<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0700598901.case.xml"><NO.CASE>C-310/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0310</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-5992</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-6010</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20110707">7.7.2011</DATE> — KAWŻA C-310/10</LEFT><RIGHT>AGAFIŢEI ET</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-310/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, immressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Roumanie), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100614">14 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministerul Justiţiei și Libertăţilor Cetăţenești</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ştefan Agafiţei,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Raluca Apetroaei,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Marcel Bărbieru,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sorin Budeanu,</HT></P><?PAGE NO="I-5993"?><P><HT TYPE="BOLD">Luminiţa Chiagă,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mihaela Crăciun,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sorin-Vasile Curpăn,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mihaela Dabija,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Mia-Cristina Damian,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sorina Danalache,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Oana-Alina Dogaru,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Geanina Dorneanu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Adina-Cătălina Galavan,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gabriel Grancea,</HT></P><?PAGE NO="I-5994"?><P><HT TYPE="BOLD">Mădălina Radu (Hobjilă),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Nicolae Cătălin Iacobuţ,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Roxana Lăcătușu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sergiu Lupașcu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Smaranda Maftei,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Silvia Mărmureanu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maria Oborocianu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Simona Panfil,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Oana-Georgeta Pânzaru,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Laurenţiu Păduraru,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Elena Pîrjol-Năstase,</HT></P><?PAGE NO="I-5995"?><P><HT TYPE="BOLD">Ioana Pocovnicu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alina Pușcașu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cezar Ştefănescu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Roxana Ştefănescu,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ciprian Ţimiraș,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Cristina Vintilă,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur), L. Bay Larsen, A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5996"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment irrappreżentat minn A. Popescu u V. Angelescu, u sussegwentement minn R. H. Radu u R.-I. Munteanu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. O’Hagan, bħala aġent, assistit minn A. Collins, SC, u N. Travers, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Enegren u L. Bouyon, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-<DATE ISO="20000629">29 ta’ Ġunju 2000</DATE>, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 33) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), kif ukoll f’każ ta’ kunflitt bejn l-imsemmija<?PAGE NO="I-5997"?> dispożizzjonijiet u leġiżlazzjoni nazzjonali jew deċiżjoni tal-Curtea Constituțională (qorti kostituzzjonali), dwar il-konsegwenzi li jistgħu jirriżultaw mis-supremazija tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/43 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi qafas sabiex tiġi kkumbattuta d-diskriminazzjoni għar-raġunijiet ta’ l-oriġini tar-razza jew l-etniċità, bl-għan li jseħħ fl-Istati Membri l-prinċipju ta’ trattament ugwali.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-prinċipju ta’ trattament ugwali għandu jfisser illi ma għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta msejsa fuq l-oriġini tar-razza jew l-etniċità.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5998"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-direttiva 2000/78 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplementa fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikoli 3 tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78, intitolati <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdu fil-paragrafi 1(c), li, fil-limiti tal-poteri mogħtija lill-Komunità, l-imsemmija direttivi japplikaw għall-persuni kollha, f’dak li għandu x’jaqsam mas-setturi pubbliċi u privati, inklużi l-korpi pubbliċi, f’relazzjoni mal-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluzi t-tkeċċija u l-paga.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(a) tad-Direttiva 2000/43 u l-Artikolu 16(a) tad-Direttiva 2000/78 jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li tiġi abolita kull liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva kuntrarji għall-prinċipju tat-trattament ugwali.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ kumpens għall-vittma, iridu jkunu effettivi, pproporzjonati u diswassivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mid-<DATE ISO="20030719">19 ta’ Lulju 2003</DATE> u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bl-emendi li jaffettwawhom [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-5999"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet, li jistgħu jinvolvu l-pagament ta’ kumpens lill-vittma, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Digriet tal-Gvern Nru 137/2000, dwar il-prevenzjoni u r-repressjoni ta’ kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, parti I, Nru 431, tat-<DATE ISO="20000902">2 ta’ Settembru 2000</DATE>), tfittex b’mod partikolari li tiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2)(e)(i) tad-Digriet Nru 137/2000:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn iċ-ċittadini u l-prinċipju ta’ nuqqas ta’ privileġġi u ta’ diskriminazzjoni huma ggarantiti b’mod partikolari fl-eżerċizzju tad-drittijiet segwenti:</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-6000"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>id-dritt għax-xogħol, għall-għażla ħielsa tax-xogħol, għall-kundizzjonijiet ta’ xogħol ekwi u sodisfaċenti, għall-protezzjoni kontra l-qgħad, għall-ugwaljanza fil-paga għall-istess xogħol, għal ħlas ekwu u sodisfaċenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-imsemmi digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Skont dan id-digriet, tikkostitwixxi diskriminazzjoni kwalunkwe distinzjoni, esklużjoni, restrizzjoni jew preferenza bbażata fuq ir-razza, iċ-ċittadinanza, l-appartenenza għal etnija, il-lingwa, ir-reliġjon, il-kategorija soċjali, il-konvinzjonijiet, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, diżabilità, marda kronika li ma titteħidx, is-sjeropożitività, l-appartenenza għal kategorija żvantaġġata, kif ukoll kull kriterju ieħor li għandu l-għan jew l-effett li jillimita jew ineħħi r-rikonoxximent, l-użu jew l-eżerċizzju, fuq livell ta’ ugwaljanza, drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jew tad-drittijiet irrikonoxxuti mil-liġi, fl-oqsma politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali jew fi kwalunkwe qasam ieħor fil-ħajja pubblika.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tad-Digriet Nru 137/2000 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kwalunkwe persuna li tqis li hija vittma ta’ diskriminazzjoni tista’ titlob, quddiem il-qorti, ħlas għad-dannu jew ir-ritorn għas-sitwazzjoni preċedenti għad-diskriminazzjoni jew l-annullament tas-sitwazzjoni li tirriżulta mid-diskriminazzjoni, skont id-dritt komuni. [...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjonijiet Nri 818 sa 820, tat-<DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, Nru 1325, tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, u Nru 146, tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, il-Curtea Constituțională ddikkjarat li diversi dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 137/2000, li fosthom jinsab l-Artikolu 27 tagħha, għandhom jiġu kkunsidrati bħala inkostituzzjonali fi kwalunkwe<?PAGE NO="I-6001"?> każ fejn jirriżulta mill-imsemmija dispożizzjonijiet li l-qrati huma kompetenti sabiex jannullaw jew jirrifjutaw l-applikazzjoni ta’ atti normativi li għandhom il-forza ta’ liġi meta huma kkunsidrati diskriminatorji u sabiex tissostitwihom b’normi elaborati b’mod ġudizzjarju jew permezz ta’ dispożizzjonijiet li jinsabu f’atti normativi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11(1) u l-Anness 1A punti 6 sa 13, tad-Digriet ta’ urġenza tal-Gvern (Ordonanța de Urgență a Guvernului) Nru 27/2006, kif emendat u kkompletat permezz tal-liġi Nru 45/2007 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>OUG Nru 27/2006<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), il-prokuraturi tad-Direcția Națională Anticorupție (Direttorat nazzjonali antikorruzzjoni, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>DNA<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) u d-Direcția de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată și Terorism (Direttorat ta’ investigazzjoni tal-ksur fil-qasam tal-kriminalità organizzata u tat-terroriżmu, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>DIICOT<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) jirċievu ħlas li jikkorrispondi għal dak tal-prokuraturi fi ħdan l-Înalta Curte de Casație și Justiție (qorti għolja tal-kassazzjoni u tal-ġustizzja).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-aċċess għall-karigi ta’ prokuraturi fi ħdan l-Înalta Curte de Casație și Justiție u, għaldaqstant, l-għoti tal-ħlas marbut ma’ din il-funzjoni jeħtieġ, b’mod partikolari, li l-persuna interessata tissodisfa kundizzjoni ta’ anzjanità ta’ tmien snin fil-maġistratura, meta dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-karigi ta’ prokuraturi tad-DNA u tad-DIICOT.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, ir-rikorrenti, li huma maġistrati, ressqu rikors quddiem it-Tribunalul Bacău kontra, b’mod partikolari din l-istess qorti, il-Curtea de Apel Bacău u l-Ministerul Justiţiei și Libertăţilor Cetăţenești, sabiex jiksbu ħlas għad-dannu li huma jikkunsidraw li sofrew minħabba t-trattament diskriminatoriju li kienu suġġetti għalih fil-qasam tal-ħlas minħabba l-istatut irriżervat, fuq dan il-livell, għall-prokuraturi tad-DNA u tad-DIICOT.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6002"?><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>F’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20080404">4 ta’ April 2008</DATE>, it-Tribunalul Bacău kkunsidra li dawn ir-rikorrenti kienu vittmi ta’ diskriminazzjoni minħabba l-kategorija soċjoprofessjonali u l-post tax-xogħol, kriterji li jikkorrispondu għal dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kategorija soċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Digriet Nru 137/2000, u li f’dan il-każ inkiser il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 6(2) tal-kodiċi tax-xogħol (codul muncii), li jgħid li l-ħlas għall-istess xogħol għandu jkun l-istess.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-Tribunalul Bacău laqa’ r-rikors li kellu quddiemu u, abbażi tal-Artikolu 27(1) tad-Digriet Nru 137/2000, ikkundanna lill-konvenuti jagħtu lill-imsemmija rikorrenti d-drittijiet għall-paga li jikkorrispondu għad-differenza bejn is-salarju li dawn diġà kienu jirċievu u dak previst mill-OUG Nru 27/2006 għall-prokuraturi tad-DNA u tad-DIICOT, u dan sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-aħħar leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell li ppreżenta quddiem il-Curtea de apel Bacău kontra din id-deċiżjoni, il-Ministerul Justiţiei și Libertăţilor Cetăţenești jsostni b’mod partikolari li t-Tribunalul Bacău qabeż il-limiti tal-kompetenzi ġudizzjarji tiegħu billi attribwixxa kompetenzi leġiżlattivi bi ksur tad-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq Nri 818 sa 820, Nru 1325 u Nru 146 tal-Curtea Constituțională.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Curtea de apel Bacău ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri dwar l-imsemmi appell u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva [2000/43/KE] u l-Artikolu 17 tad-Direttiva [2000/78/KE] li t-tnejn li huma ġew trasposti fid-dritt intern permezz [tad-Digriet Nru 137/2000], kif ippubblikat mill-ġdid u emendat jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew sentenza tal-Curte Constituțională li tipprojbixxi lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali milli jirrikonoxxu lir-rikorrenti, li soffrew diskriminazzjoni, dritt għall-kumpens tad-danni materjali u/jew morali li jitqies adegwat fil-każijiet fejn il-kumpens għad-danni kkawżati minn diskriminazzjoni huwa marbut ma’ drittijiet fir-rigward tas-salarji previsti mil-liġi u mogħtija lil kategorija soċjoprofessjonali differenti minn dik li jagħmlu parti minnha r-rikorrenti? F’dan<?PAGE NO="I-6003"?> is-sens isir riferiment għas-sentenzi tal-Curte Constituțională tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Nru 1325, u tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, Nru 146.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali hija marbuta tistenna r-revoka jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet ta’ liġi nazzjonali u/jew bdil tal-ġurisprudenza tal-Curte Constituțională, li huma, jekk ikun il-każ, kuntrarji għad-[dritt tal-Unjoni], jew tali qorti hija marbuta tapplika b’mod dirett u immedjat għall-kawżi pendenti quddiemha [d-dritt tal-Unjoni] kif interpretati, jekk ikun il-każ, mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tinjora kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali jew kwalunkwe sentenza tal-Curte Constituțională li jkunu kuntrarji għad-[dritt tal-Unjoni]?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq is-suġġett tad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Moqrija fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, id-domandi preliminari huma essenzjalment, minn naħa dwar il-punt jekk, ladarba tiġi żgurata l-implementazzjoni fid-dritt intern tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43 u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78, permezz, b’mod partikolari, ta’ dispożizzjoni bħall-Artikolu 27 tad-Digriet Nru 137/2000, l-imsemmija Artikoli 15 u 17 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu deċiżjonijiet tal-Curtea Constituțională milli jeskludu li l-imsemmija dispożizzjoni tad-dritt intern tista’ tiftaħ, favur persuni li jkunu sofrew diskriminazzjoni fil-paga minħabba l-kategorija soċjoprofessjonali jew tal-post tax-xogħol, dritt għal danni fil-forma ta’ drittijiet tal-paga previsti mil-liġi favur kategorija soċjoprofessjonali oħra. Fl-ipoteżi li dan ikun il-każ, l-imsemmija domandi jfittxu, min-naħa l-oħra, li jiġi ddeterminat jekk qorti nazzjonali hijiex għalhekk obbligata li teskludi tali dispożizzjoni mid-dritt intern jew il-ġurisprudenza kostituzzjonali inkwistjoni mingħajr ma għandha tistenna, f’dan ir-rigward, li l-imsemmija dispożizzjoni tiġi emendata mil-leġiżlatura jew li twassal għal interpretazzjoni ġdida min-naħa tal-qorti kostituzzjonali li tkun tali li tiżgura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6004"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>L-ammissibbiltà tad-domandi preliminari ġiet ikkontestata mill-Gvern Rumen u mill-Irlanda fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, b’mod partikolari minħabba li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 200/43 u 2000/78 u lanqas, b’mod iktar ġenerali, taħt dak tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, jaqbel li jitfakkar, f’dan ir-rigward, li, skont l-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi, b’mod preliminari, dwar l-interpretazzjoni tat-trattati kif ukoll dwar l-atti meħuda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali. Minn dan jirriżulta li huma biss il-qrati nazzjonali li jkollhom quddiemhom il-kawża u li għandhom jassumu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandhom jintervjenu sabiex jevalwaw, fir-rigward tal-partikolaritajiet ta’ kull kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu f’pożizzjoni li jagħtu d-deċiżjoni tagħhom kif ukoll ir-relevanza tad-domandi li jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Dzodzi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/88+C-197/89" PAGE.ECR="I-3763" YEAR="1990">C-297/88 u C-197/89, Ġabra p. I-3763</REF.DOC.ECR>, punti 33 u 34; tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Leur-Bloem, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/95" PAGE.ECR="I-4161" YEAR="1997">C-28/95, Ġabra p. I-4161</REF.DOC.ECR>, punt 24, kif ukoll tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, Winner Wetten, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-409/06" PAGE.ECR="I-8015" YEAR="2010">C-409/06, Ġabra p. I-8015</REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li d-domandi preliminari magħmula mill-qrati nazzjonali huma dwar l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, għandha l-obbligu li tiddeċiedi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Dzodzi, punt 35; Leur-Bloem, punt 25, kif ukoll Winner Wetten, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, hija għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija tiġi mitluba mill-qorti nazzjonali bil-għan li tiġi vverifikata l-kompetenza tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Chacón Navas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/05" PAGE.ECR="I-6467" YEAR="2006">C-13/05, Ġabra p. I-6467</REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza<?PAGE NO="I-6005"?> ċċitata). Ir-rifjut li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew is-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddisponix mill-punti ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod xieraq għad-domandi magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Chacón Navas, punt 33, kif ukoll Winner Wetten, punt 37 u l-ġursiprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li r-rifjut ta’ domanda magħmula minn qorti nazzjonali jista’ b’mod partikolari jiġi ġġustifikat jekk huwa manifest li d-dritt tal-Unjoni ma japplikax, la direttament u lanqas indirettament, għaċ-ċirkustanzi tal-kawża (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Leur-Bloem, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jaqbel li jiġi osservat, mall-ewwel, li l-qorti tar-rinviju ma tistaqsix lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punt jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78 u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 15 u 17 tagħhom rispettivi, li jirreferu għalihom id-domandi preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi rrelevat, f’dan ir-rigward, li, kif sostnew il-Gvern Rumen, l-Irlanda u l-Kummissjoni, dan ma huwiex il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/78 jippreċiża li din għandha l-għan li tistabbilixxi qafas ġenerali sabiex tiġġieled, f’dak li jikkonċerna l-impjieg u x-xogħol, kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon jew il-konvinzjonijiet, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Min-naħa tagħha d-Direttiva 2000/43 għandha l-għan, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, li tistabbilixxi qafas sabiex tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6006"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-diskriminazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali bl-ebda mod ma hija bbażata fuq raġunijiet elenkati mill-imsemmija direttivi, iżda min-naħa l-oħra ssir abbażi tal-kategorija soċjoprofessjonali, fis-sens tal-liġi nazzjonali, li jaqgħu taħtha l-persuni interessati jew il-post tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-qafas ġenerali rispettivament stabbiliti mid-Direttivi 2000/43 u 2000/78 sabiex tiġi miġġielda ċerta diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 2(1) ta’ dawn l-istess direttivi, il-prinċipju ta’ trattament ugwali li jistabbilixxu japplika skont motivi elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 1 tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Coleman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/06" PAGE.ECR="I-5603" YEAR="2008">C-303/06, Ġabra p. I-5603</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 46).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk jaqbel li jitfakkar f’dan ir-rigward li l-Artikolu 13 KE li sar l-Artikolu 19 TFUE, li jinkludi biss leġiżlazzjoni dwar il-kompetenzi tal-Komunità u li abbażi tagħhom ġew adottati l-imsemmija direttivi ma jsemmix ukoll id-diskriminazzjoni abbażi tal-kategorija soċjoprofessjonali jew il-post tax-xogħol, minkejja li l-imsemmija Artikoli 13 KE jew 19 TFUE lanqas ma jistgħu jikkostitwixxu bażi ġuridika tal-miżuri tal-Kunsill intiżi sabiex jiġġieldu tali diskriminazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Chacón Navas, punt 55, u Coleman, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma taqax taħt il-kuntest tal-miżuri adottati abbażi tal-Artikolu 13 KE u, b’mod partikolari, tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78, minkejja li l-Artikoli 15 u 17 rispettivi ta’ dawn id-direttivi, li tirreferi għalihom id-domanda preliminari, ma jikkonċernawx tali sitwazzjoni (ara, b’analoġija, id-digriet tas-<DATE ISO="20090317">17 ta’ Marzu 2009</DATE>, Mariano, C-217/08, punt 27).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6007"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li madankollu l-Curtea de Apel Bacău enfasizzat, kemm fil-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju kif ukoll fl-ewwel domanda preliminari tagħha, li d-Digriet Nru 137/2000 jiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78, jaqbel ukoll li wieħed jistaqsi dwar il-kwistjoni jekk interpretazzjoni tal-imsemmija Artikoli 15 u 17 mill-Qorti tal-Ġustizzja tistax tiġi ġġustifikata, kif issostni l-Kummissjoni Ewropea, minħabba li dawn l-artikoli saru applikabbli għal ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, permezz tad-dritt nazzjonali minħabba r-rinviju li dan jagħmel għall-imsemmija artikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fil-fatt, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diversi drabi, ddikkjarat lilha nfisha kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet fejn il-fatti fil-kawża prinċipali jkunu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan u li għalhekk jaqgħu biss taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, imma fejn l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kienu saru applikabbli mid-dritt nazzjonali minħabba rinviju minn dan tal-aħħar għall-kontenut tagħhom (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Leur-Bloem, iċċitati iktar ’il fuq, punti 25 u 27 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<DATE ISO="19981203">3 ta’ Diċembru 1998</DATE>, Schoonbroodt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-247/97" PAGE.ECR="I-8095" YEAR="1998">C-247/97, Ġabra p. I-8095</REF.DOC.ECR>, punti 14 u 15).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari enfasizzat f’dan ir-rigward li meta leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tikkonforma bis-soluzzjonijiet li toffri għal sitwazzjonijiet purament interni ma’ dawk li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni sabiex, pereżempju, tiġi evitata diskriminazzjoni kontra ċittadini nazzjonali jew eventwali tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, jew inkella sabiex tiżgura proċedura unika f’sitwazzjonijiet kumparabbli, jeżisti interess ċert li, sabiex jiġu evitati differenzi fl-interpretazzjonijiet futuri, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni għandhom jirċievu interpretazzjoni uniformi, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet fejn ikollhom japplikaw (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Leur-Bloem, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Giloy, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-130/95" PAGE.ECR="I-4291" YEAR="1997">C-130/95, Ġabra p. I-4291</REF.DOC.ECR>, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu dan ma huwiex il-każ f’din is-sitwazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6008"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif għadu kemm tfakkar u kif ċertament jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, id-Digriet Nru 137/2000 għandu l-għan b’mod partikolari li jiżgura t-traspożizzjoni fid-dritt intern tad-Direttivi 2000/43 u 2000/78 u li l-Artikolu 27 tal-imsemmi digriet, li jipprovdi li d-diskriminazzjoni pprojbita minn din tal-aħħar trendi responsabbli l-awturi tagħha u tagħti lil dawk li huma vittmi d-dritt li jiksbu ħlas għad-dannu, tiżgura f’dan ir-rigward l-implementazzjoni tal-Artikoli 15 tad-Direttiva 2000/43 u 17 tad-Direttiva 2000/78. Għaldaqstant, ma jsegwix li l-interpretazzjoni tal-imsemmi Artikolu 27, meta dan tal-aħħar japplika fir-rigward tad-diskriminazzjoni pprojbita mid-dritt nazzjonali biss u ma tkun taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttivi, għandha tiġi kkundizzjonata mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar, jew b’mod iktar ġenerali, minn dawk tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, imkien ma huwa stabbilit li jeżisti, f’dan il-każ, interess ċert sabiex tiġi ppreservata uniformità ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet jew tal-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni, ikunu xi jkunu l-kundizzjonijiet li dawn ikunu japplikaw għalihom, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tinsab f’pożizzjoni li tista’ tirrispondi għad-domandi preliminari li huma magħmula lilha mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel nett, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludix indikazzjoni biżżejjed preċiża minn fejn jista’ jiġi dedott li, billi ssottometta għall-istess sistema ta’ dannu l-ksur ta’ regoli ta’ nondiskriminazzjoni previsti mid-Direttivi 2000/43 u 2000/78 u l-ksur ta’ regoli ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżultaw biss mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-leġiżlatur intern kellu, fir-rigward ta’ dan l-aħħar ksur, jirrinvija għall-kontenut ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew jikkonforma mas-soluzzjonijiet adottati minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi osservat, minn naħa, li sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik li l-Istati Membri għandhom jimplementaw skont l-Artikoli 15 tad-Direttiva 2000/43 u 17 tad-Direttiva 2000/78 hija aċċessorju tar-regoli materjali ta’ nondiskriminazzjoni li jistabbilixxu l-imsemmija direttivi u li għandhom jiżguraw l-effettività tagħha. Issa, kif ġie enfasizzat fil-punti 31 sa 36 ta’ din is-sentenza, l-imsemmija direttivi ma<?PAGE NO="I-6009"?> jinkludu l-ebda regola ta’ nondiskriminazzjoni li hija fondata, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq il-kategorija soċjoprofessjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikoli 15 tad-Direttiva 2000/43 u 17 tad-Direttiva 2000/78 sempliċement jobbligaw lill-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dawn id-direttivi, billi jindikaw f’dan ir-rigward li l-imsemmija sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u li jistgħu jinkludu l-ħlas ta’ danni. Minn dan isegwi li l-miżuri konkreti varjabbli li jeħtieġu l-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kkonċernati diffiċilment jistgħu jiġu kkunsidrati, meta huma intiżi sabiex japplikaw fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-aħħar dispożizzjonijiet, bħala li jirreferu għal kunċetti li jinsabu f’dawn l-istess dispożizzjonijiet jew li jikkonformaw għal soluzzjonijiet bħal dawk adottati minn dawn id-dispożizzjonijiet, li għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi, ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi li japplikaw għalihom.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li, f’dan il-każ, id-domandi preliminari huma intiżi essenzjalment, iktar milli sabiex tingħata interpretazzjoni tal-kontenut materjali tal-Artikoli 15 tad-Direttiva 2000/43 u 17 tad-Direttiva 2000/78, sabiex jiġi ddeterminat il-punt dwar jekk il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni jipprekludix liġi interna kostituzzjonali kif interpretata mill-qorti kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li, fi preżenza ta’ sitwazzjoni li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, jeħtieġx li ma jiġux applikati l-liġijiet interni li fil-fatt jiżguraw it-traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jew li din il-liġi interna tiġi interpretata b’mod li huwa kuntrarju għal dawn id-dispożizzjonijiet jekk l-imsemmija sitwazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm il-ħtieġa li tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi tal-liġijiet tad-dritt tal-Unjoni tista’, kif tfakkar iktar ’il fuq, tiġġustifika li l-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tal-interpretazzjoni testendi għall-kontenut ta’ tali liġijiet, inkluż fl-ipoteżi fejn dawn japplikaw biss b’mod indirett għal sitwazzjoni partikolari, minħabba referenza għalihom li ssir minn liġi tad-dritt nazzjonali, din<?PAGE NO="I-6010"?> l-istess kundsiderazzjoni ma tistax, min-naħa l-oħra, twassal, mingħajr il-ksur tal-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, sabiex din l-imsemmija liġi tad-dritt tal-Unjoni tingħata s-supremazija fuq liġijiet interni ta’ livell superjuri li jkunu jirrikjedu, f’tali sitwazzjoni, li titwarrab l-imsemmija liġi tad-dritt nazzjonali jew l-interpretazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dak kollu li jippreċedi jirriżulta li d-domandi preliminari magħmula mill-Curtea de Apel Bacău, li ma għandhomx bħala suġġett il-verifika ta’ jekk sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 15 tad-Direttiva 2000/43 u 17 tad-Direttiva 2000/78 imma jitilqu mill-preżuppost li dan huwa l-każ sabiex tintalab interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja li, għaldaqstant, l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni ma jistgħux manifestament jiġu applikati, la direttament u lanqas indirettament għall-fatti f’dan il-każ, għandhom jiġu kkunsidrati bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (ir-Rumanija) hija inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>