Official Journal L 377 , 31/12/1987 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0195
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0195
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3991/87 tat-23 ta’ Diċembru 1987 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 234/68 dwar l-organizzazzjoni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħra, il-basal, l-għeruq u ħwejjeġ simili, il-fjuri maqtugħa u l-weraq ornamentali IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u tat-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87 [2], u b’mod partikolari Artikolu 15 ta’ l-istess Regolament, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 li jistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 1988, nomenklatura kombinata ta’ l-oġġetti msejsa fuq is-Sistema Armonizzata li trid tilħaq il-ħteġijiet kemm tat-Tariffa Komuni Doganali u kemm tan-nomenklatura ta’ l-oġġetti għall-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità; Billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ illi d-deskrizzjonijiet ta’ l-oġġetti u n-numri ta’ l-intestaturi tat-tariffa li jidhru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3768/85 [4], jiġu espressi skond it-termini tan-nomenklatura kombinata; billi dawn l-adattamenti ma humiex xi emendi sustanzajali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 234/68 qiegħed jiġi mmodifikat kif ġej: 1. L-Artikolu 1 qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Għandha titwaqqaf organizzazzjoni komuni tas-suq fis-siġar ħajjin u pjanti oħra, il-basal, l-għeruq u affarijiet simili, il-fjuri maqtugħa u l-weraq ornamentali rigward il-prodotti li jidħlu fil-Kapitolu 6 tan-nomenklatura kombinata bl-esklużjoni tal-pjanti taċ-ċikwejra u l-għeruq tas-sotto-intestatura 06012010; għandha tinkludi standards komuni ta’ kwalità u sistema tal-kummerċ." 2. Artikolu 7(1) qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej: "1. Għal kull wieħed mill-prodotti li jidħlu fis-sotto-intestatura 060110, jistgħu jiġu ffissati prezzijiet minimi wieħed jew iktar għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kull sena f’ħin tajjeb biżżejjed qabel jibda l-istaġun tas-suq, li jibdew fis-sena 1968, bi qbil mal-proċedura preskritta f’Artikolu 14. L-esportazzjoni ta’ tali prodotti għandha tkun permessa biss għal prezz ugwali għal jew ogħla mill-minimu ffissat għall-prodott in kwistjoni." 3. Artikolu 10(2) qiegħed jiġi sostitwit b’dan li ġej: "2. B’deroga mid-dispożizzjonijiet tat-tieni u t-tielet inċiżi tal-paragrafu 1, iż-żamma ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi jew ta’ miżuri li jkollhom effett ekwivalenti u r-rikors għal Artikolu 44 tat-Trattat għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati: - għal żraġen mingħajr għeruq u żbir tad-dwieli (tas-sotto-intestatura 06021010) u żbir tad-dwieli, imlaqqma jew bl-għeruq (tas-sotto-intestatura 06022010) sad-data ffissata sabiex jiġu applikati fl-Istati Membri kollha d-dispożizzjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Kunsill dwar il-bejgħ fis-suq ta’ materjali għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja; Rigward il-pjanti tal-qsari u siġar tal-frott u arbuxelli żgħar (tas-sotto-intestaturi 06022091, 06022099, 06023010, 06029970, 06029991 u 06029999), il-Kunsill għandu jadotta dawk il-miżuri li jkunu meħtieġa bi qbil ma’ Artikoli 3, 12 jew 18 ta’ dan ir-Regolament." Artikolu 2 Dan ir-Reolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 1987. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p.1. [2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p. 1. [3] ĠU L 55, tat-2.3.1968, p. 1. [4] ĠU L 326, tal-31.12.1985, p. 8. --------------------------------------------------