|
25.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 334/33 |
Azzjoni mressqa fis-17 ta' Lulju 2014 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda
(Kawża E-14/14)
(2014/C 334/14)
Fis-17 ta' Lulju 2014 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider u Janne Tysnes Kaasin, li kienu qegħdin jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, li tinsab f'Rue Belliard 35, 1040 Brussell, il-Belġju, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
|
1. |
Tiddikjara li billi l-Islanda naqset li tadotta, u/jew tinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA minnufih bil-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli), kif adattat għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 u bid-Deciżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 127/2012 tiegħu, fiż-żmien preskritt, l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
2. |
Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
L-isfond ġuridiku u fattwali u l-eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
|
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Mejju 2014, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-5 ta Marzu 2014 dwar in-nuqqas ta' dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (“l-Att”), kif imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II għall-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu. |
|
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 54 tal-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, billi ma adottatx, u/jew ma nnotifikatx lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar il-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi implimentat l-Att fiż-żmien preskritt. |