Official Journal L 196 , 07/08/1996 P. 0013 - 0027
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ta'l-annimali u ċertifikati veterinarji għall-importazzjoni ta' tjur u bajd ta' tfaqqis minbarra ta' għasafar li ma jtirux u l-bajd tagħhom minn pajjiżi terzi li jinkludu miżuri ta' saħħa li għandhom jiġu applikati wara l-importazzjoni (Test b'rilevanza għaŻ-ŻEE) (96/482/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' bhejjem li jirregolaw negozju ġewwa l-Komunità, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi, ta' tjur u bajd tat-tfaqqis [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24 u 26 (2) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tippreskrivi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq bhejjem li jidħlu fil-Komunità u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [2], kif l-aħħar emendati bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/233/KE [3] li tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi minn liema hija awtorizzata l-importazzjoni ta' tjur ħaj u bajd tat-tfaqqis fi prinċipju; Billi pajjiżi jew partijiet minnhom li jidhru f'din il-lista taw garanziji biżżejjed biex jitqiesu bħala ħielsa minn influwenza ta' l-għasafar u mill-marda Newcastle skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE [4] kif emendata bid-Deċiżjoni 94/438/KE [5]; Billi l-kondizzjonijiet ta' saħħa ġenerali u speċjali tal-bhejjem u ċ-ċertifikati veterinarji meħtieġa għall-importazzjoni ta' tjur jew bajd tat-tfaqqis għandhom jiġu preskritti; billi l-proċeduri ta' teħid ta' kampjuni u ta' ttestjar għandhom jiġu preskritti wkoll; billi dawn il-ħtiġiet kollha għandhom ikunu għallinqas ekwivalenti għal dawk preskritti bid-Direttiva 90/539/KEE u b'kull Deċiżjoni implimentattiva għal negozju ta' ġewwa l-Komunità; Billi lista ta' pajjiżi terzi mogħtija d-dritt li jużaw iċ-ċertifikati preskritti f'din id-Deċiżjoni hija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/483/KE [6]; Billi barra minn hekk il-kondizzjonijiet, u għalhekk iċ-ċertifikati, jistgħu jkunu differenti għal kunsinni żgħar ta' tjur; filwaqt li l-kondizzjonijiet u ċ-ċertifikati għal kunsinni żgħar bħal dawn għandhom jiġu stabbiliti f'Deċiżjoni separata; Billi għalhekk għandha tingħata każ tas-sitwazzjoni ġenerali ta' saħħa tal-pajjiżi terzi; filwaqt li ċerti pajjjiżi terzi li jidhru fil-lista msemmija fuq għandhom ikunu awtorizzati biss għal importazzjonijiet ta' ċerti kategoriji ta' tjur u ta' bajd ta' tfaqqis; Billi hemm bżonn, fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' għasafar li ma jtirux u bajd ta' tfaqqis tagħhom, u minħabba d-differenzi bijoloġiċi bejn dawk l-għasafar u l-ispeċi ta' tjur l-oħra, li jiġi pospost it-twaqqif ta' kondizzjonijiet ta' saħħa ta' bhejjem u ċertifikazzjoni veterinarja sakemm il-Kumitat Veterinarju Xjentifiku jkun ta opinjoni dwar ir-riskji involuti f' importazzjonijiet bħal dawn; Billi, fir-rigward tal-kategorija ta' prodotti konċernati u tal-ħtieġa li tkun evitata kull deterjorazzjoni ta' l-istat ta' saħħa fuq it-territorju tal-Komunità, hemm bżonn li jkun stabbilit perjodu ta' iżolament u osservazzjoni segwit b'eżamin kliniku; Billi l-Kummissjoni tista' teżamina mill-ġdid din id-Deċiżjoni f'kull ħin jekk l-istat ta' saħħa ta' bhejjem tal-pajjiżi konċernati jinbidel; Billi l-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom jgħoddu għal importazzjonijiet ta' tjur u ta' bajd ta' tfaqqis kif definiti fil-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/539/KEE bl-eċċezzjoni ta' għasafar li ma jtirux u l-bajd ta' tfaqqis tagħhom. 2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ma għandhomx jgħoddu għal importazzjonijiet ta' kunsinni singoli ta' inqas minn 20 unità ta' tjur jew ta' bajd ta' tfaqqis. 3. Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 93/342/KEE għandhom jgħoddu kif hemm bżonn. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta': (a) tjur tat-trobbija u ta' produzzjoni, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet preskritti fiċ-ċertifikat mudell dwar is-saħħa tal-bhejjem preskritt fl-Abbozz A fl-Anness I u li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mniżżla f'kolonna A ta' l-Anness tad- Deċiżjoni 96/483/KE; (b) bajd tat-tfaqqis, li jikkonforma mal-ħtiġijiet preskritti fiċ-ċertifikat mudell dwar is-saħħa tal-bhejjem preskritt fl-Abbozz B fl-Anness I u li jkun ġej minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mniżżla fil-kolonna B ta' l-Anness għal Deċiżjoni 96/483/KE; (ċ) flieles ta' ġurnata, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet preskritti fiċ-ċertifikat mudell dwar is-saħħa tal-bhejjem preskritt fl-Abbozz Ċ fl-Anness I u li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mniżżla f'kolonna Ċ ta' l-Anness għal Deċiżjoni 96/483/KE; (d) tjur għall-qatla, u tjur sabiex jgħammru mill-ġdid il-provvisti ta' tjur, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet preskritti fiċ-ċertifikat mudell dwar is-saħħa tal-bhejjem preskritti fl-Abbozz Ċ fl-Anness I u li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna Ċ ta' l-Anness għal Deċiżjoni 96/483/KE sakemm ikunu akkompanjati biċ-ċertifikat rilevanti, debitament mimli u ffirmat kif dovut. 2. Tjur tat-trobbija u ta' produzzjoni, bajd tat-tfaqqis u flieles ta' ġurnata għandhom jiġu mill-istess stabbiliment li jkun ġie approvat mill-awtorita kompetenti tal-pajjiż terz konċernat skond il-ħtiġijiet li jkunu għallinqas ekwivalenti għal dawk preskritti fl-Anness II tad-Direttiva 90/539/KEE, fejn l-approvazzjoni ta' dawk l-istabbilimenti ma tkunx ġiet sospiża jew irtirata. Artikolu 3 1. Wara l-importazzjoni, tjur tat-trobbija jew tjur ta' produzzjoni jew flieles ta' ġurnata għandhom jinżammu fl-azjenda(i) ta' destinazzjoni jew għal perjodu ta' mill-inqas sitt ġimgħat mid-data ta' meta jaslu jew sad-data tal-qatla jekk jinqatlu qabel ma jkunu għaddew sitt ġimgħat. Wara l-importazzjoni tagħhom bħala bajd għat-tfaqqis, it-tjur li jfaqqas minn dak il-bajd għandu jinżamm għal perjodu ta' mill-inqas tliet ġimgħat mid-data ta' tfaqqis fl-azjenda(i) li fiha (fihom) ikunu ntbagħtu wara li jkunu faqqsu. 2. Matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 u matul it-tfaqqis tal-bajd, it-tjur jew bajd importat u t-tjur imfaqqas minn dan il-bajd għandu jinżamm separat minn dawk mhux importati. Għalhekk, it-tjur għandhom jinżammu f'gallinari fejn ma jkun preżenti l-ebda tajr ieħor u l-bajd għandu jitfaqqas f'inkubaturi u f'imfaqes separati. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw tjur jew bajd importat sabiex jiġi miżjud ma' tjur jew bajd rispettivament li jkunu diġa preżenti fil-gallinar jew inkubatur/mafqas. F'dak il-każ, il-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1 jibdew jgħoddu mill-introduzzjoni ta' l-aħħar għasfur jew bajda importata rispettivament. It-tjur għandhom jgħaddu minn eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat u fejn ikun hemm bżonn, għandhom jittieħdu kampjuni sabiex ikun ikkontrollat l-istat ta' saħħa tagħhom, għallinqas fl-aħħar tal-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1. Il-perjodi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jkunu estiżi jekk is-suspett ta' influwenza tal-għasafar jew mal-marda Newcastle ma jkunx jista' jkun eliminat. Artikolu 4 Jekk it-tjur, il-bajd tat-tfaqqis u l-flieles ta' ġurnata u/jew il-grupp ta' oriġini għandhom jiddaħħlu għal testijiet skond il-ħtiġiet taċ-ċertifikati preskritti fl-Anness I, it-teħid ta' kampjuni għall-ittestjar u l-ittestjar innifsu għandhom isiru skond il-protokolli preskritti fl-Anness II. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Ottubru 1996. Artikolu 6 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f'Brussel, fit-12 ta' Lulju 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 303, tal-31.10.1990, p. 6. [2] ĠUNru L 268, ta’ l- 24.9.1991, p. 56. [3] ĠU L 156, tas-7.7.1995, p. 76. [4] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24. [5] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 35. [6] Ara paġna 28 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- L-ANNESS I MUDELL A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ MUDELL B. +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ MUDELL Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ MUDELL D +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS II Protokoll għall-istandardazzjoni ta' materjali u proċeduri għal testijiet veterinarji f'rabta ma' l-importazzjoni ta' tajr u ta' bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi 1. Il-marda Newcastle Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni u ta' ttestjar għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/340/KEE dwar l-ittestjar tat-tjur għall-marda Newcastle qabel ma jiġu mressqa, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE. 2. Salmonella pullorum - Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Anness II, il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/539/KEE. - Il-metodi ta' ttestjar għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fil-Manwal ta' l-Istandards għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini, editjat minn OIE f'Pariġi (B67). 3. Salmonella gallinarum - Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Anness II, il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/539/KEE. - Il-metodi ta' ttestjar għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fil-Manwal ta' l-Istandards għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini, editjat minn OIE f'Pariġi (B62). 4. Salmonella arizonae Eżami seroloġiku: għandu jittieħed kampjun ta' 60 għasfur malli jbidu. L-ittestjar għandu jsir f'konformità mal-metodi deskritti fil-Manwal ta' l-Istandards għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini, editjat minn OIE f'Pariġi (B31, B47). 5. Mycoplasma gallisepticum - Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Anness II, il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/539/KEE. - Il-metodi ta' ttestjar għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fil-Manwal ta' l-Istandards għal testijiet dijanjostiċi u vaċċini, editat minn OIE f'Pariġi (B65). 6. Mycoplasma meleagridis Il-metodi ta' teħid ta' kampjuni għandhom jikkonformaw mal-metodi deskritti fl-Anness II, il-Kapitolu III tad-Direttiva 90/539/KEE. --------------------------------------------------