<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-124/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0124</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:316">EU:C:2018:316</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona — Kawża C‑124/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Vossloh Laeis</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20180516">16 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑124/17</HT></P><P>Vossloh Laeis GmbH</P><P>vs</P><P>Stadtwerke München GmbH</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vergabekammer Südbayern (Awla tal-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi 2014/24/UE u 2014/25/UE</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet ta’ esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-operatur ekonomiku li jikkoopera mal-awtorità kontraenti sabiex juri l-affidabbiltà tiegħu qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kalkolu tal-perijodu massimu ta’ esklużjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Operatur ekonomiku jista’ jiġi temporanjament eskluż mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jekk ikun wettaq imġiba li tinsab fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, dan il-perijodu ta’ esklużjoni jista’ jitnaqqas meta dan l-operatur juri lill-awtorità kontraenti li, minkejja l-azzjoni preċedenti tiegħu ta’ ksur, irriabilita ruħu b’suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Sabiex jagħti prova mill-ġdid tal-affidabbiltà tiegħu, il-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu jistabbilixxi, fost kundizzjonijiet oħra, li l-operatur ekonomiku għandu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>jiċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi jikkollabora b’mod attiv mal-<HT TYPE="ITALIC">awtoritajiet investigattivi</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Mingħajr enfasi fil-verżjoni oriġinali.</P></NOTE>. Parti kbira minn din il-kawża tikkonċerna l-interpretazzjoni ta’ din il-frażi tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Meta inkorpora d-Direttiva 2014/24 fid-dritt nazzjonali, il-leġiżlatur Ġermaniż ippreveda li din il-kollaborazzjoni għandha tkun mhux biss minn naħa tal-awtoritajiet investigattivi iżda wkoll mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Vergabekammer Südbayern (Awla tal-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja) tagħmel żewġ domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja bla preċedent:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Minn naħa, tixtieq tkun taf jekk ir-rekwiżit ta’ kollaborazzjoni (mal-awtorità kontraenti) miżjud mil-leġiżlatur intern huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, hija tistaqsi x’inhuwa d-<HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> tal-perijodu massimu (tliet snin ta’ esklużjoni) li jipprovdi l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24 meta, jekk ma jkun ġie stabbilit ebda terminu permezz ta’ sentenza definittiva, dan għandu jibda mid-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>data tal-avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 102 tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Madankollu, trid tingħata xi ftit konċessjoni għall-possibbiltà li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jadottaw miżuri ta’ konformità li għandhom l-għan li jirrimedjaw għall-konsegwenzi ta’ kwalunkwe reat kriminali jew kondotta skorretta u li jimpedixxu b’mod effettiv milli jkun hemm iżjed okkorrenzi tal-imġiba ħażina. Dawk il-miżuri jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari minn miżuri tal-persunal u organizzattivi bħall-qtugħ tar-rabtiet kollha ma’ persuni jew organizzazzjonijiet involuti fl-imġiba ħażina, miżuri xierqa ta’ riorganizzazzjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ rapportar u kontroll, il-ħolqien ta’ struttura ta’ verifika interna għall-monitoraġġ tal-konformità u l-adozzjoni ta’ regoli interni dwar ir-responsabbiltà u l-kumpens. Fejn tali miżuri joffru garanziji suffiċjenti, l-attur ekonomiku inkwistjoni ma għandux jibqa’ jiġi eskluż minħabba dawk ir-raġunijiet waħedhom. L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jiġu eżaminati l-miżuri ta’ konformità li ttieħdu bil-ħsieb li jiġu ammessi għall-proċedura ta’ akkwist [għoti ta’ kuntratti]. Madankollu, għandha titħalla f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kondizzjonijiet proċedurali u sostantivi eżatti applikabbli f’tali każijiet. Huma għandhom, b’mod partikolari, ikunu liberi li jiddeċiedu jekk jippermettux lill-awtoritajiet kontraenti individwali li jwettqu l-valutazzjonijiet rilevanti jew li jagħtu s-setgħa lil awtoritajiet oħra f’livell ċentrali jew deċentralizzat f’dak il-kompitu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Raġunijiet għall-esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku milli jipparteċipa fi proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti] fejn ikunu stabbilixxew, permezz ta’ verifika skont l-Artikoli 59, 60 u 61, jew huma b’xi mod ieħor konxji li dak l-operatur ekonomiku kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>korruzzjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>frodi […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, […] jew inċitazzjoni jew għajnuna jew tixwix jew tentattivi għal twettiq ta’ reat […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>it-tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin […].</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist [għoti ta’ kuntratti] fejn l-awtorità kontraenti tkun konxja li […] qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti […].</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jintalbu mill-Istati Membri biex jeskludu l-parteċipazzjoni tal-operatur ekonomiku minn proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti] meta l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz adegwat li […] qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.</ALINEA><ALINEA>Dan il-paragrafu ma għandux jibqa’ japplika meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali debiti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="057.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jeskludu mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti] kwalunkwe operatur ekonomiku fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi permezz ta’ kwalunkwe mezz adegwat ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn l-operatur ekonomiku jkun fallut jew huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn jinsab fi ftehim ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali tiegħu huma sospiżi jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi b’mezz adegwat li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja, li trendi l-integrità tiegħu dubjuża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità kontraenti ikollha indikazzjonijiet plawsibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal f’akkordji ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn li għandhom l-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>fejn konflitt ta’ interess skont it-tifsira tal-Artikolu 24 ma jistax jiġi rimedjat b’mod effettiv minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>fejn id-distorsjoni ta’ kompetizzjoni minħabba l-involviment ta’ qabel tal-operaturi ekonomiċi fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti], kif imsemmi fl-Artikolu 41, ma tistax tiġi rimedjata minn miżuri oħrajn inqas intrużivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ rekwiżit sostantiv taħt kuntratt pubbliku preċedenti, kuntratt preċedenti ma’ entità kontraenti jew kuntratt ta’ konċessjoni preċedenti li wassal għat-terminazzjoni antiċipata ta’ dan il-kuntratt preċedenti, penali jew sanzjonijiet komparabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>fejn l-operatur ekonomiku kien ħati ta’ rappreżentazzjoni qarrieqa serja fl-għoti tal-informazzjoni rikjesta għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew l-issodisfar tal-kriterji ta’ għażla, ikun żamm mistura tali informazzjoni jew ma jistax jissottometti id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa skont l-Artikolu 59; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>fejn l-operatur ekonomiku ikun ħa azzjoni biex jinfluwenza b’mod mhux adegwat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-awtorità kontraenti, biex jakkwista informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux adegwati fil-proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti] jew biex jagħti informazzjoni qarrieqa b’negliġenza li jista’ jkollha influwenza materjali fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-esklużjoni, l-għażla jew l-għoti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Irrispettivament mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jitolbu jew jistgħu jipprovdu għall-possibblità li l-awtorità kontraenti ma teskludix operatur ekonomiku li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak il-punt, fejn l-awtorità kontraenti tkun stabbilixxiet li l-operatur ekonomiku inkwistjoni jkun jista’ jwettaq il-kuntratt, b’teħid fil-kont tar-regoli u l-miżuri nazzjonali applikabbli dwar il-kontinwazzjoni tal-kummerċ fil-każ tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (b).</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="057.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kwalunkwe operatur ekonomiku li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed biex juru l-affidabbiltà tiegħu minkejja l-eżistenza ta’ raġuni rilevanti għall-esklużjoni. Jekk tali evidenza titqies bħala suffiċjenti, l-operatur ekonomiku kkonċernat ma għandux ikun eskluż mill-proċedura tal-akkwist [għoti ta’ kuntratti].</ALINEA><ALINEA>Għal dan il-għan, l-operatur ekonomiku għandu jagħti prova li hu ħallas jew impenja ruħu li jħallas kumpens fir-rigward ta’ kwalunkwe dannu maħluq mir-reat jew mill-kondotta ħażina tiegħu, li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u li ħa miżuri konkreti tekniċi, organizzattivi u tal-persunal li huma adegwati sabiex jipprevjenu reati jew kondotta ħażina ulterjuri.</ALINEA><ALINEA>Il-miżuri meħuda mill-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu evalwati b’kont meħud tal-gravità u ċ-ċirkostanzi partikolari tar-reat jew tal-kondotta ħażina. Fejn il-miżuri jitqiesu bħala mhux suffiċjenti, l-operatur ekonomiku għandu jirċievi dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.</ALINEA><ALINEA>Operatur ekonomiku li jkun ġie eskluż b’sentenza finali milli jipparteċipa fi proċeduri tal-għoti ta’ akkwist [kuntratti] jew ta’ konċessjoni ma għandux ikun intitolat li jagħmel użu mill-possibbiltà provduta taħt dan il-paragrafu matul il-perijodu ta’ esklużjoni li jirriżulta minn dik is-sentenza fl-Istati Membri fejn is-sentenza tkun daħlet fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="057.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Permezz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva u b’kont meħud għad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu. B’mod partikolari, huma għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 6, mill-operatur ekonomiku biex juri l-affidabbiltà tiegħu. Fejn il-perijodu ta’ esklużjoni ma jkunx ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali, dak il-perijodu ma għandux ikun itwal minn ħames snin mid-data tal-kundanna bis-sentenza finali fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 u tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/25/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist [l-għoti ta’ kuntratti] minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="243" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 243</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 77 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sistemi ta’ kwalifika<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="077.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-entitajiet kontraenti li jixtiequ dan jistgħu jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta’ kwalifika tal-operaturi ekonomiċi.</ALINEA><ALINEA>L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu jew iħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jiżguraw li fil-ħin kollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu kwalifika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="077.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sistema taħt il-paragrafu 1 tista’ tinvolvi stadji ta’ kwalifika differenti.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika u kriterji u regoli oġġettivi għat-tħaddim tas-sistema ta’ kwalifika, li jkopru suġġetti bħall-iskrizzjoni fis-sistema, l-aġġornar perijodiku tal-kwalifiki, f’każ li jkun hemm, u t-tul ta’ żmien tas-sistema.</ALINEA><ALINEA>Fejn dawk il-kriterji u r-regoli jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 60 sa 62. Il-kriterji u r-regoli jistgħu jiġu aġġornati kif meħtieġ.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 80 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="080.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika f’sistema ta’ kwalifika u r-regoli u l-kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u tal-għażla ta’ kandidati u offerenti fi proċeduri miftuħa, ristretti jew innegozjati, fi djalogi kompetittivi jew fi sħubijiet għall-innovazzjoni jistgħu jinkludu r-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti fih.</ALINEA><ALINEA>Fejn l-entità kontraenti tkun awtorità kontraenti, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>Jekk l-Istati Membri jesiġu dan, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom, barra minn hekk, jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali. Gesetz gegen Wettbewerbsbeschränkungen (Liġi kontra l-prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kif ippubblikata fis‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BGBl. I, p. 1750, 3245), kif emendata l-aħħar bil-Liġi tat‑<DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE> (BGBl. I, p. 2258). Iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>GWB<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></NOTE>.</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 124 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="124.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Filwaqt li josservaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu lil impriża milli tipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi fi kwalunkwe ħin meta:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>l-impriża tkun wettqet ksur serju kkonfermat, fil-qafas tal-attività tagħha, li jqiegħed l-integrità tagħha f’dubju; […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>l-awtorità kontraenti għandha elementi suffiċjentement plawżibbli sabiex tikkonkludi li l-impriża daħlet fi ftehimiet ma’ impriżi oħra li l-iskop jew l-effett tagħhom kien li l-kompetizzjoni tiġi mfixkla, ristretta jew distorta,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 125 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="125.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jeskludu impriża li tkun suġġetta għal kawża ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 123 jew l-Artikolu 124 milli tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti, jekk dik l-impriża tkun tat prova li:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>ħallset jew impenjat ruħha li tħallas kumpens għall-ħsara kkawżata mir-reat jew min-nuqqas,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ikkjarifikat b’mod sħiħ il-fatti u ċ-ċirkustanzi billi kkollaborat b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi u mal-awtorità kontraenti, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>adottat miżuri konkreti tekniċi u organizzattivi u fir-rigward tal-persunal li huma xierqa sabiex jipprevjenu li jkun hemm reat ġdid jew nuqqas ġdid.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 126:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Jekk impriża suġġetta għal kawża ta’ esklużjoni ma tkun ħadet ebda miżura jew miżuri suffiċjenti ta’ awtoriabilitazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 125 hija tista’:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>fil-każ tar-raġuni ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 123, tiġi eskluża milli tipparteċipa fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal perijodu massimu ta’ ħames snin mid-data tal-kundanna permezz tas-sentenza definittiva,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fil-każ tar-raġuni ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 124, tiġi eskluża milli tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal perijodu massimu ta’ tliet snin, mid-data tal-avveniment rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl‑2011 Stadtwerke München GmbH (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Stadwerke München<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) introduċiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sistema ta’ kwalifika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 77 tad-Direttiva 2014/25, li l-għan tagħha kien li tagħżel impriżi sabiex jipprovdulha materjal għal linji ferrovjarji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sussegwentement, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20161228">28 ta’ Diċembru 2016</DATE>, is-sistema ta’ kwalifika inkwistjoni ġiet itterminata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>, il-kumpannija Vossloh Laeis GmbH ġiet eskluża minn din is-sistema, minħabba li fid‑<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> l-Bundeskartellamt (l-Uffiċċju federali tal-akkordji, il-Ġermanja) kien imponilha multa talli għal diversi snin ipparteċipat f’akkordju attiv sar-rebbiegħa tal‑2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fost dawk effettwati ħażin mill-imġiba kollużiva tal-membri tal-akkordju kien hemm Stadtwerke München stess, li, għal din ir-raġuni, ressqet azzjoni ċivili kontra Vossloh Laeis, fejn talbet kumpens għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, Vossloh Laeis ma kkollaboratx mal-awtorità kontraenti sabiex tiċċara l-ksur tar-regoli fil-qasam tal-prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Wara l-iskoperta tal-akkordju fl‑2011, Vossloh Laeis ma kinitx indirizzat lill-awtorità kontraenti u lanqas ħadet xi inizjattiva sabiex tiċċara l-fatti fit-totalità tagħhom.</P></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><P>Kien biss fl‑2016 li waqfet tiċħad, quddiem l-awtorità kontraenti, il-parteċipazzjoni tagħha fil-prattiki kollużivi rilevanti, għalkemm iddikjarat li kienet ikkontestat id-deċiżjoni li timponi sanzjoni u ddeskriviet il-miżuri organizzattivi u tal-persunal adottati sabiex tiċċara l-fatti u tevita r-repetizzjoni tagħhom fil-futur. Hija żiedet li kienet ser tirrimborsa d-dannu kkawżat minħabba l-imġiba illeċita tagħha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu, Vossloh Laeis ma aċċettatx li tibgħat id-deċiżjoni li timponi sanzjoni lill-awtorità kontraenti sabiex tkun tista’ teżaminaha. Lanqas ma aċċettat li tikkoopera magħha sabiex tiċċara l-ksur imwettaq, peress li kienet tal-fehma li l-kooperazzjoni tagħha mal-awtorità għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni kienet biżżejjed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma tikkontestax (kif kien iddikjarat fid-deċiżjoni li timponi sanzjoni stess) li Vossloh Laeis kienet ikkollaborat b’mod kontinwu u mingħajr restrizzjonijiet mal-awtorità Ġermaniża għall-protezzjoni tal-kompetizzjoni matul il-proċedura quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-awtorità kontraenti qieset li l-ispjegazzjonijiet ta’ Vossloh Laeis ma wrewx li kienet ħadet miżuri suffiċjenti ta’ awtoriabilitazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 125 tal-GWB. Għal din ir-raġuni, fl‑<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>, hija informatha definittivament li kienet eskluża, b’effett immedjat, mis-sistema ta’ kwalifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Vossloh Laeis ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-Vergabekammer Südbayern (Awla tal-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern), li għamlet id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-domandi preliminari huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>a)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni ta’ Stat Membru li teżiġi li, sabiex jikseb awtoriabilitazzjoni, operatur ekonomiku għandu jikklarifika totalment il-fatti u ċ-ċirkustanzi relatati mar-reat jew man-nuqqas u d-dannu hekk ikkawżat, billi jikkollabora attivament, mhux biss mal-awtoritajiet investigattivi, iżda wkoll mal-awtorità kontraenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE għandu f’dan il-kuntest jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jikseb awtoriabilitazzjoni, l-operatur ekonomiku kkonċernat huwa fi kwalunkwe każ marbut li jinforma lill-awtorità kontraenti bil-fatti b’mod li jippermetti lil din tal-aħħar tevalwa jekk il-miżuri ta’ awtoriabilitazzjoni meħuda (miżuri tekniċi, organizzattivi u tal-persunal u kumpens għad-dannu) humiex xierqa u suffiċjenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fil-każijiet ta’ esklużjoni fakultattiva previsti fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, il-perijodu massimu ta’ esklużjoni jew it-terminu ta’ esklużjoni previst fl-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24/UE huwa ta’ tliet snin dekorribbli mill-avveniment rilevanti. B’<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> għandu wieħed jifhem it-twettiq tar-raġunijiet ta’ esklużjoni previsti fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE jew il-mument determinanti huwa dak meta l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni ċerta u konkreta dwar l-eżistenza tar-raġuni ta’ esklużjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-każ ta’ esklużjoni previst fl-Artikolu [57](4)(d) tad-Direttiva 2014/24/UE, meta operatur ekonomiku jipparteċipa f’akkordju, l-avveniment rilevanti kkonċernat fis-sens tal-Artikolu [57](7) tad-Direttiva 2014/24/UE huwa t-tmiem tal-parteċipazzjoni fl-akkordju jew il-ksib mill-awtorità kontraenti ta’ informazzjoni ċerta u konkreta dwar il-parteċipazzjoni f’akkordju?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-pożizzjoni tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn Vossloh Laeis, Stadtwerke München, il-Gvern Ġermaniż, il-Gvern Grieg, il-Gvern Ungeriż u l-Gvern Pollakk, kif ukoll mill-Kummissjoni, li, bl-eċċezzjoni ta’ Stadtwerke München u tal-Gvern Pollakk, dehru fis-seduta li saret fil‑<DATE ISO="20180221">21 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>B’mod preliminari, u għalkemm ebda waħda mill-partijiet ma qajmet dubju dwarha, wieħed għandu jiftakar li l-kwalifika tal-Vergabekammer Südbayern (Awla tal-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja) bħala qorti, skont it-tifsira tal-Artikolu 267 TFUE, ġiet irrikonoxxuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑<DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, Hörmann Reisen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑292/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:817">EU:C:2016:817</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-erba’ domandi magħmula f’din il-proċedura jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi. Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda għandu jiġi ċċarat jekk il-kollaborazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 (sabiex tingħata prova tal-affidabbiltà ta’ operatur ekonomiku suġġett għal xi waħda mir-raġunijiet ta’ esklużjoni previsti fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-artikolu) għandhiex tiġi pprovduta biss lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew anki lill-awtorità kontraenti, meta, f’dan il-każ tal-aħħar, dan ikun ipprovdut fir-regoli interni ta’ Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi li jifdal jikkonċernaw il-perijodu ta’ esklużjoni li jista’ jiġi suġġett għalih operatur ekonomiku li ma adottax il-miżuri ta’ awtoriabilitazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24. Speċifikament, għandu jiġi ċċarat liema huwa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-artikolu, bħala <HT TYPE="ITALIC">dies a quo</HT> tat-terminu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 (l-ewwel u t-tieni domandi)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sintesi tal-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Vossloh Laeis issostni li, billi teħtieġ kollaborazzjoni attiva mal-awtorità kontraenti, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża imponiet kundizzjoni addizzjonali fuq l-awtoriabilitazzjoni, peress li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 jirreferi biss għall-kollaborazzjoni attiva mal-awtoritajiet investigattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tagħha, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>awtorità investigattiva<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jirreferu, fid-dritt tal-Unjoni, għal atturi differenti, b’funzjonijiet differenti: fejn filwaqt li l-ewwel waħda tagħti kuntratti pubbliċi, it-tieni waħda għandha l-kompitu li tinvestiga reati jew, b’mod ġenerali, eventwali nuqqasijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Vossloh Laeis issostni li l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24 jagħmel distinzjoni bejn il-miżuri ta’ awtoriabilitazzjoni mwettqa mill-operatur ekonomiku, minn naħa, u l-prova tal-effettività tagħhom, min-naħa l-oħra. Ir-raġunament wara l-artikolu huwa li l-operatur ekonomiku għandu jadotta l-miżuri meħtieġa ta’ awtoriabilitazzjoni, u mbagħad, jekk jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi (kemm jekk ta’ għoti jew ta’ kwalifika minn qabel), għandu jagħti prova, quddiem l-awtorità kontraenti, li dawn il-miżuri kienu wasslu għal riżultati. Il-leġiżlatur Ġermaniż mar lil hinn minn din l-iskema billi rdoppja r-rekwiżit ta’ kollaborazzjoni, u għalhekk mar kontra d-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni meħuda minn Vossloh Laeis hija wkoll dik sostnuta, sostanzjalment, mill-Gvern Elleniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, skont Stadtwerke München, il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Ungeriż, il-fatt li l-leġiżlazzjoni Ġermaniża ma ttrasponietx il-kontenut tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 <HT TYPE="ITALIC">verbatim</HT> ma jikkawża ebda problema. Permezz taż-żieda tar-riferiment għall-awtorità kontraenti, ittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, fid-dritt Ġermaniż, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tista’ tiġi interpretata bħala li tirreferi biss għal dawk l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jinvestigaw reati. Sabiex tiġi evitata traspożizzjoni insuffiċjenti, kien essenzjali li din l-espressjoni tintuża fl-iktar sens wiesgħa tagħha, raġuni li wasslet sabiex il-leġiżlatur nazzjonali jispeċifika li l-operatur ekonomiku huwa obbligat li jikkollabora, fl-istess ħin, mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens strett u mal-awtorità kontraenti, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>awtorità investigattiva<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> f’sens inqas strett. Din tal-aħħar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tinvestiga<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> wkoll meta, skont l-Artikolu 57(5) u (6) tad-Direttiva 2014/24, teżamina jekk offerent huwiex suġġett għal kawża ta’ esklużjoni fakultattiva jew jissodisfax il-kriterji għall-awtoriabilitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Madankollu, waqt is-seduta, ir-rappreżentant tal-Gvern Ġermaniż ikkwalifika l-pożizzjoni inizjali tiegħu, fis-sens li, permezz tar-riferiment konġunt għall-awtoritajiet investigattivi u għall-awtorità kontraenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma hemmx l-intenzjoni li l-istess obbligu jiġi rduppjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għal Stadtwerke München, anki jekk kellu jitqies li l-estensjoni tad-dover ta’ kollaborazzjoni ma hijiex koperta mill-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jadottaw miżuri iktar stretti f’dan ir-rigward. Dan jirriżulta mill-ispirtu, mill-iskop u mill-funzjoni tar-raġunijiet ta’ esklużjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li s-soluzzjoni użata mil-leġiżlatur nazzjonali hija trasparenti u nondiskriminatorja. Barra minn hekk, id-direttiva ma tipprojbixxix espressament l-adozzjoni ta’ miżuri iktar stretti. Finalment, anki l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kontraenti fil-proċess ta’ awtoriabilitazzjoni hija neċessarja, peress li huma għandhom jivverifikaw jekk l-operaturi ekonomiċi għandhomx jiġu esklużi mill-proċedura u, jekk dan ikun il-każ, jivverifikaw ukoll il-miżuri awtokorrettivi li jkunu wettqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, għall-kuntrarju tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> użat fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>awtorità investigattiva<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> la ġie ddefinit minn din id-direttiva u lanqas mid-Direttiva 2014/25. Fl-opinjoni tagħha, għalkemm l-istess awtorità tista’ tintervjeni kemm bħala awtorità kontraenti kif ukoll bħala awtorità investigattiva, ma jidhirx li r-riferiment għal din tal-aħħar fl-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 jirreferi għall-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, l-interpretazzjoni sistematika tad-dispożizzjoni turi li, lil hinn mill-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet investigattivi, hemm ukoll id-dmir ta’ kollaborazzjoni mal-awtorità kontraenti, għalkemm ta’ natura differenti. Fi kwalunkwe każ, il-kollaborazzjoni maż-żewġ awtoritajiet ma għandhiex twassal għal irduppjar jew għal repetizzjoni tal-istess obbligi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni temmen ukoll li l-kooperazzjoni meħtieġa minn kull awtorità għandha l-karatteristiċi partikolari tagħha, jiġifieri, ma hijiex identika. L-għan segwit mill-awtoritajiet investigattivi meta jistabbilixxu l-proċeduri tagħhom (sabiex jidentifikaw ksur) huwa differenti mill-eżami li jsir mill-awtoritajiet kontraenti (sabiex jaċċertaw l-affidabbiltà ta’ operatur ekonomiku). Fl-ewwel każ, tiġi ddeterminata l-ħtija tal-partijiet involuti, fir-rigward ta’ avvenimenti tal-passat. Fit-tieni każ, jiġu analizzati r-riskji li jista’ jkun hemm, fil-futur, fl-għoti ta’ kuntratt pubbliku lil offerent speċifiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24 jinkludi sensiela ta’ raġunijiet ta’ esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Il-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi r-raġunijiet mandatorji (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) u l-paragrafu 4 jipprovdi dawk fakultattivi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fost ir-raġunijiet fakultattivi hemm l-imġiba kollużiva msemmija fl-ittra (d): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fejn l-awtorità kontraenti ikollha indikazzjonijiet plawsibbli biżżejjed biex tikkonkludi li l-operatur ekonomiku ikun daħal f’akkordji ma’ operaturi ekonomiċi oħrajn li għandhom l-għan li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, tista’ tirrifjuta l-parteċipazzjoni tiegħu f’waħda minn dawn il-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sakemm din l-iskwalifika ma tkunx ġiet deċiża permezz ta’ sentenza definittiva — f’liema każ, japplikaw id-dispożizzjonijiet tas-sentenza—, l-operatur ekonomiku inkwistjoni jista’ juża l-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24, jiġifieri, itemm il-perijodu normali ta’ esklużjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>It-tul massimu ta’ dan il-perijodu, skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24, fin-nuqqas ta’ sentenza definittiva li tkun stabbilietu, għandu jkun ta’ ħames jew tliet snin, skont il-każijiet previsti f’din id-dispożizzjoni.</P></NOTE> qabel ma jiskadi kompletament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sabiex jibbenefika minn din il-possibbiltà, l-operatur ekonomiku msemmi hawn fuq għandu juri li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>minkejja l-eżistenza ta’ raġuni rilevanti għall-esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24), l-imġiba sussegwenti tiegħu għamlitu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>affidabbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>juri l-affidabbiltà tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (ibid.), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jista’ jipprovdi evidenza, bil għan li l-miżuri meħudin mill-operatur ekonomiku jkunu biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (<HT TYPE="ITALIC">ibid</HT>.) għal dawn il-finijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Sabiex twettaq l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-affidabbiltà msemmija fid-dispożizzjoni, l-awtorità kontraenti għandha, neċessarjament, issegwi l-linji gwida li jinsabu fit-tieni subparagrafu tal-istess paragrafu 6. Jista’ biss jitqies li ngħatat prova tagħha jekk l-operatur ekonomiku: a) ikun ħallas — jew impenja ruħu li jħallas — il-kumpens li jikkorrispondi għad-dannu kkawżat mill-ksur li ta’ lok għall-esklużjoni tiegħu; b) ikun iċċara l-fatti u ċ-ċirkustanzi b’mod eżawrjenti; u ċ) ikun adotta miżuri konkreti (tekniċi, organizzattivi u tal-persunal) xierqa sabiex jevita ksur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Id-dubji tal-qorti tar-rinviju jikkonċernaw biss it-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet u huma bbażati fuq in-nuqqas ta’ qbil bejn it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 (li jgħid li l-operatur ekonomiku għandu juri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>) u l-punt 2 tal-Artikolu 125(1) tal-GWB (li jgħid li l-kollaborazzjoni attiva għandha tkun ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-awtoritajiet investigattivi u [ma]l-awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Ir-riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>awtorità kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ġie miżjud ma’ dak li għamel il-leġiżlatur tal-Unjoni għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bil-għan, skont Stadtwerke München, li tiġi evitata interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 li jistabbilixxi d-dmir tal-operatur ekonomiku li jikkoopera biss mal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens strett (jiġifieri, mal-istituzzjonijiet li jinvestigaw u jressqu azzjonijiet kontra reati jew nuqqasijiet), filwaqt li jinsa li, f’sens wiesa’, l-awtorità kontraenti tinvestiga wkoll meta teżamina jekk operatur ekonomiku jkunx ġie suġġett għal kawża ta’ esklużjoni jew jekk ikunx irnexxielu juri l-affidabbiltà tiegħu minkejja dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, ma naħsibx li hemm riskju ta’ ftehim ħażin minħabba l-ineżattezza allegata tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24, skont il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-verżjoni Ġermaniża tuża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Ermittlungsbehörden<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, li tikkorrispondi eżattament għal dik użata f’oħrajn, bħal dik Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>autoridades investigadoras<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>), il-verżjoni Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>investigating authorities<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>), il-verżjoni Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>autorités chargées de l’enquête<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>), il-verżjoni Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>autorità investigative<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>), il-verżjoni Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>autoridades responsáveis pelo inquérito<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>) jew il-verżjoni Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>onderzoekende autoriteiten<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>). F’dawn il-verżjonijiet kollha, barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-korpi li jagħtu kuntratti pubbliċi jew jorganizzaw proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi jissejħu wkoll bl-istess termini: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>poder adjudicador<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, bl-Ispanjol, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>öffentliche Auftraggeber<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, bil-Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-problema, għalhekk, ma hijiex fl-ineżattezza tat-termini tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24 li tirreferi għal korpi ta’ natura differenti. Dak li jiġri huwa li din l-istess dispożizzjoni tagħti lill-awtoritajiet kontraenti wkoll xi wħud mill-kompiti investigattivi. Pereżempju:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Skont l-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>fejn ikunu <HT TYPE="ITALIC">stabbilixxew</HT> […] jew huma b’xi mod ieħor konxji li […] kien is-suġġett ta’ kundanna b’sentenza definittiva għal [ċerti] raġunijiet<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</P></ITEM><ITEM><P>Fuq l-istess linja, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, isemmi l-każ li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>l-awtorità kontraenti <HT TYPE="ITALIC">tista’ turi</HT> bi kwalunkwe mezz adegwat li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</P></ITEM><ITEM><P>Finalment, każijiet oħrajn elenkati fil-paragrafu 4 jeħtieġu ċerta attività <HT TYPE="ITALIC">investigattiva</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Jiena nuża dan l-aġġettiv fit-tifsira proċedurali tiegħu, jiġifieri, dik li tindika proċedura li fiha l-investigatur jibda <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ipproċessar tiegħu, billi jallega provi li jinkriminaw jew li jiskaġunaw imġiba.</P></NOTE> tal-awtoritajiet kontraenti. Pereżempju, skont l-ittra (c), tista’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>turi b’mezz adegwat li l-operatur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina serja, li trendi l-integrità tiegħu dubjuża<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti ma jagħmilx lill-awtorità kontraenti waħda mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Ċertament, l-awtorità kontraenti ser ikollha tuża attività investigattiva mandatorja (fis-sens indikat hawn fuq) sabiex tivverifika jekk jeżistux xi wħud mill-każijiet ta’ esklużjoni tal-Artikolu 57(1) u (4) tad-Direttiva 2014/24. Madankollu, l-għan tal-paragrafu 6 ta’ dan l-istess artikolu ma huwiex li l-awtorità kontraenti <HT TYPE="ITALIC">tistabbilixxi</HT> <HT TYPE="ITALIC">hija stess</HT> u fi kwalunkwe każ il-fatti li x’aktarx jikkawżaw l-esklużjoni, iżda li, ladarba l-operatur ekonomiku jkun eskluż, <HT TYPE="ITALIC">tevalwa l-provi prodotti</HT> minn min isostni li rriabilita ruħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ir-rwol tal-awtorità kontraenti f’din l-evalwazzjoni tal-provi, għalhekk, huwa <HT TYPE="ITALIC">passiv</HT>, meta mqabbel mar-rwol <HT TYPE="ITALIC">attiv</HT> tal-operatur ekonomiku. Dan tal-aħħar għandu jipproduċi l-provi li dwarhom għandha tiddeċiedi l-awtorità kontraenti, mingħajr ma jkun essenzjali, nirrepeti, li biex tagħmel dan hija twettaq, fil-każijiet kollha, attivitajiet ta’ istruzzjoni (jew investigazzjoni) f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-operatur ekonomiku li jiddefendi r-riabilitazzjoni tiegħu għandu juri, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>li ċċara l-fatti u ċ-ċirkostanzi b’mod komprensiv billi kkollabora b’mod attiv mal-awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Loġikament, għandu juri dan quddiem l-awtorità kontraenti, jiġifieri, quddiem l-awtorità li, wara li teżamina l-provi, tiddeċiedi jekk l-offerent ikunx wera l-affidabbiltà tiegħu b’mod suffiċjenti u, għalhekk, jista’ jiġi aċċettat mill-ġdid fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, għalhekk, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>awtoritajiet investigattivi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 ma humiex l-awtoritajiet kontraenti. Quddiem dawn tal-aħħar, l-offerent (jew l-impriża li tixtieq tkun parti minn sistema ta’ kwalifika, bħalma jiġri f’dan il-każ) għandu juri li kkollabora b’mod attiv u eżawrjenti mal-awtoritajiet investigattivi sabiex jiċċara l-fatti. Madankollu, din il-kollaborazzjoni għandha tkun, neċessarjament, dik mogħtija lil istituzzjoni differenti mill-awtorità kontraenti nnifisha: altrimenti, għal din tal-aħħar, ikun fatt magħruf li ma jeħtieġ ebda prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Is-sekwenza <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(6) tikkonferma din il-konklużjoni. Dak li għandu juri l-operatur ekonomiku quddiem l-awtorità kontraenti huma fatti li seħħew fil-passat, jiġifieri, fi żmien qabel dak li jikkonċerna lill-awtorità kontraenti sabiex tirriabilitah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kumpens għad-danni għandu jkun tħallas jew sar impenn li jitħallas, kif ukoll għandhom ikunu diġà ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati każijiet ġodda ta’ ksur. Għall-istess raġuni, il-kjarifiki (dwar il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-imġiba li tat lok għall-esklużjoni) għandhom ikunu ġew offruti, fi żmienhom, lil awtorità li ma tistax tkun l-awtorità kontraenti, li quddiemha għandu jintwera biss li din il-kjarifika — bħall-ħlas ta’ kumpens jew l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa — saret diġà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din hija l-iktar interpretazzjoni plawsibbli tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24. U din hija, preċiżament, l-iktar interpretazzjoni li tixraq għal każ bħal dan, fejn l-imġiba li kkawżat l-esklużjoni (il-parteċipazzjoni tal-kumpannija f’akkordju) kienet evalwata u ssanzjonata minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>awtorità investigattiva<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>: il-Bundeskartellamt (l-Uffiċċju Federali tal-Akkordji).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ma jagħmilx sens, f’din is-sitwazzjoni, li l-obbligu ta’ kollaborazzjoni jiġi rduppjat, billi jiżdied id-dmir li ssir kollaborazzjoni mal-awtorità kontraenti, kif jiġri jekk l-operatur ekonomiku li, wara li jiġi eskluż, ifittex li jiġi rriabilitat, ikun imġiegħel jiċċara l-istess fatti u l-istess ċirkustanzi quddiem żewġ awtoritajiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, jista’ jintqal (kif tgħid Stadtwerke München) li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jintroduċu kriterji iktar stretti sabiex l-operaturi ekonomiċi juru l-affidabbiltà tagħhom, matul il-perijodu ta’ esklużjoni. Ikun fattibbli, allura, li jintalbu, minbarra li jikkollaboraw mal-awtoritajiet investigattivi, jagħmlu dan ukoll mal-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Favur din it-teorija hemm argumenti li mhux ta min jinjorahom. Minn naħa, skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet implimentattivi ta’ dan l-Artikolu<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1000">EU:C:2017:1000</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, fir-rigward tal-każijiet ta’ esklużjoni fakultattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Tirreferi għal dawk inklużi fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6 Vol. 7 p. 132). Madankollu, għandi nfakkar li l-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24 jirreferi għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 [tal-istess Artikolu 57]<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, jiġifieri kemm ir-raġunijiet ta’ esklużjoni obbligatorji kif ukoll dawk fakultattivi.</P></NOTE>, li d-Direttiva dwar il-kuntratti pubbliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>ma [t]ipprevedix uniformità ta’ applikazzjoni […] fuq livell tal-Unjoni, minħabba li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx dawn il-kawżi ta’ esklużjoni, jew li jintegrawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ applikazzjoni li jista’ jvarja każ b’każ, skont il-kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi jew soċjali li jipprevalu fil-livell nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, dan ikun possibbli biss jekk tkun kollaborazzjoni differenti minn dik mitluba għall-awtoritajiet investigattivi. Għalhekk, jista’ jinftiehem li l-kollaborazzjoni mal-awtorità kontraenti, stabbilita fil-punt 2 tal-Artikolu 125(1) tal-GWB, ma għandhiex l-istess skop bħal dik mitluba mill-operatur ekonomiku fir-rigward tal-awtoritajiet investigattivi, iżda hija relatata ma’ mġiba li l-evalwazzjoni tagħha bħala kawża ta’ esklużjoni għandha tiġi deċiża u evalwata mill-awtorità kontraenti nnifisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, id-dispożizzjoni tal-Artikolu 124(4) tal-GWB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont din id-dispożizzjoni, l-esklużjoni ta’ impriża huwa possibbli meta l-awtorità kontraenti jkollha elementi plawsibbli biżżejjed sabiex tikkonkludi li tkun daħlet fi ftehim kollużiv.</P></NOTE>, tagħmel sens: l-operatur ekonomiku għandu jikkollabora b’mod attiv mal-awtorità kontraenti sabiex: i) jiċċara l-fatti u ċ-ċirkustanzi li setgħu wasslu sabiex din tal-aħħar temmen li l-kawża ta’ esklużjoni hija applikabbli għalih u li għandha twettaq l-evalwazzjoni tagħha; u ii) jipperswadiha li, minkejja dan, jista’ jiġi rriabilitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jekk ir-regola nazzjonali ġiet interpretata li tfisser li l-operatur ekonomiku għandu jikkoopera bl-istess mod (u darbtejn) mal-awtorità kontraenti u mal-awtoritajiet investigattivi sabiex jiċċara l-istess fatti u ċirkustanzi fir-rigward tal-istess kawża ta’ esklużjoni, dan iwassal għal riżultat li ma naħsibx li huwa kompatibbli mal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Minn naħa, ikun hemm irduppjar tal-obbligi meħtieġa fir-rigward ta’ dawk li, bħall-awtoritajiet investigattivi u l-awtoritajiet kontraenti, iwettqu funzjonijiet differenti.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, l-operatur ekonomiku jista’ jitqiegħed f’sitwazzjoni qrib għal waħda fejn jiġi mċaħħad milli jiddefendi ruħu meta, f’ċirkustanzi bħal dawk f’dan il-każ, l-awtorità kontraenti ssostni li ġarrbet ħsarat u preġudizzji, bħala riżultat tal-aġir li jikkostitwixxi ksur li wassal għall-esklużjoni ta’ dak tal-ewwel, u titlob kumpens għalih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-kollaborazzjoni mal-awtorità kontraenti mitluba mill-operatur ekonomiku tista’ tikkawża dannu lil dan tal-aħħar meta, bħalma huwa l-każ hawnhekk, iż-żewġ partijiet ikunu parti fi proċedura ċivili mibdija minn dik tal-ewwel, li tallega li ġarrbet ħsara minħabba l-imġiba tal-impriża offerenti (il-parteċipazzjoni tagħha fl-akkordju) li twassal għall-esklużjoni, li fir-rigward tagħha t-tieni parti jkollha l-għan li tiġi rriabilitata.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan l-irduppjar tal-obbligi jinjora d-differenzi li jeżistu bejn il-funzjonijiet rispettivi tal-awtoritajiet investigattivi fil-qasam tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u dawk tal-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, jekk waħda minn dawn l-awtoritajiet kontraenti tkun f’pożizzjoni li tiġġudika jekk il-fatti li temmen li kkawżawla dannu ġewx iċċarati b’mod xieraq jew le, u ma tkunx limitata, għalhekk, sabiex taċċerta jekk l-operatur ekonomiku kkollaborax b’mod eżawrjenti mal-awtoritajiet investigattivi sabiex jiċċarahom, tista’ ma tkunx fl-aħjar pożizzjoni sabiex tieħu deċiżjoni, bin-nerwtralità u bl-imparzjalità meħtieġa, dwar it-talba għar-riabilitazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fis-sens tal-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24 (it-tielet u r-raba’ domanda preliminari)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24, l-Istati Mmbri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu tal-esklużjoni jekk ma ttieħdet l-ebda miżura, kif speċifikat fil-paragrafu 6, mill-operatur ekonomiku biex juri l-affidabbiltà tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx libertà assoluta, f’dan ir-rigward, peress li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi ċerti limiti għat-tul tal-perijodu massimu. B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Jekk iż-żmien ta’ esklużjoni jkun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza definittiva, dan għandu japplika dejjem.</P></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><P>Jekk, f’każ ta’ sentenza definittiva, ma jkunx ġie speċifikat fiha ż-żmien ta’ esklużjoni, dan ma jistax idum iktar minn ħames snin mill-mument tal-kundanna, meta inkwistjoni jkun hemm raġunijiet ta’ esklużjoni obbligatorji (dawk tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu).</P></ITEM><ITEM><P>Jekk ma jkun hemm l-ebda sentenza definittiva, jew sentenza li ma tindikax iż-żmien massimu ta’ esklużjoni, dan jitnaqqas għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>tliet snin mid-data tal-avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-aħħar żewġ domandi tal-qorti tar-rinviju jikkonċernaw dan l-aħħar punt, fejn il-qorti tixtieq tiċċara dubji dwar il-kunċett ta’ avveniment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sunt tal-osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Vossloh Laeis targumenta li l-espressjoni inkwistjoni tirreferi għall-eżistenza oġġettiva tar-raġuni ta’ esklużjoni. Li kieku l-leġiżlatur ried jistrieħ fuq l-għarfien suġġettiv tal-awtorità kontraenti, huwa kien jifformulah b’dan il-mod. L-interpretazzjoni sistematika ta’ din id-dispożizzjoni twassal għall-istess konklużjoni, peress li, f’każ ieħor, id-data tkun tiddependi fuq kull awtorità kontraenti, li jikkuntrasta maċ-ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għal Stadtwerke München, il-mument deċiżiv ma huwiex dak fejn issir (jew tintemm) l-imġiba li tikkawża l-esklużjoni fakultattiva, iżda dak fejn il-kundizzjonijiet tagħha jiġu ssodisfatti kompletament, kundizzjonijiet li fosthom hemm il-komponent suġġettiv (għarfien tar-raġuni mill-awtorità kontraenti). Skont din il-premessa, l-avveniment rilevanti normalment ikun dak fid-data li fiha l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni soda dwar il-preżenza ta’ raġuni ta’ esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern Ungeriż jaqblu, essenzjalment, ma’ dan l-istess approċċ. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> huwa ddeterminat mill-mument li fih l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni ċerta u soda dwar l-eżistenza tal-kawża ta’ esklużjoni, jiġifieri, għall-Gvern Ungeriż, dak il-mument li fih ikun hemm deċiżjoni definittiva u finali dwar il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Gvern Grieg huwa inklinat li japplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</P></NOTE> għall-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, sabiex ma jkun hemm l-ebda differenza fil-proċedura amministrattiva jew kriminali korrispondenti. Għalhekk, huwa jiddeduċi li dak li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> huwa meta jkun seħħ l-avveniment li ddetermina l-esklużjoni, u mhux meta dan sar magħruf mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Għall-Gvern Pollakk, li ssottometta biss osservazzjonijiet dwar din il-kwistjoni, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> huwa l-konklużjoni tal-ftehim li kien intiż li jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi speċifikata d-data ta’ dan il-ftehim, għandha tittieħed id-data tal-avveniment li tippermetti li l-konklużjoni tiegħu titqies probabbli (jista’ jkun, pereżempju, il-jum li fih intemmet il-proċedura tal-għoti ta’ kuntratti li matulha ġie stabbilit li l-operaturi ekonomiċi parteċipanti pprovaw jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni tliet dati differenti: 1) dik tal-imġiba li tikkostitwixxi raġuni ta’ esklużjoni; 2) il-mument li fih jiġu ssodisfatti l-kriterji ta’ waħda minn dawn ir-raġunijiet, li fil-każ tal-ittri c) u d) tal-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24, huwa dak li fih l-awtorità kontraenti tista’ turi n-nuqqas ta’ operatur ekonomiku jew ikollha elementi suffiċjentement plawsibbli; u 3) id-data li fiha l-awtorità investigattiva tkun stabbilixxiet, permezz ta’ sentenza definittiva, l-imġiba ħażina.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, iċ-ċertezza legali (li hija r-raġuni li tiġġustifika l-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-raġunijiet ta’ esklużjoni) hija favur l-ewwel waħda minn dawn it-tliet alternattivi. Madankollu, ir-riskju li l-kuntratt pubbliku jingħata lil xi ħadd li jkun wettaq nuqqasijiet professjonali (li jiġġustifika, speċifikament, il-każijiet ta’ esklużjoni tad-Direttiva 2014/24) ixaqleb lejn l-għoti ta’ preċedenza lit-tieni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kummissjoni invokat favur l-argumenti tagħha r-regoli li jirregolaw il-kuntratti pubbliċi konklużi mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 106(14) u (15) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>), emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20151028">28 ta’ Ottubru 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 286, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, minħabba li kkunsidrat li huma utli għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24, peress li għandu jkun hemm ċerta armonija bejn l-Artikolu 57 u dawn ir-regoli. Minn dan, hija tiddeduċi li, b’mod definittiv, il-perijodu massimu li fih operatur ekonomiku jista’ jiġi eskluż huwa ta’ tliet snin mid-deċiżjoni definittiva li timponi sanzjoni adottata minn awtorità investigattiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Kif diġà enfasizzajt, l-Artikolu 57(7), <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, tad-Direttiva 2014/24 jirreferi, sabiex jiġi stabbilit il-bidu tal-perijodu massimu ta’ esklużjoni, meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie speċifikat f’sentenza definittiva, għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>avveniment rilevanti fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 4<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ser ikun hemm każijiet fejn jista’ jkun hemm xi tip ta’ sentenza ġudizzjarja (pereżempju, fil-każ ta’ proċedura ta’ insolvenza jew ta’ likwidazzjoni; fil-każ tal-ittra (b)) iżda f’oħrajn, raġuni ta’ esklużjoni tista’ tiġi evalwata mingħajr il-ħtieġa ta’ medjazzjoni tagħha (għalhekk, jekk l-operatur ekonomiku jkun ipprova jikseb informazzjoni kunfidenzjali; fil-każ tal-ittra (i)).</P></NOTE>. Bħala prinċipju, għalhekk, dan il-kunċett jinkludi l-imġiba jew iċ-ċirkustanza deskritta fid-diversi każijiet indikati fl-imsemmi Artikolu 57(4).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Domanda differenti, li hija dik magħmula mill-qorti tar-rinviju, hija jekk il-kalkolu tal-perijodu ta’ esklużjoni għandux jibda fid-data li fiha din l-imġiba jew iċ-ċirkustanza ssir attwalment jew fil-mument li fih l-awtorità kontraenti jkollha informazzjoni, soda u li tista’ tintwera, dwar l-eżistenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-partijiet involuti f’din it-talba għal deċiżjoni preliminari alternaw bejn li jadottaw interpretazzjoni oġġettiva, ibbażata fuq it-twettiq ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, u interpretazzjoni suġġettiva, ibbażata fuq l-għarfien ta’ dan il-fatt mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Kif enfasizzat il-Kummissjoni, filwaqt li l-ewwel perspettiva tagħti prijorità lill-garanzija taċ-ċertezza legali, it-tieni waħda tiffavorixxi l-protezzjoni tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti, fir-rigward tar-riskju involut fl-aċċettazzjoni ta’ offerenti li huma suġġetti għal raġunijiet ta’ esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju, analiżi eżawrjenti tal-iskema <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-perijodi ta’ esklużjoni previsti fid-Direttiva 2014/24 ma hijiex essenzjali, iżda huwa biżżejjed li jsir riferiment għar-raġuni speċifika ta’ esklużjoni diskussa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, fil-każ tal-parteċipazzjoni ta’ Vossloh Laeis f’akkordju, li ġiet ikkonfermata u ssanzjonata mill-awtorità Ġermaniża tal-kompetizzjoni, il-kontroversja tikkonċerna jekk il-perijodu ta’ tliet snin jibdiex: i) meta din il-parteċipazzjoni seħħet jew intemmet (approċċ oġġettiv); jew ii) meta l-awtoritajiet, kemm jekk dik investigattiva, jew l-awtorità kontraenti, kellhom prova affidabbli tal-imġiba illeċita jew issanzjonawha (approċċ suġġettiv).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Il-Gvern Grieg jemmen li l-formula adottata fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 1/2003 dwar id-d<HT TYPE="ITALIC">ies a quo</HT> hija rilevanti għat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-imġiba illeċita fil-qasam tal-kompetizzjoni. Dan it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha sar il-ksur. Madankollu, fil-każ li l-ksur ikun kontinwu jew kontinwat, il-preskrizzjoni tibda tiddekorri mill-ġurnata ta’ meta l-ksur intemm<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Jista’ jitqies, fil-fatt, li jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni għażel li jagħti preċedenza liċ-ċertezza legali ta’ min iwettaq il-ksur iktar milli lill-effettività tas-setgħa ta’ ssanzjonar tal-Kummissjoni, l-istess kriterju jkun jista’ jiġi estrapolat għall-ewwel jum tal-perijodu ta’ esklużjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Madankollu, naħseb li din l-idea ma hijiex kompluta. Jekk tiġi applikata l-analoġija, din ikollha ssir fl-intier tagħha, b’tali mod li — bħal f’każijiet ta’ preskrizzjoni ta’ mġiba li tirrestrinġi l-kompetizzjoni — il-perijodu massimu ta’ esklużjoni, ladarba jkun beda, jista’ jiġi interrott<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Skont l-Artikolu 25(3) u (5) tar-Regolament Nru 1/2003, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>[k]walunkwe azzjoni meħuda mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għall-għan ta’ l-investigazzjonijiet jew proċeduri b’rispett ta’ ksur tinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni għall-imposizzjoni ta’ multi jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. L-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tapplika b’effet mid-data li fiha l-azzjoni ġiet notifikata lil mill-anqas waħda mil-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża li pparteċipaw fil-ksur […] Il-preskrizzjoni terġa’ tibda tiddekorri wara kull interruzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>.</P></NOTE>. Dan x’aktarx ikun jista’ jiġi estiż, għalhekk, lil hinn mit-tliet snin li, b’mod eżawrjenti, jipprevedi l-Artikolu 57(7) tad-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Din id-dispożizzjoni, b’differenza mill-Artikolu 106 tar-Regolament Nru 966/2012, ma tistabbilixxix b’mod speċifiku terminu ta’ preskrizzjoni tal-esklużjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Nemmen, għal din ir-raġuni, li s-soluzzjoni tista’ tintlaħaq b’mod analoġiku, iżda permezz tal-applikazzjoni ta’ din it-teknika ta’ integrazzjoni tar-regola fir-rigward tal-bqija tal-kontenut tad-dispożizzjoni. Fiha jiġi stabbilit li, meta r-raġuni ta’ esklużjoni obbligatorja tkun imġiba illeċita li l-konstatazzjoni tagħha tkun saret f’sentenza li ma stabbilixxietx it-tul tal-perijodu, l-ewwel jum tal-kalkolu tal-ħames snin ta’ esklużjoni ser ikun speċifikament id-data tal-<HT TYPE="ITALIC">kundanna</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan l-istess kriterju jista’ jiġi applikat, mingħajr diffikultajiet ermenewtiċi, fir-rigward ta’ mġiba li tillimita l-kompetizzjoni, li l-eżistenza tagħha tista’ biss titqies bħala pprovata (fir-rigward tal-preżunzjoni ta’ innoċenza) f’deċiżjoni, kemm jekk ġudizzjarja jew amministrattiva. F’din l-ipoteżi, li hija din tal-każ preżenti, hija d-data ta’ din id-deċiżjoni (li titqies bħala <HT TYPE="ITALIC">kundanna</HT> f’sens mhux tajjeb) li sservi bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> sabiex jibda l-kalkolu tat-tliet snin ta’ esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24 ma jirreferix, għalhekk, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, għall-imġiba kollużiva nnifisha, li għandha titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, iżda għall-konstatazzjoni legali tal-eżistenza ta’ dan l-aġir; jew, jekk ikun ippreferut, għall-kwalifika legali ta’ azzjoni, li l-awtorità diġà ssanzjonat bħala mġiba illeċita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, jekk kien hemm deċiżjoni li evalwat espliċitament il-parteċipazzjoni ta’ operatur ekonomiku f’akkordju, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>avveniment rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> sabiex l-awtorità kontraenti — destinatarja tal-mandat jew, jekk applikabbli, tas-setgħa li teskludi lil dan l-operatur ekonomiku — tikkalkula l-ħin massimu ta’ skwalifika, ma huwiex l-imġiba attwali tal-kumpannija responsabbli għall-ksur, iżda l-kwalifika u s-sanzjoni tagħha bħala mġiba restrittiva tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, li hija konformi mal-opinjoni tal-Gvern Ungeriż u, fis-seduta, tal-Kummissjoni, dan il-fattur għandu jkun il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> għall-awtorità kontraenti, sabiex tispeċifika l-perijodu massimu tal-esklużjoni tal-operatur ekonomiku kkonċernat. Fid-dawl tas-sanzjoni imposta mill-awtorità tal-kompetizzjoni, l-awtorità kontraenti ma teħtieġ xejn iktar, peress li legalment diġà ġiet innotata l-preżenza ta’ mġiba xierqa sabiex tiġi ddeterminata l-esklużjoni. Il-perijodu ta’ esklużjoni jibda minn hemm, jiġifieri, mill-jum li fih tkun inħarġet id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni korrispondenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta lill-Vergabekammer (Awla tal-kuntratti pubbliċi ta’ Südbayern, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist [l-għoti ta’ kuntratti] minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE, moqri flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(6) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Jipprekludu li operatur ekonomiku li għandu l-intenzjoni li jagħti prova tal-affidabbiltà tiegħu, minkejja l-eżistenza ta’ raġuni ta’ esklużjoni rilevanti, għandu jikkollabora b’mod attiv mal-awtorità kontraenti sabiex jiċċara b’mod eżawrjenti l-fatti u ċ-ċirkustanzi li pparteċipa fihom bħala koawtur ta’ ftehim maħsub sabiex jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni, meta dan l-istess operatur ikun diġà kkollabora b’mod attiv, billi ċċara ċ-ċirkustanzi tiegħu b’mod eżawrjenti, mal-awtorità tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni li investigat u ssanzjonat dawn il-fatti.</P></ITEM><ITEM><P>Ma jipprekludux lil Stat Membru milli jeħtieġ din il-kollaborazzjoni attiva mal-awtorità kontraenti, bħala kundizzjoni sabiex l-operatur ekonomiku jagħti prova tal-affidabbiltà tiegħu u ma jkunx eskluż mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti, fil-każ ta’ mġiba li tikkostitwixxi ksur li l-fatti u ċ-ċirkustanzi tagħha għandhom jiġu speċifikati mill-awtorità kontraenti nnifisha.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta operatur ekonomiku jkun ġie suġġett għar-raġuni ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 57(4)(d) tad-Direttiva 2014/24, minħabba li laħaq ftehimiet intiżi li jikkawżaw distorsjoni tal-kompetizzjoni li diġà kienu suġġetti għal deċiżjoni li timponi sanzjoni, il-perijodu massimu ta’ esklużjoni huwa kkalkulat mid-data ta’ dik id-deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>