7.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/115


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/751

tas-6 ta’ Mejju 2021

li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2)

L-informazzjoni relatata ma’ persuna waħda fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.


ANNESS

Fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, l-entrata 36 hija sostitwita b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“36.

Nizar AL-ASSAD (magħruf ukoll bħala al-Asad, Assad, Asad, Assaad, Asaad, Al-Assaad)

( اسعد, الاسعد,الاسد;نزار)

Data tat-twelid: 2.3.1948 jew 23.3.1948 jew Marzu 1948;

Nazzjonalitajiet: Sirjan, Libaniż (u Kanadiż;

Passaport Sirjan Nru 011090258;

Passaport Libaniż Nru RL0003434;

Passaport Kanadiż: Nru AG629220;

Sess:raġel

Negozjant prominenti Sirjan b’rabtiet mill-qrib mar-reġim. Assoċjat mal-familji Assad u Makhlouf.

Bħala tali, kien qed jipparteċipa fir-reġim Sirjan, igawdi minnu jew inkella jappoġġah.

Investitur ewlieni taż-żejt, fundatur u kap tal-kumpannija Lead Contracting & Trading Ltd.

23.8.2011”