<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-433/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0433</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:31">EU:C:2018:31</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180124">24.1.2018</DATE> – Kawża C‑433/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (Ir‑Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it‑Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Ħalib u prodotti mill-ħalib</KEYWORD><KEYWORD>Imposta addizzjonali fuq il-ħalib</KEYWORD><KEYWORD>Snin minn 1995/1996 sa 2008/2009</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1234/2007</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 79, 80 u 83</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 595/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 15 u 17</KEYWORD><KEYWORD>Ksur</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ħlas effettiv tal-imposta fit-termini previsti</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ rkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tal-imposta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑433/15</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, ippreżentat fis-<DATE ISO="20150806">6 ta’ Awwissu 2015</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Rossi, D. Nardi u J. Guillem Carrau, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir‑Repubblika Taljana</HT>, irrappreżentata minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili u S. Fiorentino, avvocati dello Stato, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir‑Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Vajda, E. Juhász (Relatur), K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi naqset milli tiżgura li l-imposta addizzjonali dovuta fuq il-produzzjoni li seħħet fl-Italja li taqbeż il-kwota nazzjonali, mill-ewwel sena ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) u sal-aħħar sena li fiha kienet ikkonstatata produzzjoni żejda fl-Italja (2008/2009),</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kienet effettivament ġiet allokata lill-produtturi li kkontribwixxew għal kull eċċess ta’ produzzjoni u</P></ITEM><ITEM><P>kienet tħallset fiż-żmien opportun, malli saritilhom komunikazzjoni dwar l-ammont dovut, mix-xerrejja jew mill-produtturi fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew</P></ITEM><ITEM><P>f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fit-termini previsti, li kienet iskritta fir-reġistru u, eventwalment, irkuprata permezz ta’ eżekuzzjoni forzata mingħand dawk ix-xerrejja jew produtturi,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għas-snin ikkonċernati, b’mod partikolari tal‑Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE> li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="405" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 405, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal‑Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391), tal-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif ukoll, fir-rigward tad- dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/1993 tad-<DATE ISO="19930309">9 ta’ Marzu 1993</DATE> li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u prodotti mill-ħalib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="057" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1993">ĠU 1993, L 57, p. 12</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 tad-<DATE ISO="20010709">9 ta’ Lulju 2001</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 3950/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104), kif ukoll, fl-aħħar lok, tal-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 tat-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE> li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament Nru 1788/2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 43, p. 333), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006 tal-<DATE ISO="20061004">4 ta’ Ottubru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="274" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 274, p. 6</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 595/2004<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-ewwel premessa tar-Regolament Nru 3950/92, l-iskema ta’ imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>għandha bħala għan li tnaqqas l-iżbilanċ bejn l-offerta u t-talba għal ħalib u prodotti mill-ħalib u l-eċċessi strutturali bħala riżultat ta’ dan, […] tibqa’ neċessarja fil-futur sabiex ikun hemm ekwilibriju aħjar tas-suq<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L‑Artikolu 1 tar-Regolament Nru 3950/92 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Matul seba’ perijodi konsekuttivi ġodda ta’ tnax-il xahar li jibdew fl-<DATE ISO="19930401">1 ta’ April 1993</DATE>, hija stabbilita imposta addizzjonali fuq produtturi tal-ħalib tal-baqra fuq il-kwantitajiet ta’ ħalib jew ta’ ekwivalenti ta’ ħalib ikkunsinnati lil xerrej jew mibjugħa direttament għall-konsum matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni u li jaqbżu kwantità li għandha tiġi stabbilita.</ALINEA><ALINEA>L-imposta hija stabbilita għal 115 % tal-prezz indikattiv tal-ħalib.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-imposta hija dovuta fuq il-kwantitajiet kollha ta’ ħalib jew ta’ ekwivalenti ta’ ħalib ikkumerċjalizzati matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni u li jkunu jeċċedu kwantità waħda jew oħra tal-kwantitajiet previsti fl-Artikolu 3. Din tiġi maqsuma bejn il-produtturi li kkontribwixxew għall-eċċess.</ALINEA><ALINEA>Skont id-deciżjoni tal-Istat Membru, il-kontribuzzjoni tal-produtturi għall-ħlas tal-imposta dovuta hija stabbilita, kemm jekk assenjati mill-ġdid jew le kwantitajiet ta’ riferiment mhux użati, kemm fil-livell tax-xerrej skont l-eċċess li jeżisti wara t-tqassim, proporzjonalment mal-kwantitajiet ta’ riferiment li kull wieħed minn dawn il-produtturi jkollu, il-kwantitajiet ta’ riferiment mhux użati, kemm fil-livell nazzjonali skont l-eċċess tal-kwantità ta’ riferiment li kull wieħed minn dawn il-produtturi jkollu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 3950/92 ġie mħassar mill-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, permezz tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1788/2003. Il-premessa 5 ta’ dan l-aħħar regolament tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-taxxa għandha tkun stabbilita fuq livell disswassiv u għandha titħallas mill-Istati Membri jekk il-kwantità tar-referenza nazzjonali tkun inqabżet. L-Istat Membru, imbagħad, għandu jaqsam il-piż tal-ħlas fost il-prodotturi li jkunu wasslu biex jinqabeż il-limitu. F’rabta ma’ l-Istat Membru, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tagħhom tat-taxxa dovuta minħabba li dawn ikunu qabżu l-kwantità disponibbli tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L‑Għan<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal 11 il-perjodu konsekuttiv ta’ tnax-il xahar li jibdew mill-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> (minn hawnhekk ’il quddiem imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>il-perjodu ta’ tnax-il xahar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), qed tiddaħħal hawnhekk taxxa (minn hawnhekk ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>it-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) fuq il-ħalib tal-baqra u tal-prodotti mill-ħalib li jkunu tqiegħdu fis-suq matul il-perjodu ta’ tnax-il xahar ikkonċernat fi kwantitajiet iżjed mill-kwantitajiet ta’ referenza nazzjonali ffissati fl-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawn il-kwantitajiet għandhom jinqasmu bejn il-produtturi fi qbil ma’ l-Artikolu 6, li jiddistingwi bejn it-twassil u l-bejgħ dirett kif imfisser fl-Artikolu 5. Kull żejjed li jkun hemm fil-kwantità tar-referenza nazzjonali u t-taxxa li tirriżulta għandhom ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru fuq livell nazzjonali u fi qbil mal-Kapitlu 3, waqt li ssir differenza bejn it-twassil u l-bejgħ dirett.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali li hemm fl-Anness I għandhom ikunu stabbiliti mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni possibbli fid-dawl tas-sitwazzjoni ġenerali fis-suq u tal-kondizzjonijiet li jkun hemm f’uħud mill-Istati Membri.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1788/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il‑Ħlas tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli lejn il-Komunità għat-taxxa li tkun ġejja miż-żejjed tal-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali ffissati fl-Anness I, li jkunu ġew stabbiliti fuq livell nazzjonali u b’mod separat għat-twassil u l-bejgħ dirett. Qabel l-1 ta’ Ottubru wara l-perjodu ta’ tnax-il xahar ikkonċernat, dawn għandhom iħallsuha fi ħdan il-limitu ta’ 99 % ta’ l-ammont dovut fil-Fond Agrikolu Ewropew dwaril-Gwida u l-Garanzija (FAEGG).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-taxxa msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tħallset qabel id-data dovuta, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat tal-[FAEGG], il-Kummissjoni għandha tnaqqas somma li tkun daqsinsew għat-taxxa mhix imħallsa mill-avvanzi ta’ kull xahar fuq id-diżposizzjoni għan-nefqa li l-Istat Membru kkonċernat ikun għamel fis-sens ta’ l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414] […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha twaqqaf l-arranġamenti għat-tħaddim ta’ dan l-Artikolu fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23(2).<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Kontribuzzjoni tal-produtturi għat-taxxa dovuta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>I-taxxa għandha tkun allokata kollha kemm hi, fi qbil mad-diżposizzjonijiet ta’ l-Artikli 10 u 12, bejn il-produtturi li jkunu wasslu biex ikun hemm iż-żejjed fil-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(2).</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 12(1) u f’rabta ma’ l-Istat Membru, il-produtturi għandhom ikunu responsabbli għall-ħas tal-kontribuzzjoni tagħhom tat-taxxa dovuta. Din għandha tinħadem fi qbil mad-diżposizzjonijiet tal-Kapitlu 3, minħabba li dawn ikunu qabżu l-kwantitajiet tar-referenza disponibbli tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1788/92 ġie mħassar permezz tal-Artikolu 201(1)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007 mill-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-aħħar regolament jirreoglaw is-sistema ta’ limitazzjoni tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib li tapplika, skont l-Artikolu 204(2)(f) tiegħu, mill-<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>. Il-premessa 38 tal-imsemmi regolament tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-imposta għaż-żejjed għandha tiġi ffissata f’livell dissważiv u għandha titħallas mill-Istati Membri hekk kif tinqabeż il-kwota kwantità nazzjonali. L-Istat Membru imbagħad għandu jaqsam il-piż tal-ħlas fost il-produtturi li jkunu kkontribixxew għall-ammont żejjed. Dawk il-produtturi għandhom ikunu responsabbli vis-à-vis l-Istat Membru għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta minħabba l-fatt li jkunu qabżu l-ammont disponibbli tagħhom. L-Istati Membri għandhom iħallsu lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) l-imposta li tikkorrispondi għall-ammont żejjed tal-kwota nazzjonali tagħhom, imnaqqsa b’ammont ta’ rata fissa ta’ 1 % sabiex jittieħed kont ta’ każijiet ta’ falliment jew ta’ inabbiltà definittiva ta’ ċerti produtturi li jagħmlu l-kontribut tagħhom għall-ħlas ta’ l-imposta dovuta.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L‑Artikolu 78 tar-Regolament Nru 1234/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Imposta għaż-żejjed<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="078.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha titħallas imposta għaż-żejjed fuq il-ħalib u prodotti oħra tal-ħalib ikkummerċjalizzati li jaqbżu l-kwota nazzjonali kif stabbilit skond is-Subtaqsima II.</ALINEA><ALINEA>L-imposta għandha tkun stabbilita, għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib, f’EUR 27,83.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli lejn il-Komunità għall-imposta għaż-żejjed li tirriżulta mill-kwantitajiet maqbużin tal-kwota nazzjonali, iddeterminata nazzjonalment u separatament għal provvisti u bejgħ dirett, u bejn is-16 ta’ Ottubru u t-30 ta’ Novembru wara l-perijodu ta’ 12-il xahar kkonċernat, għandhom iħallsuha 99 % ta’ l-ammont dovut, lill-FAEG.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="078.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-imposta għaż-żejjed prevista fil-paragrafu 1 ma tħallsitx qabel id-data dovuta u wara konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Fondi Agrikoli, il-Kummissjoni għandha tnaqqas somma ekwivalenti għall-imposta għaż-żejjed mhux imħallsa mill-pagamenti ta’ kull xahar skond it-tifsira ta’ l-Artikoli 14 u 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha twissi lill-Istat Membru konċernat, li għandu jgħarraf il-pożizzjoni tiegħu fi żmien ġimgħa. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L‑Artikolu 79 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kontribut tal-produtturi għall-imposta għaż-żejjed dovuta<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-imposta għaż-żejjed għandha tkun allokata fis-sħiħ, skond l-Artikoli 77 u 80, fost il-produtturi li ikkontribwew għal kull waħda mill-kwantitajiet maqbużin tal-kwoti nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 66(2).</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 80(3) u 83(1), il-produtturi għandhom ikunu responsabbli fil-konfront ta’ l-Istati Membri għall-ħlas tal-kontribut tagħhom għall-imposta għaż-żejjed dovuta, ikkalkulata skond l-Artikoli 69, 70 u 80, għas-sempliċi raġuni li qabżu l-kwoti disponibbli tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L‑Artikolu 80 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Imposta għall-bilanċ favorevoli fuq il-kunsinni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fil-verżjoni tiegħu kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex titfassal id-dikjarazzjoni definittiva dwar l-imposta għaż-żejjed, il-kwantitajiet konsenjati minn kull produttur għandhom jiżdiedu jew jitnaqqsu sabiex jirriflettu kwalunkwe differenza bejn il-kontenut veru tax-xaħam u l-kontenut ta’ referenza tax-xaħam, permezz ta’ koeffiċjenti u fuq termini li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>Fil-livell nazzjonali, l-imposta għaż-żejjed għandha tiġi kkalkolata abbażi tas-somma tal-kunsinni, aġġustata f’konformità mal-ewwel subparagrafu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="080.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kontribut ta’ kull produttur għall-ħlas ta’ l-imposta għaż-żejjed għandu jkun stabbilit minn deċiżjoni ta’ l-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti mhux użata tal-kwota nazzjonali allokata għal kunsinni tkun ġiet jew ma tkunx ġiet riallokata, fi proporzjon tal-kwoti individwali ta’ kull produttur jew skond kriterji oġġettivi li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew f’livell nazzjonali abbażi ta’ l-ammont li fih ġiet maqbuża l-kwota ta’ kull produttur,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jew l-ewwel fuq il-livell tax-xerrej u minn hemm ‘il quddiem f’livell nazzjonali kif meħtieġ.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Fejn japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 78(1), l-Istati Membri, fl-istabbiliment tal-kontribut ta’ kull produttur għall-ammont tal-imposta li għandha titħallas minħabba l-applikazzjoni tar-rata ogħla msemmija f’dak is-subparagrafu, għandhom jiżguraw li dan l-ammont huwa kontribwit proporzjonalment mill-produtturi responsabbli skont il-kriterji oġġettivi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 1234/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Imposta għaż-żejjed fuq il-bejgħ dirett<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="083.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ bejgħ dirett, il-kontribut ta’ kull produttur għall-ħlas ta’ l-imposta għaż-żejjed għandu jkun stabbilit minn deċiżjoni ta’ l-Istat Membru, wara li kwalunkwe parti mhux użata tal-kwota nazzjonali allokata għall-bejgħ dirett tkun ġiet jew ma tkunx ġiet riallokata, fil-livell territorjali xieraq jew f’livell nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-bażi tal-kalkolu tal-kontribut tal-produttur għall-imposta għaż-żejjed dovuta fuq il-kwantità totali ta’ ħalib mibjugħ, trasferut jew użat għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib jew trasferut permezz ta’ kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="083.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ma għandu jittieħed kont ta’ l-ebda korrezzjoni marbuta mal-kontenut tax-xaħam għall-fini tat-tfassil tad-dikjarazzjoni definittiva dwar l-imposta għaż-żejjed.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="083.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tiddetermina kif u meta l-imposta għaż-żejjed għandha titħallas lill-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 536/93 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri ta’ kontroll kollha neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir tal-imposta fuq il-kwantitajiet ta’ ħalib u ta’ ekwivalenti ta’ ħalib ikkummerċjalizzati li jeċċedu kwantità waħda jew oħra tal-kwantitajiet previsti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istat Membru jivverifika fil-fatti l-eżattezza tal-kontabbiltà fir-rigward tal-kwantitajiet ta’ ħalib u ta’ ekwivalenti ta’ ħalib imqiegħda fis-suq u, għal dak l-iskop, għandu jikkontrolla t-trasport tal-ħalib matul il-ġbir fl-irziezet u għandu, b’mod partikolari, jikkontrolla:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għand ix-xerrejja […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għand il-produtturi […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1392/2001, skont l-Artikoli 16(1) u 17, issostitwixxa r-Regolament Nru 536/93 b’effett mill-<DATE ISO="20020331">31 ta’ Marzu 2002</DATE>. L‑Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1392/2001, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Kontroll mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li l-imposta fuq kwantitajiet ta’ ħalib u l-ekwivalenti tal-ħalib imqiegħda fis-suq in eċċess tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 hija mitluba sewwa u, fil-każ ta’ kunsinni, li hi taqa’ fuq il-produtturi kkonċernati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri neċessarji sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jivverifikaw każijiet ta’ abbandun totali jew parzjali ta’ produzzjoni tal-ħalib u/jew kwantitajiet ta’ referenza skond l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 meta d-disposizzjonijiet rilevanti tiegħu huma applikati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati huma konxji tal-penalitajiet kriminali u amministrattivi li huma responsabbli għalihom jekk huma jonqsu li jikkonformaw mar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 jew ma’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1392/2001 ġie mħassar, b’effett mill-<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, bir-Regolament Nru 595/2004, li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw, skont l-Artikolu 28 tiegħu, mill-perijodu 2004/2005. L‑Artikolu 15 ta’ dan l-aħħar regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Limitu ta’ żmien għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, ix-xerrejja u, fil-każ ta’ bejgħ dirett, il-produtturi responsabbli għall-imposta għandhom iħallsu l-awtorità kompetenti l-ammont dovut skond ir-regoli stabbiliti mill-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-limitu ta’ żmien għall-ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 mhuwiex imħares, is-somom dovuti għandhom jgħaddu mgħax ta’ kull sena bir-rati ta’ referenza applikabbli fl-1 ta’ Ottubru kull sena, kif imsemmi f’L-Anness II, biż-żjieda ta’ punt persentaġġ.</ALINEA><?PAGE NO="7"?><ALINEA>L-imgħax għandu jitħallas lill-Istat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw lill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 flimkien man-nefqa ddikjarata fir-rigward ta’ Settembru ta’ kull sena l-iktar tard.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 595/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Ħlas ta’ l-imposta<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-imposta tkun iddebitata b’mod korrett u li jaqa’ fuq il-produtturi li kkontribwew għall-eċċess.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20030716">16 ta’ Lulju 2003</DATE>, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2003/530/KE dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni ta’ għajnuna li r-Repubblika Taljana beħsiebha tagħti lill-produtturi ta’ ħalib tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="184" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2003">ĠU 2003 L 184, p. 15</REF.DOC.OJ>), abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) KE, li sar it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE. Il-premessi 2 sa 5 kif ukoll 7 u 8 ta’ din id-deċiżjoni jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>(2)</NO.P><TXT>Produtturi tal-ħalib Taljani pproduċew ħalib li qabeż il-kwantitajiet ta’ referenza tagħhom matul il-perijodu mill-1995/1996 sal-2001/2002 u huma obbligati jħallsu lill-Komunità ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1386475250</FT> skont imposta addizzjonali fuq il-ħalib u prodotti mill-ħalib stabbilita f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3950/92.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Dan l-ammont ma kienx irkuprat fil-parti l-kbira tiegħu mill-awtoritajiet Taljani wara sospensjonijiet ta’ ħlas miksuba minn dawn il-produtturi minn qrati amministrattivi nazzjonali.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni attwali fl-Italja hija kkaratterizzata mill-fatt li l-ġbir tal-imposta addizzjonali għaddej minn sensiela ta’ diffikultajiet, li b’mod partikolari ġabu magħhom numru kbir ta’ kawżi pendenti li jistgħu jkomplu jdewmu ħlasijiet attwali għal żmien kunsiderevoli fil-futur.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Taljani beħsiebhom jieħdu miżuri għal soluzzjoni ta’ dan il-kontenzjuż u li jneħħu t-tensjonijiet soċjali li jeżistu bħalissa billi jippermettu lil dawn il-produtturi tal-ħalib biex iħallsu d-dejn pendenti tagħhom permezz ta’ ħlas iddifferit mingħajr interessi tul numru ta’ snin.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex jiġu evitati problemi simili fil-futur, il-Gvern Taljan beħsiebu minn issa ’l quddiem japplika bir-reqqa l-imposta addizzjonali abbażi ta’ liġi ġdida relatata mal-ġestjoni fil-futur ta’ kwoti tal-ħalib, billi jipprevedi reviżjoni u modernizzazzjoni radikali tad-dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha. Skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, il-liġi inkwistjoni tikkostitwixxi bażi leġiżlattiva tajba għall-applikazzjoni tal-iskema u għandha, minn meta tiġi għalkollox u korrettament implementata, tippermetti l-funzjonament tajjeb tal-iskema.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Biex tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piżijiet finanzjarji kbar fuq il-produtturi tal-ħalib individwali Taljani kkonċernati, li probabbilment jiġu kkawżati bl-irkupru sħiħ immedjat tal-ammonti dovuti kollha, u, b’hekk, sabiex jitnaqqsu t-tensjonijiet soċjali eżistenti, jeżistu ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li titqies l-għajnuna li r-Repubblika Taljana beħsiebha tagħti lil dawn il-produtturi tal-ħalib fil-forma ta’ ħlas bil-quddiem u pagament iddifferit bħala kompatibbli mas-suq komuni, b’deroga mill-Artikolu 87 tat-Trattat, jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L‑Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>L-għajnuna li r-Repubblika Taljana beħsiebha tagħti lil produtturi tal-ħalib, billi hija stess tħallas lill-Komunità l-ammont dovut minnhom lill-Komunità permezz tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib u prodotti mill-ħalib għall-perijodu mill-1995/1996 sal-2001/2002, u billi dawn il-produtturi jitħallew iħallsu d-dejn tagħhom fil-forma ta’ ħlas iddifferit mingħajr interessi, imqassam fuq numru ta’ snin, b’mod eċċezzjonali hija meqjusa kompatibbli mas-suq komuni, kemm-il darba:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ammont jitħallas lura kollu, b’rata annwali u tal-istess daqs,</P></ITEM><ITEM><P>il-perijodu tal-ħlas lura ma jkunx iktar minn 14-il sena, li jibda jiddekorri mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li rċeviet informazzjoni dwar l-insuffiċjenza tas-somom miġbura fl-Italja fid-dawl tal-imposta addizzjonali dovuta mill-produtturi ta’ ħalib tal-baqra, il-Kummissjoni qieset li r-Repubblika Taljana ma kinitx issodisfat l-obbligi tagħha li kienu jikkonsistu li tqassam integralment bejn il-produtturi li kienu kkontribwixxew għal kull eċċess tal-kwantitajiet ta’ riferiment nazzjonali l-imposta addizzjonali dovuta individwalment minnhom, li tikkalkola d-dejn individwali korrispondenti, li tikkontrolla l-ħlas effettiv ta’ dan id-dejn mill-persuni kkonċernati u, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, li tirkupra s-somom dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sensiela ta’ skambji ta’ ittri bejn ix-xahar ta’ Lulju 2008 u dak ta’ Lulju 2012, essenzjalment fil-kuntest ta’ proċedura ta’ EU Pilot, is-servizzi tal-Kummissjoni indirizzaw talbiet għal informazzjoni lill-Gvern Taljan dwar l-istat ta’ progress tal-ikrupru ta’ din l-imposta addizzjonali fuq il-ħalib. It-talbiet tal-Kummissjoni kienu jirrigwardaw, b’mod partikolari, it-tqassim tal-imposta addizzjonali bejn il-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u l-miżuri meħuda għall-irkupru f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, l-effett tal-emendi leġiżlattivi introdotti dwar l-effikaċja tal-irkupru tal-imposta addizzjonali kif ukoll il-proċeduri amministrattivi ta’ rkupru u l-ġestjoni tal-kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Billi ma kinitx issodisfatta bit-tweġibiet miġjuba mill-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni intimat formalment lir-Repubblika Taljana permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130621">21 ta’ Ġunju 2013</DATE>, billi stednitha sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward. Dan l-Istat Membru wieġeb permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130923">23 ta’ Settembru 2013</DATE>, flimkiem ma’ tliet ittri addizzjonali tat-<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE> kif ukoll tal-21 ta’ Jannar u tas-<DATE ISO="20140207">7 ta’ Frar 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni, fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>l-istaġnazzjoni persistenti tal-proċeduri ta’ rkupru u tal-importanza tal-ammonti li kienu għadhom dovuti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fl-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, ħarġet opinjoni motivata kontra r-Repubblika Taljana u stiednet lil dan l-Istat Membru sabiex jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ din l-opinjoni f’terminu ta’ xahrejn li kien jiddekorri mar-riċezzjoni tagħha. Billi l-Gvern Taljan kien talab li jibbenefika minn terminu addizzjonali għal tweġiba, il-Kummissjoni laqgħet din it-talba li kienet tippermettilu jippreżenta t-tweġiba tiegħu sal-<DATE ISO="20141011">11 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20141013">13 ta’ Ottubru 2014</DATE>, ikkompletata fit-22 ta’ Ottubru u fil-<DATE ISO="20141125">25 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-Repubblika Taljana wieġbet għall-ilmenti mqajma fl-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi l-argument tal-awtoritajiet Taljani ma kkonvinċiex lill-Kummissjoni, din tal-aħħar iddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li, fil-konklużjonijiet tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għas-snin ikkonċernati, u b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> dispożizzjonijiet previsti fil-punt 1 ta’ din is-sentenza. Madankollu, fil-parti introduttiva ta’ dan ir-rikors u fil-punt 2 tiegħu, il-Kummissjoni telenka, mingħajr ma tirreferi ruħha għat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> id-dispożizzjonijiet differenti tad-dritt tal-Unjoni li huma s-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu lmentat. Minbarra dan, ma jirriżultax minn dan ir-rikors li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tinkludi fir-rikors tagħha dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni ħlief dawk li huma previsti, b’mod espliċitu, fil-punt 1 ta’ din is-sentenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talbiet tar-rikors għandhom jinftehmu fis-sens li jirreferu biss għal dawn l-aħħar dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ppreċiżat li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni jirrigwarda l-ommissjoni tar-Repubblika Taljana li tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ ċerti obbligi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni u li huma relatati mal-iskema tal-imposta addizzjonali dwar il-produzzjoni ta’ ħalib li seħħet li taqbeż il-kwota nazzjonali li dan l-Istat Membru għandu. Il‑Kummissjoni tikkritika lil dan l-Istat Membru li ma stabbilixxiex skema li tiggarantixxi li l-imposta addizzjonali dovuta fil-livell nazzjonali tkun effettivament allokata lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mħallsa minn dawn tal-aħħar jew, fin-nuqqas ta’ ħlas, irkuprata mill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu t-talbiet tar-rikors ma jsemmux ammonti speċifiċi li għalihom in-nuqqas ta’ rkupru kien ta lok matul is-snin ta’ tassazzjoni differenti, u lanqas ammont globali li jkopri s-snin ta’ tassazzjoni previsti kolllha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Isegwi li ma huwiex neċessarju li jiġi ddeterminat, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, jekk l-ammont totali tal-imposti addizzjonali li jkunu għadhom ma ġewx irkuprati jikkorrispondi mas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1343</FT> miljun, kif dan jirriżulta mis-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni, jew mas-somma ta’ EUR 827.39 miljun, skont ir-Repubblika Taljana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, minkejja d-diverġenzi ta’ opinjoni bejn il-partijiet fir-rigward tal-ammonti diġà rkuprati u dawk li kienu għadhom iridu jiġu rkuprati, hemm lok li jiġi kkonstatat li, fid-data tal-11 ta’ Ottoubru 2014, imsemija fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, jiġifieri iktar minn 18-il sena wara t-tmiem tal-ewwel sena ta’ tassazzjoni tal-imposta addizzjonali fl-Italja u iktar minn 5 snin wara l-aħħar sena, l-awtoritajiet Taljani kienu għadhom ma rkuprawx l-ammonti kunsiderevoli dovuti fid-dawl tal-imposta addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet li għandu jiġi eżaminat ir-rikors preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, fid-data tal-<DATE ISO="20141011">11 ta’ Ottubru 2014</DATE>, jiġifieri dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, li fiha terminu addizzjonali ta’ xahar ġie miżjud, ir-Repubblika Taljana ma kinitx stabbilixxiet skema effettiva li kienet tippermettilha li tirkupra l-ammonti dovuti fid-dawl tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib għas-snin 1995/1996 sa 2008/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il‑Kummissjoni tqis li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tqassam u li tirkupra integralment, b’diliġenza u fil-pront, l-imposta addizzjonali bejn il-produtturi li kkontribwixxew għal kull eċċess fil-kwantitajiet ta’ riferiment nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tibbaża ruħha, b’mod partikolari, fuq il-ġurisprudenza li ħarġet mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990121">21 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑54/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:11">EU:C:1999:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0177">177</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li kienet tgħid li huma l-Istati Membri, skont l-obbligu ta’ diliġenza ġenerali li jinsab fl-Artikolu 4(3) TUE, li għandhom jirkupraw fil-pront is-somom dovuti skont l-imposta addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, hija tqis li ċ-ċirkustanza li l-ammonti dovuti skont l-imposta addizzjonali fuq il-ħalib huma daqstant għolja, hekk kif dan jirriżulta mill-punt 29 ta’ din is-sentenza, tirriżulta min-negliġenzi proprji tar-Repubblika Taljana u mill-assenza ta’ effettività tal-iskema stabbilita minn dan l-Istat Membru sabiex jiżgura l-allokazzjoni u l-irkupru ta’ din l-imposta fit-territorju tiegħu matul il-perijodu previst fir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, fl-ewwel lok, l-implementazzjoni fid-dritt nazzjonali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ġiet eċċessivament konfuża, li kien ħoloq dewmien konsegwenti fl-applikazzjoni tal-iskema nazzjonali tal-imposta addizzjonali kif ukoll kontenzjuż sinjifikattiv. Konsegwentement, l-irkupru ta’ din l-imposta kien sar iktar diffiċli, b’mod partikolari minħabba sospensjonijiet ta’ ħlas li saru minn ċerti qrati nazzjonali taħt titolu kawtelatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika Taljana ma kinitx użat b’mod effikaċi l-mekkaniżmi amministrattivi li hija setgħet użat sabiex tirkupra s-somom dovuti skont l-imposta addizzjonali, b’mod partikolari l-iskema tal-kumpens. Fl-Italja, il-possibbiltà li jiġu kkumpensati s-somom dovuti f’dan ir-rigward u l-ammonti tal-għajnuna li għandhom jitħallsu fil-kuntest tal-politika agrikola komuni kienet ġiet introdotta b’mod ineffikaċi u tardiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi li għadhom fis-seħħ jostakolaw l-implementazzjoni tal-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-proċeduri ta’ rkupru kienu għal parti kbira blokkati sa mid-dħul fis-seħħ ta’ ċerti emendi leġiżlattivi introdotti matul is-sena 2003, minħabba l-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni jew ta’ ftehimiet konvenzjonali bejn l-awtoritajiet u l-kollettivitajiet ikkonċernati neċessarji sabiex jerġgħu jiġu applikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni tesponi li, minħabba żbalji mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali inkarigati milli jwettqu l-irkupru tal-imposta addizzjonali u minħabba diversi emendi magħmula għall-proċedura ta’ rkupru, ir-Repubblika Taljana stess irrikonoxxiet li tinsab quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ostakolu sostanzjali fil-qasam ta’ rkupru<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. F’dan ir-rigward din l-istituzzjoni tippreċiża li ammonti pagabbli kienu ġew ikkunsidrati, b’mod żbaljat, bħala li ma setgħux jiġu rkuprati, li kien ukoll dgħajjef l-effettività ta’ dan l-irkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bħala tweġiba, ir-Repubblika Taljana ssostni, minn naħa, li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE jikser, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, il-prinċipji <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, ta’ proporzjonalità u ta’ speċjalità. Hija ssostni, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova li r-Repubblika Taljana kisret l-obbligi tagħha fil-kuntest tal-allokazzjoni u tal-irkupru tal-imposta addizzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Hemm lok li jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 3950/92, l-imposta addizzjonali stabbilita mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament tinqasam bejn il-produtturi li kkontribwixxew għall-eċċess tal-kwantitajiet ta’ riferiment. Tali tqassim tal-imposta addizzjonali huwa previst ukoll mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1788/2003 kif ukoll mill-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament Nru 1234/2007.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 536/93, l-Artikoli 11(1) u (2) tar-Regolament Nru 1392/2001 kif ukoll l-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament Nru 595/2004, l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-imposta, inklużi l-interessi dovuti f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ ħlas, tkun korrettament miġbura u effettivament imqassma bejn il-produtturi li kkontribwixxew għall-eċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, skont ġurisprudenza stabbilita sew, huma l-Istati Membri, skont l-obbligu ta’ diliġenza ġenerali li jinsab fl-Artikolu 4(3) TUE, kif ippreċiżat mir-regolamenti tal-Unjoni fil-qasam, li għandhom jieħdu l-miżuri intiżi sabiex jirrimedjaw l-irregolaritajiet fil-pront. Fil-fatt, wara li jgħaddi ċertu terminu, it-tqassim u l-irkupru tal-imposta addizzjonali jirriskjaw li jsiru kumplikati jew li jsiru impossibbli, minħabba ċerti ċirkustanzi, bħal, b’mod partikolari, il-waqfien ta’ attivitajiet jew it-telf ta’dokumenti ta’ kontabbiltà (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901011">11 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>L‑Italja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:353">EU:C:1990:353</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990121">21 ta’ Jannar 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑54/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:11">EU:C:1999:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0177">177</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-oneru tal-prova fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, hija l-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat. Għalhekk hija għandha tipproduċi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi neċessarji għall-verifika minnha tal-eżistenza ta’ dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:61">EU:C:2016:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Meta l-Kummissjoni tkun ipproduċiet biżżejjed provi li juru ċerti fatti li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru konvenut, huwa dan li għandu jikkontesta b’mod sostanzjali u fid-dettall l-informazzjoni hekk kif ippreżentata u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Portugall</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:61">EU:C:2016:61</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni esponiet fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha b’mod ċirkostanzjali u ddettaljat il-punti fattwali, li, skont din l-istituzzjoni, taw lok għan-negliġenzi u għan-nuqqasijiet li huma s-suġġett tal-ilmenti li hija takkuża lir-Repubblika Taljana bihom. Barra minn hekk, u mingħajr ma hija kkontestata f’dan ir-rigward minn dan l-Istat Membru, il-Kummissjoni osservat li dawn il-punti fattwali fil-parti l-kbira joriġinaw mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani fil-kuntest tal-korrispondenza tagħhom u huma essenzjalment ikkonfermati minn opinjonijiet tal-Corte dei conti (il-Qorti tal-Awdituri, l‑Italja) kif ukoll minn kummissjonijiet ta’ investigazzjoni governattivi u parlamentari ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanza li s-somom dovuti fir-rigward tal-imposta addizzjonali, bħal dawk imsemmija fil-punt 29 ta din is-sentenza, setgħu jakkumulaw matul perijodu daqstant twil, mingħajr ma l-awtoritajiet kompetenti qatt waslu sabiex inaqqsuhom b’mod sostenibbli, jidher li dawn l-awtoritajiet ma ħadux il-miżuri neċessarji sabiex josservaw l-obbligi tagħhom skont dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jinsabu fit-talbiet tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni pproduċiet biżżejjed provi li juru r-realtà tal-fatti li tibbaża fuqhom fir-rikors tagħha sabiex turi li r-Repubblika Taljana kisret l-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet. Konsegwentement, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 44 ta’ din is-sentenza, għandhom jiġu eżaminati l-motivi ta’ difiża ppreżentati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana, filwaqt li tammetti li jeżisti obbligu, skont id-dritt tal-Unjoni, li ssir l-allokazzjoni u, skont il-każ, l-irkupru tal-imposta addizzjonali, issostni, l-ewwel nett, li dan l-obbligu huwa obbligu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ta’ motivi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u mhux ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>riżultat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li l-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova tan-nuqqas ta’ osservanza tiegħu mill-awtoritajiet Taljani.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan l-argument, ir-Repubblika Taljana tinvoka l-punt 36 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011113">13 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:603">EU:C:2001:603</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet li l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1546/88 tat-<DATE ISO="19880603">3 ta’ Ġunju 1988</DATE> li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali prevista fl-Artikolu 5 <HT TYPE="ITALIC">quater</HT> tar-Regolament (KE) Nru 804/68 (JO 1988, L 139, p. 12), li skont dan l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-ġbir tal-imposta addizzjonali, stabbilixxa obbligu ta’ motivi u mhux obbligu ta’ riżultat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Hija tqis, għalhekk, li l-uniku fatt li parti mis-somom relatati mal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib ma ġietx irkuprata ma jistax ikun biżżejjed sabiex jiġi konkluż li jeżisti n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu akkużat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidher li l-argument żviluppat mir-Repubblika Taljana jwassal għal qari żbaljat tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Fil-fatt, permezz tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha billi ma ħaditx, hekk kif ġie rrilevat fil-punt 27 ta din is-sentenza, il-miżuri neċessarji sabiex jiġi ggarantit li l-imposta addizzjonali fuq il-ħalib tiġi allokata lill-produtturi kkonċernati u, skont il-każ, irkuprata mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, is-suġġett ta’ dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma jirrigwardax il-fatt li dan l-Istat Membru ma kienx irkupra s-somom dovuti kollha skont din l-imposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Taljana ma tistax, minħabba dan il-fatt, teżenta ruħha min-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li hija akkużat bih billi ssostni li hija ħadet miżuri li ppermettewlha tirkupra parti mis-somom dovuti fir-rigward tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalkemm ir-Repubblika Taljana tiddedika parti kbira mis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha għad-deskrizzjoni ddettaljata tal-kuntest ġuridiku nazzjonali relatat mat-tqassim u mal-irkupru tal-imposta addizzjonali u tal-emendi tiegħu, hija madankollu ma tipproduċix elementi preċiżi ta’ natura li jikkontestaw in-nuqqas ta’ funzjonament sostnut mill-Kummissjoni jew sabiex turi li hija, konformement mal-obbligu ta’ diliġenza tagħha, implementat fil-ħin sistema effettiva li tippermettilha tirkupra l-ammonti kkonċernati skont ir-regolamenti ċċitati mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi miċħud l-argument relatat ma’ allegat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>obbligu ta’ motivi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bħala ineffettiv. Fil-fatt, skont il-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-punti 45 sa 47 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Taljana ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiggarantixxi fil-pront l-allokazzjoni tal-imposta għall-produtturi tal-ħalib ikkonċernati u l-irkupru effikaċi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Sussegwentement ir-Repubblika Taljana ssostni li l-bidliet kunsiderevoli tal-kuntest leġiżlattiv tal-Unjoni dwar l-imposta addizzjonali fuq il-ħalib ikkontribwixxew sostanzjalment għad-diffikultajiet leġiżlattivi u amministrattivi li rriżultaw fil-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, anki jekk jiġi preżuppost li l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imposta fuq il-ħalib tat lok għal diffikultajiet kunsiderevoli fil-livell nazzjonali, xorta jibqa’ l-fatt li, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja repetutament iddeċidiet, Stat Membru ma jistax jeċċepixxi dispożizzjonijiet, prattiki jew sitwazzjonijiet tal-ordinament ġuridiku intern tiegħu sabiex jiġġustifika n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Greċja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:161">EU:C:2017:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minbarra dan, għalkemm ir-Repubblika Taljana tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-imposta addizzjonali fuq il-ħalib kienet ipprekludiet, min-natura tagħha, l-allokazzjoni u, skont il-każ, l-irkupru ta’ din l-imposta, fil-pront u b’mod effikaċi, kien permissibbli għal dan l-Istat Membru li jippreżenta rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-finijiet ta’ stħarriġ ta’ legalità tal-miżuri kkonċernati tal-Unjoni. Issa, fuq il-perijodu kkontestat kollu, li jkopri iktar minn tnax-il sena, ebda rikors f’dan<?PAGE NO="13"?> is-sens ma ġie ppreżentat mir-Repubblika Taljana. Barra minn hekk, iċ-ċirkustanza li l-iskema tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib kienet tat lok għal diffikultatjiet legali u politiċi fil-livell tal-Unjoni, u li din l-iskema finalment ġiet issostitwita, bl-ebda mod ma jiġġustifika li l-Istati Membri ma jiħdux il-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw l-effettività tagħha fil-livell nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward iktar partikolarment tad-Deċiżjoni 2003/530, li minnha r-Repubblika Taljana tiddeduċi li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ma setax jadotta din id-deċiżjoni kieku hija kienet f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat li l-Kunsill, permezz ta’ din id-deċiżjoni, illimita ruħu sabiex japprova l-miżuri ta’ għajnuna ddestinati sabiex jiffaċilitaw il-ħlas tal-imposta addizzjonali mill-prodotturi tal-ħalib ikkonċernati, mingħajr ebda evalwazzjoni tas-sitwazzjoni hekk kif kienet tippreżenta ruħha fid-data tal-adozzjoni tagħha fl-Italja. Minbarra dan, permezz tad-Deċiżjoni 2003/530, il-Kunsill impliċitament ikkonferma l-obbligu li kellu dan l-Istat Membru li jiżgura l-ħlas tal-imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib u indika, hekk kif dan jirriżulta mill-premesa 7 ta’ din id-deċiżjoni, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>il-Gvern Taljan [kien beħsiebu] minn issa ’l quddiem japplika bir-reqqa l-imposta addizzjonali abbażi ta’ liġi ġdida<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-argument tar-Repubblika Taljana dwar l-osservanza tal-obbligi tagħha fil-qasam ta’ allokazzjoni u ta’ rkupru eventwali tal-imposta addizzonali fuq il-ħalib ma huwiex ta’ natura li jikkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandhom ukoll jiġu eżaminati l-argumenti tar-Repubblika Taljana li dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE jikser il-prinċipji <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, ta’ proporzjonalità u ta’ speċjalità. Hija ssostni li, sa fejn hija diġà ħallset lill-FAEGG is-somom relatati mal-imposta korrispondenti mal-eċċess tal-kwantità ta’ riferiment nazzjonali tagħha, konformement mal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 1788/2003 u, sussegwentement, mal-Artikoli 78 u 79 tar-Regolament Nru 1234/2007, dan ir-rikors jimplika li din tista’ mill-ġdid tiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>sanzjonata<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għan-nuqqas ta’ twettiq tal-istess obbligi relatati mal-allokazzjoni u, skont il-każ, għall-irkupru tal-imposta addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, hekk kif jirriżulta wkoll mill-premessa 5 tar-Regolament Nru 1788/2003 u mill-premessa 38 tar-Regolament Nru 1234/2007, id-dispożizzjonijiet iċċitati fil-punt preċedenti jimponu fuq ir-Repubblika Taljana obbligi different li, minn naħa, kienu jirrigwardaw il-ħlas tal-imposta addizzjonali lill-FAEGG fuq dan l-Istat Membru, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1788/2003 u tal-Artikolu 78(2) tar-Regolament Nru 1234/2007. Min-naħa l-oħra, dan l-Istat Membru huwa obbligat li jqassam l-imposta addizzjonali bejn il-produtturi tal-ħalib li kkontribwixxew għall-eċċess tal-kwoti nazzjonali u li jirkupraha, konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1788/2003 u mal-Artikolu 79 tar-Regolament Nru 1234/2007. Għalhekk, il-fatt li r-Repubblika Taljana eventwalment issodisfat l-ewwel minn dawn l-obbligi ma jipprekludix li hija tkun setgħet naqset milli twettaq it-tieni minn dawn l-obbligi li, waħdu, huwa s-suġġett ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Tali evalwazzjoni tapplika wkoll minħabba li l-argument tar-Repubblika Taljana jasal, b’mod definittiv, sabiex jikser l-iskop tal-imposta addizzjonali li jikkonsisti li l-produtturi tal-ħalib jiġu obbligati li josservaw il-kwantitajiet ta’ riferiment li ġew allokati lilhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040325">25 ta’ Marzu 2004</DATE>, <NAME.CASE>Cooperativa Lattepiù <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑231/00, C‑303/00 u C‑451/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:178">EU:C:2004:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Isegwi li l-argument tar-Repubblika Taljana dwar ksur tal-prinċipji <HT TYPE="ITALIC">ne bis in idem</HT>, ta’ proporzjonalità u ta’ speċjalità għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li, billi naqset milli tiżgura li l-imposta addizzjonali dovuta fuq il-produzzjoni li seħħet fl-Italja li taqbeż il-kwota nazzjonali, mill-ewwel sena ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) u sal-aħħar sena li fiha kienet ikkonstatata produzzjoni żejda fl-Italja (2008/2009),</TXT><?PAGE NO="14"?><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>kienet effettivament ġiet allokata lill-produtturi li kienu kkontribwixxew għal kull eċċess ta’ produzzjoni u</P></ITEM><ITEM><P>kienet tħallset fiż-żmien opportun, malli saritilhom komunikazzjoni dwar l-ammont dovut, mix-xerrejja jew mill-produtturi fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew</P></ITEM><ITEM><P>fejn l-imposta ma kinitx tħallset fit-terminu previst, li kienet iskritta fir-reġistru u, meta kien possibbli, irkuprata permezz ta’ eżekuzzjoni forzata mingħand dawk ix-xerrejja jew produtturi,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament Nru 3950/92, tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1788/2003, tal-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament Nru 1234/2007, kif ukoll, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 536/1993, tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament Nru 1392/2001, kif ukoll, fl-aħħar lok, tal-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament Nru 595/2004.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Taljana tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal‑Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi naqset milli tiżgura li l-imposta addizzjonali dovuta fuq il-produzzjoni li seħħet fl-Italja li taqbeż il-kwota nazzjonali, mill-ewwel sena ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) u sal-aħħar sena li fiha kienet ikkonstatata produzzjoni żejda fl-Italja (2008/2009),</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">kienet effettivament ġiet allokata lill-produtturi li kkontribwixxew għal kull eċċess ta’ produzzjoni u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">kienet tħallset fiż-żmien opportun, malli saritilhom komunikazzjoni dwar l-ammont dovut, mix-xerrejja jew mill-produtturi fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas fit-termini previsti, li kienet iskritta fir-reġistru u, eventwalment, irkuprata permezz ta’ eżekuzzjoni forzata mingħand dawk ix-xerrejja jew produtturi,</HT></P></ITEM></LIST></P><P><HT TYPE="BOLD">ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-<DATE ISO="19921228">28 ta’ Diċembru 1992</DATE> li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib, tal-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE> li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika), kif ukoll, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad-<DATE ISO="19930309">9 ta’ Marzu 1993</DATE> li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u prodotti mill-ħalib, tal-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 tad-<DATE ISO="20010709">9 ta’ Lulju 2001</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 3950/92, kif ukoll, fl-aħħar lok, tal-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 tat-<DATE ISO="20040330">30 ta’ Marzu 2004</DATE> li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament Nru 1788/2003, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006 tal-<DATE ISO="20061004">4 ta’ Ottubru 2006</DATE>.</HT></P></NP></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>