili ġiet evitata fil-kuntest tal-proċedura li wasslet għas-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507), peress li, meta din il-kawża tressqet għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela sabet ruħha f’nofs ġlieda bejn invokazzjonijiet kompetittivi ta’ rappreżentanza ta’ dan il-pajjiż bejn Nicolás Maduro u Juan Guaidó, u l-Istati Membri kienu maqsuma dwar il-kwistjoni ta’ min seta’ jaġixxi bħala l-President tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela. Madankollu, il-kwistjoni tal-kapaċità li tiġi awtorizzata azzjoni ġudizzjarja f’isem din ir-repubblika ma kellhiex tiġi deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja peress li, f’Jannar 2021, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jsolvu dan l-impass favur Nicolás Maduro. Ara Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Venezwela (25 ta’ Jannar 2021, 5582/21).

( 75 ) Waqt is-seduta, il-Kummissjoni adottat il-pożizzjoni li ħadd mis‑60 organizzazzjoni, NGO, federazzjoni tal-bdiewa, rappreżentant elett lokali, organizzazzjoni agrikola jew attur ieħor involut fil-konsultazzjonijiet ma għandu locus standi biex jippreżenta rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata.

( 76 ) F’dan ir-rigward, nista’ naqbel mal-pożizzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li l-fatt li r-Riżoluzzjoni 34/37 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tal‑21 ta’ Novembru 1979, “Kwistjoni tas-Saħara tal-Punent”, irreferiet għall-Front Polisario bħala r-rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent ma huwiex biżżejjed, waħdu, sabiex jistabbilixxi li din il-parti hija effettivament irrikonoxxuta f’din il-kwalità min-NU u mill-komunità internazzjonali.

( 77 ) Qabbel il-pożizzjoni ta’ dan il-moviment mar-rwol tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, li, skont it-termini “tal-Ftehim Temporanju bejn l-Iżrael u l-Palestina tat‑28 ta’ Settembru 1995 dwar ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża […] tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana […] f’ċerti żoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju, dwar kummerċ u koperazzjoni bejn il-Komunità‘ Ewropea minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorita‘ Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (ippreżentata mill-Kummissjoni) (COM (97)51 final].

( 78 ) Madankollu, il-Front Polisario qatt ma ngħata d-deżinjazzjoni ta’ “moviment ta’ liberazzjoni ta’ poplu” min-NU jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. Dwar l-istatus u s-setgħat ta’ “moviment ta’ liberazzjoni ta’ poplu”, ara Crawford, J., Brownlie’s Principles of Public International Law, id-disa’ edizzjoni, Oxford University Press, 2019, p. 113, li jispjega li l-entitajiet politiċi rrikonoxxuti bħala movimenti ta’ liberazzjoni għandhom għadd ta’ drittijiet u ta’ obbligi ġuridiċi, li jinkludu, fost oħrajn, il-kapaċità li jikkonkludu ftehimiet internazzjonali vinkolanti ma’ persuni ġuridiċi internazzjonali oħra u d-dritt li jipparteċipaw fil-proċeduri tan-NU bħala osservaturi, liema dritt jingħata espressament f’diversi riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali.

( 79 ) Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza appellata, punti 6 u 104. Bl-istess mod, il-preambolu u l-Artikoli 1, 24, 32, 46, 144 u 146 tal-“kostituzzjoni” tal-RGħDS. L-Artikolu 32 tagħha jippreċiża b’mod partikolari li, “sakemm tiġi rkuprata kompletament is-sovranità nazzjonali, il-Frente POLISARIO huwa l-qafas politiku li jgħaqqad u politikament jimmobilizza lill-poplu tas-Saħara sabiex jesprimi l-aspirazzjonijiet tiegħu u d-drittijiet leġittimi għall-awtodeterminazzjoni u għall-indipendenza, u sabiex jiddefendi l-unità nazzjonali tiegħu u jikkompleta l-bini tal-Istat tas-Saħara tal-Punent indipendenti tiegħu”.

( 80 ) Jekk wieħed kellu jsib parallel mal-organizzazzjoni ta’ soċjetà demokratika tal-Punent, il-Front Polisario, fl-aqwa ipoteżi, ikun jirrappreżenta wieħed mill-partiti politiċi li qiegħed jikkontesta għal mandat fi gvern li għadu jrid jiġi stabbilit. Madankollu, partit li għadu jrid jiġi elett ma jkunx jista’ jirrappreżenta lil dan il-gvern.

( 81 ) Il-pożizzjoni attwali tal-Unjoni tidher li hija li l-proċess politiku dwar il-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent għandu jkollu l-għan li jikseb “soluzzjoni politika ġusta, realistika, prammatika, sostenibbli u aċċettabbli b’mod reċiproku […] fuq il-bażi ta’ ‘kompromess’” [traduzzjoni mhux uffiċjali]; ara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea u l-Marokk għall-erbatax-il laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni (27 ta’ Ġunju 2019), punt 13, disponibbli fuq https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2019/06/27/joint-declaration-by-the-european-union-and-the-kingdom-of-morocco-for-the-fourteenth-meeting-of-the-association-council/.

( 82 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24) (li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tmexxija ta’ relazzjonijiet esterni teħtieġ deċiżjonijiet ta’ politika, li fir-rigward tagħhom l-Unjoni għandha tkun tista’ tiddeċiedi liberament dwar it-tip ta’ trattament li hija tagħti lil Stati terzi).

( 83 ) Ara, dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw minn kontroll effettiv, l-Opinjoni konsultattiva tal‑21 ta’ Ġunju 1971 dwar il-konsegwenzi legali għall-Istati mill-preżenza kontinwa tal-Afrika t’Isfel fin-Namibja (l-Afrika t’Isfel tal-Punent), minkejja r-Riżoluzzjoni 276 (1970) tal-Kunsill tas-Sigurtà (QIĠ Ġabra 1971, p. 16, punt 118) (li tispjega li “l-kontroll fiżiku ta’ territorju, u mhux is-sovranità jew il-leġittimità tat-titolu, huwa l-bażi tar-responsabbiltà tal-Istat għal atti li jaffettwaw Stati oħra” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).

( 84 ) Ara, f’dan ir-rigward, ir-Riżoluzzjoni 1514 (XV) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Dikjarazzjoni dwar l-għoti tal-indipendenza lill-pajjiżi u lill-popli kolonjali (14 ta’ Diċembru 1960) (li tiddikjara li “kull tentattiv sabiex l-unità nazzjonali u l-integrità territorjali ta’ pajjiż jiġu mfixkla parzjalment jew totalment huwa inkompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-[NU]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]).

( 85 ) Madankollu, dan ir-rikonoxximent għandu jingħata biss sa fejn huwa verament ifittex li jirrappreżenta l-interessi (ta’ parti) tal-poplu tas-Saħara tal-Punent. Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑21 ta’ Settembru 2023, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et vs Il‑Kummissjoni (C‑478/21 P, EU:C:2023:685, punt 67) (li tissuġġetta l-istatus ta’ “assoċjazzjoni rappreżentattiva” għall-eżistenza ta’ interessi ġenerali u kollettivi ta’ importaturi jew ta’ esportaturi fi Stat terz kif ukoll għall-assenza ta’ interferenza minn Stat terz).

( 86 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑22 ta’ Ġunju 2021, Il‑Venezwela vs Il‑Kunsill (Inċidenza għal Stat terz) (C‑872/19 P, EU:C:2021:507, punt 34) (li rrikonoxxiet l-istatus ta’ “persuna ġuridika” ta’ Stat terz, inkella dan l-Istat ma jkollu l-ebda mezz sabiex jipproteġi l-interessi tiegħu fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tiegħu).

( 87 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2022, L‑Ungerija vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑156/21, EU:C:2022:97, punti 127 u 128), u tas‑16 ta’ Frar 2022, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑157/21, EU:C:2022:98, punti 192 u 193).

( 88 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il‑Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punt 23).

( 89 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 93.

( 90 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata. Il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-Opinjoni konsultattiva dwar is-Saħara tal-Punent, punti 54 sa 56 u għas-sentenza tal-QIĠ tat‑30 ta’ Ġunju 1995, f’Timor Leste (Il‑Portugall vs L‑Awstralja) (QIĠ Ġabra 1995, p. 90, punt 29).

( 91 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 89.

( 92 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 90. Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq ir-Riżoluzzjoni 2625 (XXV) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tal‑24 ta’ Ottubru 1970, “Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali li jirrigwardaw ir-Relazzjonijiet ta’ Ħbiberija u l-Kooperazzjoni bejn l-Istati skont il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti”.

( 93 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 92.

( 94 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 98.

( 95 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 99. Għal kritika tal-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-assenza ta’ intenzjoni tal-Unjoni u tar-Renju tal-Marokk fir-rigward tal-Ftehim tal‑2012 dwar il-Liberalizzazzjoni tal-Kummerċ fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, ara Kassoti, E., “The EU and Western Sahara: an assessment of recent developments”, European Law Review, Vol. 43(5), p. 746 et seq., li qieset li l-intenzjoni ta’ dawn il-partijiet li jinkludu lis-Saħara tal-Punent diġà kienet ċara fiċ-ċirkustanzi tal-kawża.

( 96 ) Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, konkluża fi Vjenna fit‑23 ta’ Mejju 1969 (Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331).

( 97 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 100.

( 98 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 106.

( 99 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 106. Huwa wkoll b’dan il-mod li l-Qorti tal-Ġustizzja ġabret fil-qosor il-konstatazzjonijiet tagħha f’Western Sahara Campaign UK (punt 63).

( 100 ) Ara, f’dan is-sens, ukoll Molnar, T., “The Court of Justice of the EU and the Interpretation of Customary International Law: Close Encounters of a Third Kind?’, f’Merkouris, P., Follesdal, A., Ulfstein, G., Westerman, P. (edituri), The interpretation of customary international law in international courts: Methods of interpretation, normative interactions and the role of coherence, Cambridge University Press, Cambridge, 2023, p. 14 u 15 (li jqis li “l-qorti tal-Unjoni qagħdet lura milli tinterpreta b’mod ġenwin id-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni libera]).

( 101 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑25 ta’ Frar 2010, Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punti 44 u 52), u s-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 100 (li qieset li l-Artikolu 34 tal-KVLT jikkostitwixxi “espressjoni partikolari” tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati). Għal eżempju, fejn il-KVLT ma kinitx tirrifletti, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt internazzjonali konswetudinarju, ara s-sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 1998, Racke (C‑162/96, EU:C:1998:293, punt 59).

( 102 ) Mill-ġurisprudenza jirriżulta li d-dritt internazzjonali konswetudinarju jorbot lill-Unjoni. Ara, pereżempju, Air Transport Association of America et, punt 101 u l-ġurisprudenza ċċitata.

( 103 ) Qabel is-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà qieset li “terz”, fis-sens tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-trattati, kif ikkodifikat fl-Artikolu 34 tal-KVLT, ma kellux jikkonċerna biss “Stat”. Għalhekk, fis-sentenza tagħha tal‑25 ta’ Frar 2010, Brita (C‑386/08, EU:C:2010:91, punt 52), hija qieset li l-interpretazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KE-Iżrael (ĠU 2000, L 147, p. 3) fis-sens li l-awtoritajiet Iżraeljani għandhom kompetenzi doganali fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent tammonta għall-impożizzjoni ta’ obbligu fuq l-awtoritajiet doganali Palestinjani mingħajr il-kunsens tal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina.

( 104 ) Għal fehma differenti, ara Odermatt, J., ‘International law as a challenge to EU acts: Front Polisario II’, Common Market Law Review, Vol. 60(1), nota ta’ qiegħ il-paġna 61 u t-test f’p. 230 u 231.

( 105 ) Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tikkonkludi, bħal fis-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim inkwistjoni ma jinkludix it-territorju tas-Saħara tal-Punent.

( 106 ) Sentenza appellata, punt 311.

( 107 ) Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-ftehim inkwistjoni seta’ biss joħloq drittijiet għall-individwi, bħall-esportaturi tal-prodotti koperti minn dan il-ftehim, u mhux għall-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala t-“terz” għal dan il-ftehim. Ara s-sentenza appellata, punti 321 u 322. L-istudju akkademiku u x-xogħol preparatorju tal-KVLT ċertament jikkunsidraw li tista’ ssir distinzjoni bejn it-trattati li joħolqu vantaġġi fattwali għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi fi Stati terzi u dawk li joħolqu drittijiet u obbligi għall-imsemmi Stat terz. Ara, f’dan ir-rigward, Dahm, G., Delbrück, J., Wolfrum, R., Völkerrecht/Der Staat und andere Völkerrechtssubjekte; Räume unter internationaler Verwaltung, Band I/3 it-tieni edizzjoni, De Gruyter, Berlin, 2002, p. 617; Fizmaurice, M., “Third Parties and the law of Treaties”, f’von Bogdandy, A. u Wolfrum, R. (edituri), Max Planck Yearbook of United Nations Law, Vol. 6, 2002, p. 104‑105; u Waldock, H., Third Report on the Law of Treaties, Yearbook of the International Law Commission, Vol. 2, 1964, p. 21 (li lkoll jiddistingwu bejn it-trattati ġenwini favur partijiet terzi (jiġifieri, dawk li jagħtu d-drittijiet tagħhom lit-terz) u t-trattati favur terzi fis-sens tekniku (dawk li joffru vantaġġi lit-terz jew lis-suġġetti tiegħu mingħajr parteċipazzjoni fit-trattat jew li jagħtu ċerti drittijiet).

( 108 ) Sentenza appellata, punti 323 sa 326.

( 109 ) Sentenza appellata, punt 384.

( 110 ) Ara, f’dan ir-rigward, Wrange, P., “Self-Determination, occupation and the authority to exploit natural resources: trajectories from four European judgments on Western Sahara”, Israel Law Review, Vol. 52(1), 2019, p. 18.

( 111 ) Sentenza appellata, punt 337.

( 112 ) Ara, fir-rigward tal-Artikolu 35 tal-KVLT, Laly-Chevalier, C. U Rezek, F., “Article 35 – Convention de 1969”, f’Corten, O. u Klein, P. (edituri), Les conventions de Vienne sur le droit des traités – commentaire article par article, Vol. II, Bruylant, Bruxelles, 2006, p. 1429, u Proells, A., “Article 35 General rule regarding third States” f’Dörr, O., Schmalenbach, K. (edituri), Vienna Convention on the law of Treaties: A commentary, Springer, Berlin, 2018, p. 707. Ara wkoll, fir-rigward tal-Artikolu 36 tal-KVLT, d’Argent, P. f’Corten, O. u Klein, P., ibid., p. 1468 u 1469, u Proells, A. f’Dörr, O., Schmalenbach, K., ibid., p. 720.

( 113 ) Ara, f’dan ir-rigward, Odermatt, J., “International law as a challenge to EU acts: Front Polisario II”, Common Market Law Review, Vol. 60(1), p. 231, li jispjega li “fil-każ ta’ Stati jew organizzazzjonijiet internazzjonali, il-mod kif għandu jingħata l-kunsens huwa ċar: permezz ta’ kunsens bil-miktub. Kif jirriżulta minn dan il-każ, l-istabbiliment tal-kunsens ta’ terz, b’mod partikolari ta’ poplu li jgħix taħt okkupazzjoni, huwa kompitu iktar diffiċli” [traduzzjoni libera].

( 114 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-kunsiderazzjonijiet tiegħi fil-punti 79 sa 88 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

( 115 ) Skont Crawford, l-interpretazzjoni normali, anki jekk restrittiva, hija li l-Kapitolu XI kien intiż li japplika biss għal “territorji, magħrufa bħala kolonji fil-mument tal-adozzjoni tal-Karta” [traduzzjoni libera]. It-territorju tas-Saħara tal-Punent jissodisfa dan il-kriterju. Ara wkoll Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 607.

( 116 ) Sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punti 23, 93 u 105.

( 117 ) Kif iddikjarat minn Crawford, “fil-biċċa l-kbira huwa permezz tal-Kapitolu XI li l-Membri estendew u elaboraw l-operazzjoni tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 603.

( 118 ) In-Nazzjonijiet Uniti, “Lista ta’ Territorji Mhux Awtonomi skont ir-Reġjun”, disponibbli fuq https://www.un.org/dppa/decolonization/en/nsgt.

( 119 ) Enfasi miżjuda minni.

( 120 ) Ara l-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Fil-konklużjonijiet tiegħu f’Il‑Kunsill vs Front Polisario (C‑104/16 P, EU:C:2016:677, punti 188 sa 191), l-Avukat Ġenerali Wathelet issuġġerixxa li Spanja ma setgħetx legalment tirrinunzja għall-istatus tagħha bħala awtorità amministranti, u li għalhekk ma jistax jiġi eskluż li dan l-Istat Membru għadu, sal-lum, l-awtorità amministranti tat-territorju tas-Saħara tal-Punent.

( 121 ) Ara, pereżempju, Chapaux, V., “The sovereignty over natural resources: ‘the question of the EU-Morocco Fisheries Agreement’”, f’Arts, K. U Pinto Leite, P. (edituri), International Law and the Question of Western Sahara, International Platform of Jurists for East Timor, University of Michigan, 2008, p. 241.

( 122 ) Torres-Spelliscy, G., “National Resources in Non-Self-Governing Territories”, f’Boukhars, A. u Rousselier, J. (edituri), Perspective on Western Sahara: Myths, Nationalisms and Geopolitics, Rowman & Littlefield, Lanham, 2013, p. 241.

( 123 ) La l-Unjoni u lanqas l-Istati Membri tagħha ma jikkunsidraw lir-Renju tal-Marokk bħala awtorità okkupanti. L-istess japplika għall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. F’żewġ riżoluzzjonijiet, li jmorru lura għas-snin sebgħin, l-Assemblea Ġenerali tan-NU kkunsidrat l-annessjoni tas-Saħara tal-Punent mir-Renju tal-Marokk bħala okkupazzjoni ta’ dan it-territorju. Dan huwa differenti b’mod konsiderevoli mis-sitwazzjoni rigward l-Istat tal-Iżrael u t-territorju tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, li l-komunità internazzjonali, inklużi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, tqis bħala stat ta’ okkupazzjoni. Ara, b’mod partikolari, l-Opinjoni konsultattiva tal-QIĠ tad‑9 ta’ Lulju 2004 f’Konsegwenzi Ġuridiċi tal-Bini ta’ Ħajt fit-Territorju Palestinjan Okkupat (QIĠ Ġabra 2004, p. 136, punt 78). Ara wkoll is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Organisation juive européenne u Vignoble Psagot (C‑363/18, EU:C:2019:954, punti 34, 35 u 48). Is-sitwazzjoni attwali hija differenti wkoll minn dik li wasslet għas-sentenza Timor Leste (Il‑Portugall vs L‑Awstralja) (QIĠ Ġabra 1995, p. 90), li fiha l-preżenza tar-Repubblika tal-Indoneżja f’Timor Leste tqieset mill-komunità internazzjonali bħala okkupazzjoni. Barra minn hekk, il-Portugall kellu l-istatus ta’ awtorità amministranti ta’ dan it-territorju. B’kuntrast ma’ dan, diversi studjużi jqisu li l-istatus tar-Renju tal-Marokk fis-Saħara tal-Punent huwa wieħed ta’ okkupant. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet f’Western Sahara Campaign (C‑266/16, EU:C:2018:1, nota ta’ qiegħ il-paġna 223).

( 124 ) Dan jirriżulta mill-għażla tagħhom li jittrattaw lis-Saħara tal-Punent bħala TMA u lill-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala s-suġġett li għandu d-dritt li jagħżel il-futur ta’ dan it-territorju. Bl-istess mod, il-fatt li r-Renju tal-Marokk jitqies bħala awtorità amministranti jimplika li huwa ma jistax jibbenefika minn sovranità sħiħa, fid-dawl tal-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 73 tal-Karta tan-NU, inkluż l-obbligu li jipprepara t-triq għall-poplu tas-Saħara tal-Punent li jeżerċita l-għażla fuq il-mod kif jeżerċita s-sovranità tiegħu.

( 125 ) Din il-pożizzjoni ta’ newtralità hija espressa fil-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata: “L-Unjoni ma għandhiex preġudizzju dwar l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed isir taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti u hi tenniet ripetutament l-impenn tagħha fis-soluzzjoni tat-tilwima fis-Saħara tal-Punent, li attwalment huwa inkluż min-Nazzjonijiet Uniti fil-lista tat-territorji mhux awtonomi, u li fil-preżent huwa amministrat fil-parti l-kbira mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut speċjali tiegħu biex jgħinu lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u reċiprokament aċċettabbli, li tkun tipprevedi l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent fil-kuntest ta’ arranġamenti konsistenti mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti kif stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2152 (2014), 2218 (2015), 2385 (2016), 2351 (2017) et 2414 (2018).”

( 126 ) Ara, inter alia, is-sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Swiss International Air Lines (C‑272/15, EU:C:2016:993, punt 24).

( 127 ) Il-marġni ta’ evalwazzjoni wiesa’ li għandhom l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni (kummerċjali) sa fejn din il-ġestjoni tinvolvi evalwazzjonijiet kumplessi ta’ natura politika u ekonomika jfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita s-setgħa ta’ stħarriġ tagħha biss sa fejn dawn l-istituzzjonijiet ikunu wettqu żball manifest. Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑4 ta’ Ottubru 1983, Fediol vs Il‑Kummissjoni (191/82, EU:C:1983:259, punt 30). Dan ifisser li, fl-assenza ta’ regoli internazzjonali ċari li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżerċita dan l-istħarriġ, l-interpretazzjoni magħżula mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma tistax tikkostitwixxi żball manifest.

( 128 ) Ara wkoll, f’dan ir-rigward, is-sentenza Western Sahara Campaign UK, punt 72 (li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja spjegat li “r-Renju tal-Marokk kategorikament eskluda li huwa awtorità okkupanti jew awtorità amministrattiva tat-territorju tas-Saħara tal-Punent”).

( 129 ) Nippreżumi li huwa wkoll għal din ir-raġuni li r-Renju tal-Marokk ma jidhirx li qiegħed jittrażmetti rapporti regolari lin-Nazzjonijiet Uniti dwar it-territorju tas-Saħara tal-Punent, kif ikun meħtieġ minn awtorità amministranti skont l-Artikolu 73(e) tal-Karta tan-NU.

( 130 ) Ara, pereżempju, il-l-Ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda u l-Kosovo *, min-naħa l-oħra (ĠU 2016, L 71, p. 3; iktar ’il quddiem il-“Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Unjoni-Kosovo”) (dan il-ftehim, fil-parti rilevanti tiegħu jippreċiża li “huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo”), il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU 2008, L 289, p. 3), u l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU 2016, L 250, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 146, p. 151), li fihom l-Anness IX tal-Protokoll Nru 1 u l-Anness VIII jagħti lista, rispettivament, ta’ diversi territorji mhux awtonomi “[li] ma tippreġudikax l-istatus ta’ dawn il-pajjiżi u t-territorji, jew it-tibdiliet futuri fl-istatus tagħhom”.

( 131 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Il‑Kunsill vs Front Polisario, punt 92.

( 132 ) Kif jispjega Crawford, “sa fejn is-sovranità timplika d-dritt assolut li tikkontrolla jew tiddisponi mit-territorju inkwistjoni, l-obbligu previst fl-Artikolu 73b, u l-prinċipju ta’ awtodeterminazzjoni assoċjat miegħu, jillimitaw sostanzjalment is-sovranità tal-Istat Amministranti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ara Crawford, J., The Creation of States in International Law, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, Oxford, 2007, p. 615. Il-fatt li r-Renju tal-Marokk ma jeżerċitax il-“ġurisdizzjoni” sovrana tiegħu fit-territorju tas-Saħara tal-Punent kien ukoll wieħed mir-raġunijiet li għalihom il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha tal‑21 ta’ Diċembru 2016, Il‑Kunsill vs Front Polisario ( C‑104/16 P, EU:C:2016:973, punt 95), ikkonkludiet li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma huwiex applikabbli għal dan it-territorju.

( 133 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża C‑399/22, Confédération paysanne (Bettieħ u tadam tas-Saħara mis-Punent), punt 138.

( 134 ) Fir-rigward tat-TMA, ir-Riżoluzzjoni 50/33 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, pereżempju, “tafferma mill-ġdid id-dritt inaljenabbli tal-popli tat-Territorji kolonjali u Mhux Awtonomi għall-awtodeterminazzjoni u l-indipendenza u t-tgawdija tar-riżorsi naturali tat-Territorji tagħhom, kif ukoll id-dritt tagħhom li jiddisponu minn dawn ir-riżorsi fl-aħjar interessi tagħhom” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ir-Riżoluzzjoni 1803 (XVII) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, pereżempju, tikkwalifika d-dritt ta’ sovranità permanenti fuq il-ġid u r-riżorsi naturali bħala “komponent bażiku tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (Dok. A/RES/1803 (XVII) tan-NU, 14 ta’ Diċembru 1962, preambolu, punt 2.)

( 135 ) Ara, pereżempju, Gilbert, J., Natural Resources and Human Rights: An Appraisal, Oxford University Press, Oxford, 2018, p. 12 u l-letteratura ċċitata.

( 136 ) Ittra tad‑29 ta’ Jannar 2002 mill-Viċi Segretarju Ġenerali għall-Affarijiet Legali, Konsulent Legali, indirizzata lill-President tal-Kunsill tas-Sigurtà (S/2002/161).

( 137 ) Ibid, punt 24. Kif enfasizzat ġustament il-Qorti Ġenerali, din l-ittra ma hijiex sors ta’ dritt u, fi kwalunkwe każ, ma għandhiex saħħa legali vinkolanti. Ara s-sentenza appellata, punt 385. Madankollu, l-opinjoni ta’ Corell kisbet importanza kbira fil-letteratura tad-duttrina, li spiss taċċettaha bħala l-interpretazzjoni korretta tad-dritt internazzjonali. Ara, pereżempju, Torres-Spelliscy, G., “National Resources in Non-Self-Governing Territories”, f’Boukhars, A. u Rousselier, J. (edituri), Perspective on Western Sahara: Myths, Nationalisms and Geopolitics, Rowman & Littlefield, Lanham, 2013, p. 235.

( 138 ) Sentenza appellata, punti 328 sa 384.

( 139 ) Ara t-tieni alternattiva fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.