16.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10748 – MACQUARIE / BCI / NATIONAL GRID / NATIONAL GRID GAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 233/12)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Macquarie Infrastructure u Real Assets (Europe) Limited, parti minn Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

National Grid plc (“National Grid”, ir-Renju Unit),

—

In-negozji tat-trażmissjoni tal-gass u tal-metraġġ tal-gass tan-National Grid (“National Grid Gas”, ir-Renju Unit).

Macquarie, BCI u National Grid jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ National Grid Gas.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Macquarie hija fornitur globali ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni ta’ fondi,

—

BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia fil-Kanada li jinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi f’isem klijenti tas-settur pubbliku fil-British Columbia,

—

National Grid hija s-sid u tħaddem infrastruttura rregolata tal-elettriku u tal-gass fil-Gran Brittanja u fil-Grigal tal-Istati Uniti tal-Amerka,

—

National Grid Gas għandha żewġ attivitajiet kummerċjali prinċipali: (i) is-sid u l-operatur tas-Sistema Nazzjonali ta’ Trażmissjoni tal-gass fil-Gran Brittanja; u (ii) is-sid u l-operatur ta’ negozju ta’ metraġġ tal-gass, National Grid Metering.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10748 – MACQUARIE / BCI / NATIONAL GRID / NATIONAL GRID GAS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.