<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1000859701.case.xml"><NO.CASE>C-19/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0019</NO.CELEX><NO.SEQ>0018.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8626</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8646</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071018">18.10.2007</DATE> — KAWŻA C-19/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs ID-DANIMARKA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- ustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20071018">18 ta' Ottubru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-19/05,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu taħt l-Artikolu 226 KE, imressaq fl-<DATE ISO="20050114">14 ta' Jannar 2005</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> irrappreżentata minn N. Rasmussen, G. Wilms u H.-P. Hartvig, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka,</HT> irrappreżentat minn J. Molde, bħala aġent, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-8627"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, President ta' l-Awla, J. N. Cunha Rodrigues, J. Klučka, P. Lindh (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Registratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20070710">10 ta' Lulju 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej qed titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li billi r-Renju tad-Danimarka ma qiegħedx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">18687475</FT> bħala riżorsi proprji u bl-imgħax ikkalkulati mis-<DATE ISO="20000727">27 ta' Lulju 2000</DATE>, huwa naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari, l-Artikolu 10 KE kif ukoll l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom, tal-<DATE ISO="19941031">31 ta' Ottubru 1994</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" DATE.PUB="1994" PAGE.FIRST="9">ĠU L 293, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8628"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-sistema tar-riżorsi proprji</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 94/728, li ssostitwixxiet id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom, ta' <DATE ISO="19880601">l</DATE>-<DATE ISO="19880624">24 ta' Ġunju 1988</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi tal-Komunitajiet innifishom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="185" DATE.PUB="1988" PAGE.FIRST="24">ĠU L 185, p. 24</REF.DOC.OJ>) li, jikkostitwixxu riżorsi proprji mdaħħla fil-baġit tal-Komunitajiet, b'mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ir-riżorsi msejħa <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>tradizzjonali<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> [Artikolu 2(1)(a) u (b)], ġejjin minn:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>imposti, premji, ammonti addizzjonali jew kumpensatorji, ammonti jew fatturi addizzjonali u dazji oħra stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet fuq il-kummerċ ma pajjiżi li mhumiex membri fi ħdan il-politika agrikola komuni;</P></ITEM><ITEM><P>dazji tat-Tariffa Doganali Komuni u dazji oħra stabbiliti jew li għandhom jiġu stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet fuq il-kummerċ mal-pajjiżi li mhumiex membri;</P></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P>ir-riżors imsejjaħ <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>taxxa fuq il-valur miżjud<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/> [Artikolu2(1)(c)], li joriġina millapplikazzjoni ta' rata uniformi valida għall-Istati Membri koliha għall-bażi ta stima tat-taxxa ŕuq il-valur miżjud;</P></ITEM><?PAGE NO="I-8629"?><ITEM><P>ir-riżors imsejjaħ <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>prodott gross nazzjonali<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> jew <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>addizzjonali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/> [Artikolu 2(1) (d)], li jorigina mill-applikazzjoni ta' rata, li għandha tiġi stabbilita fil-kuntest tal-proċedura tal-baġit, fid-dawl tad-dħul l-ieħor kollu, fuq is-somma tal-prodott gross nazzjonali ta' l-Istati Membri koliha (prodott gross nazzjonli) ta' l-Istati Membri koliha.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 94/728 jiddisponi li:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) għandhom jinġabru mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi li għandhom, jekk ikun il-każ, jiġu emendati biex jissodisfaw il-leġiżlazzjoni Komunitarja. Il-Kummissjoni għandha, teżamina, f'intervalli regolari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali kkomunikati lilha mill-Istati Membri, tittrażmetti lill-Istati Membri l-emendi li tikkunsidra li huma meħtieġa biex tassigura li huma jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja u tirrapporta lill-awtorità tal-baġit L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi pprovduti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[...]il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi implementata din id-deċiżjoni kif ukoll dawk dwar il-kontroll ta' lirkupru, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-ħlas tad-dħul imsemmi fl-Artikoli 2 u 5<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet li għalihom isir riferiment fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 94/728 kienu jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1552/89, tad-<DATE ISO="19890529">29 ta<?PAGE NO="I-8630"?> Mejju 1989</DATE>, li jimplementa d-Deċiżjoni 88/376 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="155" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="1">ĠU L 155, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 1355/96, tat-<DATE ISO="19960708">8 ta' Lulju 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175" DATE.PUB="1996" PAGE.FIRST="3">ĠU L 175, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem, ir-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Regolament Nru 1552/89<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19960714">14 ta' Lulju 1996</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-tieni premessa tar-Regolament Nru 1552/89 tistipula li <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>l-Komunita għandha jkollha disponibbli r-riżorsi proprji li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 88/376 [...] fl-ahjar kundizzjonijiet possibbli u li, għal dan il-għan, hemm lok li jiġu stabbiliti l-proċeduri li bihom l-Istati għandhom iqegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni r-riżorsi proprji allokati lill-Komunitajiet<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (1a) ta' dan ir-Regolament jipprovdi:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dritt tal-Komunita għar-riżorsi proprji msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 88/376 [...] jiġi stabbilit malli l-kundizzjonijiet stipulati fir-regolamenti doganali fir-rigward tad-dħul ta' l-ammont tad-dazju fil-kontijiet u l-komunikazzjoni tiegħu lid-debitur jitwettqu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1a.</NO.P><TXT>Id-data li għandha titqies għall-konstatazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun id-data tad-dħul fil-kontijiet prevista mir-regolamenti doganali.</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-8631"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1552/89:</TXT><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Kuli dewmien biex isir id-dhul fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jagħti lok għall-ħlas ta' imgħax, mill-Istat Membru kkonċernat, bir-rati ta' imgħax għad-dewmien applikabbli fis-suq monetarju ta' dak l-Istat għal self għal żmien qasir, miżjud b'żewġ punti perċentwali. Din ir-rata għandha tiżdied b'0,25 punt perċentwali għal kull xahar ta' dewmien. Ir-rata kif miżjuda għandha tiġi applikata għall-perijodu kollu tad-dewmien.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) u (2) ta' dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ammonti li jikkorrispondu għad-drittijiet stabbiliti skond l-Artikolu 2 jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kif speċifikat f'dan ir-Regolament</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa mill-obbligu li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għad-drittijiet stabbiliti biss jekk, għal raġunijiet ta' forza maġġuri, dawn l-ammonti ma setgħux jiġu rkuprati. Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu jinjoraw l-obbligu li jqiegħdu dawn l-ammonti għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni f'każijiet speċifiċi jekk, wara studju komplet taċ-ċirkustanzi rilevanti koliha tal-każ individwali, ikun jidher li l-irkupru jkun impossibli għal żmien fit-tul minħabba raġunijiet li ma jkunux jistgħu jiġu attribwiti lilhom. [...]<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> [traduzzjoni mhux ufficjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8632"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 204(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 302, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dejn doganali fuq l-importazzjoni għandu jiġi inkors permezz</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' wieħed mill-obbligi li jinqalgħu, fir-rigward ta merkanziji soġġetti għal dazji fuq l-importazzjoni, mill-ħażna temporanja tagħhom jew mill-użu tal-proċedura doganali li taħtha jkunu tqiegħdu, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tan-nuqqas ta' konformita ma kondizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanziji taħt dik il-proċedura jew l-għoti ta' rata mnaqqsa jew mingħajr żieda ta' dazju fuq l-importazzjoni [minħabba] l-użu finali tal-merkanziji.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>f'każijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 203 ħlief meta jiġi stabbilit li dawk in-nuqqasijiet m'għandhom ebda effett sinifikanti fuq l-operazzjoni korretta tal-ħażna temporanja jew [tal-]proċedura doganali konċernata.</P></NP><?PAGE NO="I-8633"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dejn doganali għandu jiġi inkors jew fil-mument meta l-obbligazzjoni li nnuqqas ta' l-eżekuzzjoni tagħha tagħti lok għad-dejn doganali ma tiġix issodisfata jew fil-mument meta l-merkanziji jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali involuta fejn jiġi stabbilit sussegwentement li kondizzjoni li tirregola t-tqegħid tal-merkanziji taħt l-imsemmija proċedura jew l-għoti ta' rata mnaqqsa jew mingħajr żieda ta' dazju fuq l-importazzjoni [minħabba] l-użu finali tal-merkanziji ma ġietx fil-fatt issodisfata.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna d-dħul fil-kontijiet u l-komunikazzjoni ta' l-ammont tad-dazju lid-debitur, l-Artikolu 217 tal-Kodiċi Doganali jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Kull ammont ta' dazju fuq l-importazzjoni jew dazju fuq l-esportazzjoni li jirriżulta minn dejn doganali, minn hawn 'il isfel imsejjaħ ammont ta' dazju', għandu jiġi kkalkulat mill-awtoritajiet doganali malli jkollhom id-dettalji neċessarji, u għandu jiddaħħal minn dawk l-awtoritajiet fil-kotba tal-kontijiet jew [f']kull mezz ieħor ekwivalenti (dħul fil-kontijiet).</TXT><P>[...]</P><P>L-awtoritajiet doganali jistgħu [ma jdaħħlux fil-kontijiet] ammonti ta' dazju li, taħt l-Artikolu 221 (3), ma [jistgħux] jiġu kkomunikati lid-debitur wara l-għeluq taż-żmien permess.</P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-proċeduri prattiċi għad-dħul fil-kotba tal-kontijiet ta' l-ammonti tad-dazju. Dawk il-proċeduri jistgħu jvarjaw skond jekk, minħabba ċ-ċirkostanzi li fihom ikun ġie inkors id-dejn doganali, l-awtoritajiet doganali jkunu sodisfatti li l-imsemmija ammonti jkunu ser jitħallsu.<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8634"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 218 ta' l-istess Kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Fejn dejn doganali jiġi inkors bħala riżultat ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-merkanziji għal proċedura doganali oħra barra importazzjoni temporanja [b'eżenzjoni] parzjali mid-dazji fuq l-importazzjoni jew kull att ieħor li jkollu l-istess effett legali bħal dik l-aċċettazzjoni, l-ammont li jikkorrispondi għal dak iddejn doganali għandu jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet malli jkun ġie kalkulat u, laktar tard, fit-tieni jum wara dak li fih il-merkanziji jkunu nħelsu.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fejn dejn doganali jiġi inkors taħt kundizzjonijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-ammont ta' dazju relevanti għandu jiddaħħal fil-kotba tal-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jkunu f pożizzjoni li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkalkulaw l-ammont ta' dazju kkonċernat,</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistabilixxu d-debitur.<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8635"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 220 tal-Kodiċi Doganali jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>L</NO.P><TXT>Fejn l-ammont ta' dazju li jirrizulta minn dejn doganali ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skond l-Artikoli 218 u 219 jew iddaħħal fil-kontijiet flivell anqas millammont legalment dovut, l-ammont ta' dazju li għandu jiġi rkuprat jew li jibqa biex jiġi rkuprat għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jsiru jafu bis-sitwazzjoni u jkunu f'pożizzjoni li jikkalkolaw l-ammont legalment dovut u jistabbilixxu d-debitur (daħla sussegwenti fil-kontijiet). Dak it-terminu ta' żmien jista jiġi estiż skond l-Artikolu 219.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>[...], daħliet sussegwenti fil-kontijiet m'għandhomx isiru fejn:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont ta' dazju legalment dovut ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet bħala riżultat ta' żball min-naħa ta' l-awtoritajiet doganali liema żball ma setgħetx raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas, waqt li din ta' l-aħħar tkun aġixxiet bil-bona fidi u ħarset id-dispożizzjonijiet koliha stipulati mil-leġislazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8636"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 221 ta' l-imsemmi Kodiċi jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Malli jkun iddaħħal fil-kontijiet, l-ammont ta' dazju għandu jiġi kkomunikat lid-debitur skond il-proċeduri li jkunu xierqa.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Komunikazzjoni lid-debitur m'għandhiex issir wara l-għeluq ta' perjodu ta' tliet snin mid-data li fiha d-dejn doganali jkun ġie inkors. Iżda, fejn ikun bħala riżultat ta' att li jista jagħti lok għal proċeduri [quddiem il]-qorti kriminali, li l-awtoritajiet doganali ma setgħux jistabbilixxu l-ammont eżatt legalment dovut, komunikazzjoni bħal dik tista, sakemm id-disposizzjonijiet fis-seħħ hekk jippermettu, issir wara l-għeluq ta' dak il-perjodu ta' tliet snin.<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 239 ta' dan il-Kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dazji fuq l-importazzjoni jew dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu jitħallsu lura jew jintbagħtu f'sitwazzjonijiet oħra barra dawk li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 236, 237, u 238:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura tal-kumitat;</P></ITEM><?PAGE NO="I-8637"?><ITEM><P>li jirriżultaw minn ċirkostanzi li fihom ebda ingann jew traskuraġni owja ma jistgħu jiġu attribwiti lill-persuna interessata. Is-sitwazzjonijiet li fihom din id-dispożizzjoni tista' tiġi applikata u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal dak il-għan għandhom jiġu definiti skond il-proċedura tal-Kumitat Ħlas lura jew remissjoni jistgħu jsiru bla ħsara għal kondizzjonijiet speċjali.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dazji għandhom jitħallsu lura jew jintbagħtu għar-raġunijiet stipulati filparagrafu 1 malli tiġi preżentata applikazzjoni lill-uffiċċju doganali xieraq fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha l-ammont tad-dazji kien ġie komunikat lid-debitur.</TXT><P>Iżda, l-awtoritajiet doganali jistgħu jippermettu li dan il-perjodu jinqabeż f'każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif jixraq.<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 869 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-<DATE ISO="19930702">2 ta' Lulju 1993</DATE>, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="253" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="1">ĠU L 253, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1677/98, tad-<DATE ISO="19980729">29 ta Lulju 1998</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="212" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="18">ĠU L 212, p. 18</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>Regolament Nru 2454/93<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>L-awtoritajiet doganali għandhom huma stess jiddeċiedu li ma jagħtux kas <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> [jdaħħlux sussegwentement fil-kontijiet] dazji li ma jkunux inġabru:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-8638"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>f'każijiet li jikkunsidraw li fihom il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2) (b) tal-Kodiċi [Doganali] jkunu sodisfatti, sakemm l-ammont mhux miġbur mill-operatur ikkonċernat f'dak li għandu x'jaqsam ma' operazzjoni waħda jew aktar ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni imma b'konsegwenza ta' żball wieħed, ikun anqas minn <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> [EUR];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 871 tar-Regolament Nru 2454/93 jiddisponi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>F'każijiet apparti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 869, meta l-awtoritajiet doganali jew jikkunsidraw li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi jkunu mwettqa jew ikollhom dubju dwar il-kamp ta' l-applikazzjoni preċiża tal-kriterji ta' dik id-disposizzjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' każ partikolari, dawk l-awtoritajiet għandhom jissottomettu l-każ lill-Kummissjoni, sabiex deċiżjoni tkun tista' tittieħed bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 872 sa 876. [...]<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul is-sena 1990, l-awtoritajiet Daniżi awtorizzaw impriża (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>impriża importatriċi<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>) timporta, bid-dazju doganali sospiż, merkanzija għall-kostruzzjoni ta' kontenituri, skond is-sistema ta' l-<QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>użu finali<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/> applikabbli għal <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>oggetti intiżi biex ikunu inkorporati f'vapuri, dgħajjes jew bastimenti oħrajn [...] għall-għanijiet tal-kostruzzjoni, tiswija, [manutenzjoni] jew konverżjoni tagħhom, [kif ukoll] għal oggetti intiżi li jitwaħħlu fuq u jarmaw vapuri<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> skond id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II ta' l-Anness I, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta' Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u<?PAGE NO="I-8639"?> dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="256" DATE.PUB="1987" PAGE.FIRST="1">ĠU L 256, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2886/89, tat-<DATE ISO="19890802">2 ta' Awwissu 1989</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="282" DATE.PUB="1989" PAGE.FIRST="1">ĠU L 282, p.1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Wara li ġie effettwat kontroll mill-<DATE ISO="19960325">25</DATE> sad-<DATE ISO="19960329">29 ta' Marzu 1996</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet Daniżi li l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni ta' din il-merkanzija b'eżenzjoni tad-dazji doganali kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-leġiżlazzjoni applikabbli, billi dawn il-kontenituri ma kellhomx jiġu inkorporati fil-bastimenti. Il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet iġibu fit-tmiem din il-prassi u kkonstatat li huma, minħabba n-negliġenza tagħhom, kienu responsabbli għall-ammont ta' riżorsi proprji li ma ġewx irkuprati mill-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19971230">30 ta' Diċembru 1997</DATE>, l-awtoritajiet Daniżi informaw lill-impriża importatriċi bil-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta' merkanzija għall-kostruzzjoni ta' kontenituri skond is-sistema ta' użu finali, għalkemm ma qablux magħha, u ta' l-applikazzjoni mill-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar 1998</DATE>, tad-dazji fuq din il-merkanzija. Madankollu, dawn l-awtoritajiet ippermettew li din l-awtorizzazzjoni tibqa' fis-seħħ wara din id-data, bil-kundizzjoni li l-impriża importatriċi tbati r-riskju li tara d-dazji doganali jiġu imposti skond l-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali. L-awtoritajiet Daniżi ddeċidew, skond l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali, li ma jiħdux in kunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> l-importazzjonijiet dovuti sa dik id-data, mingħajr ma l-Kummissjoni ġiet ikkonsultata f'dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Mit-<DATE ISO="19980203">3 ta' Frar 1998</DATE>, l-awtortitajiet Daniżi neħħew lill-impriża importatriċi l-benefiċċju tas-sistema ta' użu finali, li ssostitwew bis-sistema magħrufa bħala ta' <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>pproċessar tad-dħul<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>. Għaldaqstant, l-impriża importatriċi setgħet tkompli timporta, b'eżenzjoni ta' dazju doganali, il-merkanzija għall-kostruzzjoni ta'<?PAGE NO="I-8640"?> kontenituri għall-użu marittimu għat-tagħmir intern tal-bastimenti għal ġarr ta' kontenituri li sussegwentement jiġu esportati.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar</DATE> u t-<DATE ISO="19980203">3 ta' Frar 1998</DATE>, il-Kummissjoni, b'ittra tat-<DATE ISO="20040722">22 ta' Lulju 2004</DATE>, talbet lir-Renju tad-Danimarja l-ħlas ta' l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">1479016</FT>, li jikkorrispondi għall-ammont ta' dazji doganali li l-impriża importatriċi ġiet eżentata minnhom skond is-sistema ta' l-użu finali. Bid-Deċiżjoni REC 12/03, tad-<DATE ISO="20040519">19 ta' Mejju 2004</DATE> (iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>Deċiżjoni 12/03<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>), hija kkonkludiet li kellhom jittieħdu in kunsiderazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> d-dazji doganali, iżda li l-impriża importatriċi setgħet tiġi eżentata mill-ħlas tagħhom skond l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali. Billi ma ġie kkonstatat l-ebda żball mill-awtoritajiet Daniżi matul dan il-perijodu, il-Kummissjoni indikat, b'ittra tal-<DATE ISO="20050221">21 ta' Frar 2005</DATE>, li ma kkunsidratatx iktar ir-Renju tad-Danimarka responsabbli għar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet mhux mibgħuta għal dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE>, il-Kummissjoni, b'ittra tad-<DATE ISO="19981109">9 ta' Novembru 1998</DATE>, talbet lill-awtoritajiet Daniżi l-ħlas tad-dazji doganali li kellha tirċievi, għall-importazzjoni mill-impriża importatriċi talmerkanzija meħtieġa għall-kostruzzjoni ta' kontenituri, jiġifieri l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">18687475</FT>, mingħajr imgħaxijiet. Wara skambju ta' korrispondenza, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu prevista fl-Artikolu 226 KE. Wara li, b'ittra tal-<DATE ISO="20020131">31 ta' Jannar 2002</DATE>, hija tat l-opportunita' lir-Renju tad-Danimarka jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, hija, fil-31 ta' Ottubru ta' wara, bagħtet lil dan l-Istat Membru opinjoni motivata fejn stidnietu jieħu l-miżuri koliha meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu magħha fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-opinjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx sodisfatta bir-risposta tar-Renju tad-Danimarka għall-imsemmija opinjoni, il-Kummissjoni ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8641"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li r-Renju tad-Danimarka, billi bbaża ruħu fuq interpretazzjoni żbaljata tar-regoli doganali sabiex jeżenta mid-dazji għall-importazzjoni l-impriża importatriċi skond is-sistema ta' użu finali matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE>, naqas mill-obbligi tiegħu li jikkonstata u li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Komunità l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">18687475</FT> bħala riżorsi proprji. F'dan ir-rigward, hija tinvoka s-sentenza tal-<DATE ISO="20051115">15 ta' Novembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/02" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-9811">C-392/02, Ġabra p. I-9811</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Hija tirrileva li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jistabbilixxu r-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, anki jekk jikkontestaw il-krediti ta' din ta' l-aħħar (sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar 'il fuq, punt 60). L-awtoritajiet Daniżi aġixxew b'riskju tagħhom meta baqgħu jsostnu l-interpretazzjoni tagħhom tassistema ta' użu finali wara li l-Kummissjoni kienet ikkontestatha matul is-sena 1996. Huma ma avżawx lill-impriża importatriċi qabel it-<DATE ISO="19971230">30 ta' Diċembru 1997</DATE> u naqsu mill-obbligi tagħhom, skond l-Artikolu 871 tar-Regolament Nru 2454/93, li jitolbu lill-Kummissjoni tagħti deċiżjoni fuq l-applikazzjoni eventwali ta' l-Artikolu 220(2) (b) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8642"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li m'għadhiex tikkunsidra r-Renju tad-Danimarka responabbli għar-riżorsi proprji mhux mibgħuta għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar</DATE> u t-<DATE ISO="19980203">3 ta' Frar 1998</DATE>. Safejn id-Deċiżjoni 12/03 tirreferi għal dan il-perijodu, hija għalhekk nieqsa minn kull rilevanza għal din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-perijodu bejn l-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE>, il-Kummissjoni tqis li ċ-ċirkustanzi ta' din il-kawża mhumiex differenti minn dawk li taw lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar 'il fuq. B'mod partikolari, hija tikkontesta t-teżi li l-impriża importatriċi setgħet tibbenefika millbidu ta' dan il-perijodu mis-sistema ta' pproċessar tad-dħul, li jeskludi kull dannu subit mill-Komunità. Hija fil-fatt tqis li din it-teżi hija biss ibbażata fuq kunsiderazzjoni purament ipotetika, u tinsisti fuq il-fatt li l-kundizzjonijiet sabiex tintuża s-sistema ta' pproċessar tad-dħul, prevista fl-Artikoli 114 sa 129 tal-Kodiċi Doganali, huma ħafna differenti minn dawk tas-sistema ta' użu finali. Il-Kummissjoni żżid li, f'kull każ, kien eskluż, fiż-żmien tal-fatti, li tingħata lawtorizzazzjoni li tintuża' b'mod retroattiv is-sistema ta' pproċessar tad-dħul. Għalhekk hija tikkunsidra li r-Renju tad-Danimarka ma jistax, sabiex jevita r-responsabbiltà, sempliċement isostni li l-impriża importatriċi setgħet tibbenefika minn din is-sistema mill-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jammetti li l-awtoritajiet doganali bbażaw ruhhom fuq interpretazzjoni żbaljata tal-liġi rilevanti meta taw il-benefiċċju tas-sistema ta' użu finali lill-impriża importatriċi. Minkejja dan l-iżball, dan l-Istat Membru jqis li din il-kawża hija differenti minn dik li kienet tat lok għas-sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar 'il fuq, fuq punt fundamentali. Il-Komunità ma tilfet l-ebda riżors minhabba fi żball imwettaq mill-awtoritajiet Daniżi, safejn l-impriża importatriċi, f'kull każ, setgħet tibbenefika minn eżenzjoni mid-dazji skond is-sistema ta' pproċessar tad-dhul.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8643"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jfakkar li, fdin is-sentena, l-analiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja hija bbażata fuq il-prinċipju ta' bilanċ baġitarju li jgħid li dħul insuffiċjenti għandu jiġi kkumpensat jew permezz ta' riżors proprju ieħor, jew permezz ta' rettifika ta' linfiq (sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar 'il fuq, punt 54). F'dan il-każ, dan il-bilanċ ma ġiex ikkontestat, hekk kif l-istess Kummissjoni kkunsidrat B'mod partikolari, id-Deċiżjoni 12/03 turi li l-Komunità ma batiet l-ebda dannu għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar</DATE> u t-<DATE ISO="19980203">3 ta' Frar 1998</DATE> jew għal dak bejn l-ta' Jannar 1994 u l-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka jsostni li l-impriża importatriċi kienet talbet, matul is-sena 1990, li tibbenefika mis-sistema ta' pproċessar mid-dħul li kienet eleġibbli għaliha. L-awtoritajiet doganali stiednuha titlob il-benefiċċju tas-sistema ta' użu finali, abbażi ta' interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet regolamentari rilevanti. Minkejja li s-sistemi ta' użu finali u ta' pproċessar tad-dħul huma differenti, skond dan l-Istat Membru jibqa l-fatt li l-impriża importatriċi kienet kisbet eżenzjoni mid-dazju.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, billi l-iżball imwettaq mill-awtoritajiet doganali baqa mingħajr rilevanza fuq il-baġit tal-Komunità, ir-Renju tad-Danimarka jqis li ma naqasx mill-obbligi tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jistabbilixxu d-dritt tal-Komunitajiet għar-riżorsi proprji malli l-awtoritajiet doganali tagħhom ikollhom id-dettalji neċessarji u, b'hekk, ikunu f'pożizzjoni li jikkalkulaw l-ammont ta' dazju li jirriżulta minn dejn<?PAGE NO="I-8644"?> doganali u li jistabbilixxu d-debitur, indipendentement mill-kwistjoni jekk il-kriterji għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali humiex sodisfatti u għaldaqstant jekk jistgħux jiġu effettwati jew le d-dħul fil-kontijiet u l-irkupru sussegwenti tad-dazji doganali kkonċernati. F'dawn iċ-ċirkustanzi, Stat Membru li ma jistabbilixxix id-dritt tal-Komunitajiet għar-riżorsi proprji u ma jqegħidx lammont korrispondenti għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, mingħajr ma jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament Nru 1552/89, jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari skond l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni 94/728 (sentenza Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, iċċitata iktar 'il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F'din il-kawża, huwa paċifiku li l-awtoritajiet Daniżi naqsu milli jiġbru d-dazji dovuti għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE> u l-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE> minħabba żball attribwit lilhom. Dan l-iżball wassalhom li ma jiħdux in kunsiderazzjoni u ma jirkuprawx <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> dawn id-dazji, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 220(2) (b) tal-Kodiċi Doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Safejn jidher li <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti sabiex tintuża ssistema ta' użu finali ma ġietx sodisfatta, l-Artikolu 204(2) tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi l-bidu ta' dan id-dejn doganali mill-impriża importatriċi għall-mument fejn il-merkanzija tkun tqegħdet taħt din issistema. Ware t-tneħħija, mill-<DATE ISO="19971231">31 ta' Diċembru 1997</DATE>, ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija lilha matul is-sena 1990 taħt din issistema, l-impriża importatriċi ma setgħetx tikseb rettroattivament awtorizzazzjoni għassistema ta' pproċessar tad-dħul. Għaldaqstant, il-kwistjoni jekk, fl-1990, din l-impriża setgħetx tissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-ksib ta' awtorizzazzjoni skond din issistema u, jekk dan ikun il-każ, jekk kienx fondat li l-Komunità titlob it-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji fin-nuqqas ta' kull preġudizzju għall-interessi finanzjarji tagħha, huwa nieqes minn kull rilevanza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8645"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, f'kuli każ, għandu jiġi mfakkar li n-nuqqas ta' rispett ta' obbligu impost minn regola tad-dritt Komunitarju jikkostitwixxi, minnu nnifsu, nuqqas ta twettiq ta' obbligu u li l-kunsiderazzjoni li dan in-nuqqas ta' rispett ma nissilx konsegwenzi negattivi huwa nieqes minn kull rilevanza (sentenzi tal-<DATE ISO="19780411">11 ta' April 1978</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Olanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="95/77" YEAR="1978" PAGE.ECR="863">95/77, Ġabra p. 863, punt 13</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="19901127">27 ta Novembru 1990</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/88" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-4313">C-209/88, Ġabra p. I-4313, punt 14</REF.DOC.ECR>, u ta l-<DATE ISO="20010201">1 ta' Frar 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1025">C-333/99, Ġabra p. I-1025, punt 37</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 10 KE, li wkoll ġie invokat mill-Kummissjoni, mhemmx lok li jiġi kkonstatat nuqqas ta' twettiq ta' l-obbligi ġenerali inklużi fid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, li huwa differenti min-nuqqas ikkonstatat ta' twettiq ta' l-obbligi Komunitarji iktar speċifiċi li r-Renju tad-Danimarka kien marbut li jwettaq skond, b'mod partikolari, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni 94/728.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, billi l-awtoritajiet Daniżi ma qegħdux għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">18687475</FT> bħala riżorsi proprji u l-imgħax għad-dewmien korrispondenti kkalkulati mis-<DATE ISO="20000727">27 ta' Lulju 2000</DATE>, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, bmod partikolari, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni 94/728.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Renju tad-Danimarka tilef, hemm lok li jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8646"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Billi ma qiegħedx għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ammont ta' DKK <FT TYPE="NUMBER">18687475</FT> bħala riżorsi proprji, bl-imgħax ikkalkulati mis-<DATE ISO="20000727">27 ta' Lulju 2000</DATE>, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari, l-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/728/KE, Euratom, tal-<DATE ISO="19941031">31 ta' Ottubru 1994</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>