|
5.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/609
tas-27 ta’ April 2020
dwar il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali ("il-Ftehim") ġie konkluż mill-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2018. |
|
(2) |
Skont il-punt (e) tal-Artikolu 20(2) tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont l-Artikolu 20(1) tal-Ftehim għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura interni tiegħu. |
|
(3) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali, peress li d-deċiżjoni ser ikollha effett legali fl‐Unjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura interni tiegħu għandha tkun ta’ appoġġ għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall‐Kooperazzjoni Doganali (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
G. GRLIĆ RADMAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/601 tas-16 ta’ April 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar il-kooperazzjoni u l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali (ĠU L 101, 20.4.2018, p. 5).
(2) Ara d-dokument ST 6932/20 fuq http://register.consilium.europa.eu.