European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1597

15.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11320 — CISCO / SPLUNK)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1597)

1.   

Fis-7.2.2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cisco Systems, Inc. (“Cisco”, l-Istati Uniti tal-Amerika); kif ukoll

—

Splunk Inc. (“Splunk”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

Cisco se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Splunk kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Cisco tiżviluppa, timmanifattura, u tbigħ firxa wiesgħa ta’ prodotti u teknoloġiji tal-hardware u tas-software użati min-negozji globalment, inklużi n-networking, is-sigurtà, il-kollaborazzjoni, l-applikazzjonijiet, u l-offerti bbażati fuq il-cloud (eż. applikazzjonijiet u servizzi bbażati fuq il-cloud).

—

Splunk huwa bejjiegħ tas-software li jgħin lill-organizzazzjonijiet jimmonitorjaw il-prestazzjoni tas-sistemi diġitali tagħhom u jżommuhom siguri. Is-soluzzjonijiet ta’ sigurtà u osservabbiltà tal-intrapriżi ta’ Splunk jippermettu lill-klijenti tagħha jissimplifikaw id-detezzjoni, l-investigazzjoni, u r-rispons ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà u prestazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.11320 — CISCO / SPLUNK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta normali. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1597/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)