|
17.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/4 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b’użu doppju (1): Informazzjoni dwar miżuri adottati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 4, 5, 6, 8, 9, 10, 17 u 22
(2020/C 16/04)
L-Artikoli 5, 6, 8, 9, 10, 17 u 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament”) jistabbilixxu li l-miżuri meħuda mill-Istati Membri li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tar-Regolament jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ddeċidew li jippubblikaw ukoll informazzjoni addizzjonali dwar miżuri imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 sabiex jiżguraw li l-esportaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni komprensiva dwar il-kontrolli applikabbli fl-UE kollha.
1. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 4(5) TAR-REGOLAMENT (REKWIŻIT TA’ AWTORIZZAZZJONI FUQ L-ESPORTAZZJONI TA’ OĠĠETTI B’UŻU DOPPJU MHUX ELENKATI FL-ANNESS I)
Stat Membru jista’, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(5), jestendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati, jekk l-esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
L-Artikolu 4(6) tar-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri li jimponu rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4(5), fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I, jinformaw, fejn xieraq, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Il-miżuri ddettaljati kif innotifikati lill-Kummissjoni huma stipulati immedjatament wara dan.
|
Stat Membru |
L-Istat Membru adotta leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(5)? |
|
IL-BELĠJU |
Parzjalment IVA |
|
IL-BULGARIJA |
LE |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
LE |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
LE |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
LE |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
LE |
|
L-ITALJA |
LE |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
LE |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
LE |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
IVA |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
1.1. Il-Belġju
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa, fir-Reġjun Fjamming u fir-Reġjun tal-Wallonja, għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(L-Artikolu 5 tad-Digriet tal-Gvern Fjamming tal-14 ta’ Marzu 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju u l-għoti ta’ assistenza teknika (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tat-2 ta’ Mejju 2014); l-Artikolu 4 tad-Digriet tal-Gvern tal-Wallonja tas-6 ta’ Frar 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tad-19.02.2014)).
1.2. L-Irlanda
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(Ir-Regolament 7 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009 (S.I. Nru 443 tal-2009)).
1.3. Il-Lussemburgu
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 45(1)).
1.4. L-Ungerija
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(Il-Para. 7 tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 dwar “l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani ta’ oġġetti b’użu doppju”).
1.5. L-Awstrija
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(L-Artikolu 5 tal-Ewwel Regolament dwar il-Kummerċ Barrani tal-2011 (l-Erste Außenwirtschaftsverordnung 2011), BGBl. II Nru 343/2011, ippubblikat fit-28 ta’ Ottubru 2011).
1.6. Il-Finlandja
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(Il-Par. 4(4) tal-liġi 562/1996).
1.7. Ir-Renju Unit
Awtorizzazzjoni ta’ esportazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati meta esportatur ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
(L-Artikolu 6(1), 6(2) u 26 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008 (S.I.2008/3231)).
2. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5(2) TAR-REGOLAMENT (ESTENSJONI TA’ KONTROLLI TA’ SENSERIJA)
L-Artikolu 5(2) flimkien mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) u għal oġġetti b’użu doppju għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri li ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Il-miżuri ddettaljati kif innotifikati lill-Kummissjoni huma stipulati immedjatament wara dan.
|
Stat Membru |
L-applikazzjoni tal-kontrolli ta’ senserija stipulati fl-Artikolu 5(1) ġiet estiża fir-rigward tal-Artikolu 5(2)? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
IVA |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
IVA |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
IVA |
|
L-ITALJA |
IVA |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
IVA |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
IVA |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
LE |
2.1. Il-Bulgarija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament, u mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 34, par. 4 tal-Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju, il-Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011, effettiv 30.06.2012).
2.2. Ir-Repubblika Ċeka
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk l-awtorità kompetenti tinforma lis-sensar li oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, jew li oġġetti b’użu doppju huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi finali militari msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament.
(Il-Paragrafu 3 tal-Att Nru 594/2004 Coll. “L-implimentazzjoni tar-Reġim tal-Komunità Ewropea għall-Kontroll tal-Esportazzjonijiet, it-Trasferiment, is-Senserija, u t-Tranżitu ta’ Oġġetti b’Użu Doppju” (kif emendat)).
2.3. L-Estonja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju li għandhom karatteristiċi ta’ oġġetti strateġiċi minħabba l-użu finali jew l-utent finali tagħhom, jew kunsiderazzjoni tas-sigurtà pubblika jew tad-drittijiet tal-bniedem, għalkemm ma jkunux iddaħħlu fil-lista ta’ oġġetti strateġiċi.
(Il-Paragrafu 6(7) tal-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi).
2.4. L-Irlanda
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament u għal oġġetti b’użu doppju għall-użi finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament,
(it-Taqsimiet 8 (a) u (b) tal-Istrument Statutorju 443 tal-2009, l-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009, kif emendata).
2.5. Il-Greċja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament.
(Il-Paragrafu 3.2.3 tad-“Deċiżjoni Ministerjali Nru 121837/e3/21837/28-9-2009”).
2.6. Spanja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu u destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(2) tar-Regolament.
(L-Artikolu 2.3.a).6 u 2.3.b) tad-Digriet Irjali 679/2014, tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar il-kontroll tal-kummerċ barrani f’materjal tad-difiża, materjal ieħor u oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju).
2.7. Il-Kroazja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jekk l-awtorità kompetenti tinforma lis-sensar li oġġetti b’użu doppju huma jew jistgħu jkunu, fl-intier tagħhom jew parzjalment, maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(2) tar-Regolament.
(L-Att dwar il-Kontroll ta’ oġġetti b’użu doppju (OG 80/11 i 68/2013)).
2.8. L-Italja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) jew 4(2) tar-Regolament;
(l-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 221/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017, fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2018).
2.9. Il-Latvja
Skont il-Liġi Latvjana dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Oġġetti Strateġiċi, it-tranżazzjonijiet kollha ta’ senserija għal oġġetti b’użu doppju jiġu kkontrollati, irrispettivament mill-użu tagħhom.
(L-Artikolu 5(7) tal-Liġi dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Oġġetti Strateġiċi tal-21 ta’ Ġunju 2007).
2.10. Il-Lussemburgu
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, u għall-użi finali u d-destinazzjonijiet militari kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 42(1)).
2.11. L-Ungerija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament, u għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament.
(Il-Par. 17.1 tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 dwar “l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani ta’ oġġetti b’użu doppju”).
2.12. In-Netherlands
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament u għal oġġetti b’użu doppju, meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament.
(Att dwar is-Servizzi Strateġiċi - Wet strategische diensten).
Għandha wkoll tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ 37 sustanza kimika meta d-destinazzjoni tkun l-Iraq, irrispettivament mid-destinatarju speċifiku jew l-utent finali.
(Oġġetti b’Użu Doppju tad-Digriet - Iraq - Regeling goederen voor tweeërlei gebruik Irak).
2.13. L-Awstrija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk l-awtorità kompetenti tinnotifika lis-sensar li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(2) tar-Regolament.
(L-Artikolu 15.1 tal-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Außenwirtschaftsgesetz 2011, BGBl. I Nru 26/2011)).
2.14. Ir-Rumanija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament jekk l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(2) tar-Regolament.
(L-Artikolu 14(2) tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 119 tat-23 ta’ Diċembru 2010 (GEO Nru 119/2010) dwar ir-“reġim ta’ kontroll għall-operazzjonijiet li jikkonċernaw oġġetti b’użu doppju”).
2.15. Il-Finlandja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jekk is-sensar ikun ġie nnotifikat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament, u għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jekk is-sensar ikun ġie nnotifikat mill-awtorità kompetenti li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament.
(Il-Paragrafi 3(2) u 4(1) tal-Liġi 562/1996).
3. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5(3) TAR-REGOLAMENT (ESTENSJONI TA’ KONTROLLI TA’ SENSERIJA)
L-Artikolu 5(3) flimkien mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri li jimponu rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq is-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju, jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li dawn l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1).
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri u li ġew innotifikati lill-Kummissjoni. Il-miżuri ddettaljati kif innotifikati lill-Kummissjoni huma stipulati immedjatament wara dan.
|
Stat Membru |
Il-kontrolli tas-senserija ġew estiżi fir-rigward tal-Artikolu 5(3)? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
IVA |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
IVA |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
IVA |
|
L-ITALJA |
IVA |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
IVA |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
IVA |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
LE |
3.1. Il-Bulgarija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 47 tal-Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju (Promulgat, Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011)).
3.2. Ir-Repubblika Ċeka
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti b’użu doppju huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, is-sensar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li tista’ tiddeċiedi li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
(Il-Par. 3(4) tal-Att Nru 594/2004 Coll. “L-implimentazzjoni tar-Reġim tal-Komunità Ewropea għall-Kontroll tal-Esportazzjonijiet, it-Trasferiment, is-Senserija, u t-Tranżitu ta’ Oġġetti b’Użu Doppju”).
3.3. L-Estonja
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti b’użu doppju huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, is-sensar għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar Oġġetti Strateġiċi (SGC), lill-awtoritajiet tal-pulizija jew lill-awtoritajiet tas-sigurtà immedjatament b’dan. Wara din in-notifika, l-SGC tista’ tiddeċiedi li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
(Il-Par. 77 tal-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi).
3.4. L-Irlanda
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(It-Taqsima 9 tal-Istrument Statutorju 443 tal-2009, l-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009).
3.5. Il-Greċja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 3.2.2 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 121837/e3/21837/28-9-2009).
3.6. Spanja
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, li għalihom huwa jipproponi servizzi ta’ senserija, huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għal kwalunkwe użu u destinazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u 4(2), huwa għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li għandha tiddeċiedi jekk dawn is-servizzi ta’ senserija humiex soġġetti għal awtorizzazzjoni jew le.
(L-Artikolu 2.3.c) tad-Digriet Irjali 679/2014, tal-1 ta’ Awwissu 2014 dwar il-kontroll tal-kummerċ barrani f’materjal tad-difiża, materjal ieħor u oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju).
3.7. Il-Kroazja
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament, huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) u 4(2) tar-Regolament, is-sensar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li tista’ tiddeċiedi li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
(Il-Par. 3 tal-Att dwar il-Kontroll ta’ oġġetti b’użu doppju (OG 80/11 i 68/2013)).
3.8. L-Italja
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 221/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017, fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2018).
3.9. Il-Latvja
Skont il-Liġi Latvjana dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Oġġetti Strateġiċi, it-tranżazzjonijiet kollha ta’ senserija għal oġġetti b’użu doppju jiġu kkontrollati irrispettivament mill-użu tagħhom.
(L-Artikolu 5(7) tal-Liġi dwar iċ-Ċirkolazzjoni ta’ Oġġetti Strateġiċi tal-21 ta’ Ġunju 2007).
3.10. Il-Lussemburgu
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 42(2)).
3.11. L-Ungerija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 17(2) tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 “dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani ta’ oġġetti b’użu doppju”).
3.12. In-Netherlands
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 4a(5) tal-Att dwar is-Servizzi Strateġiċi - Wet strategische diensten).
3.13. L-Awstrija
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti b’użu doppju, huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, is-sensar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li tista’ tiddeċiedi li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
(L-Artikolu 5 tal-Ewwel Regolament dwar il-Kummerċ Barrani tal-2011 (l-Erste Außenwirtschaftsverordnung 2011), BGBl. II Nru 343/2011, ippubblikat fit-28 ta’ Ottubru 2011).
3.14. Ir-Rumanija
Għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għas-senserija ta’ oġġetti b’użu doppju jekk is-sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 3 tal-Artikolu 14 tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 119 tat-23 ta’ Diċembru 2010 (GEO Nru 119/2010) dwar is-sistema ta’ kontroll għal operazzjonijiet li jirrigwardaw oġġetti b’użu doppju).
3.15. Il-Finlandja
Jekk sensar ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti b’użu doppju huma jew jistgħu jkunu maħsuba għal kwalunkwe użu msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament, is-sensar għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti, li tista’ tiddeċiedi li timponi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni.
(Il-Par.3.2, 4.4 tal-liġi 562/1996).
4. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 6(2) TAR-REGOLAMENT (ESTENSJONI TA’ KONTROLLI TA’ TRANŻITU)
L-Artikolu 6(2) flimkien mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jimponu f’każijiet individwali rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-tranżitu speċifiku ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fl-Anness I jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.
|
Stat Membru |
Id-dispożizzjonijiet tal-kontroll tat-tranżitu tal-Artikolu 6(1) ġew estiżi fir-rigward tal-Artikolu 6(2)? |
|
IL-BELĠJU |
Parzjalment IVA |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
LE |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
IVA |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
IVA |
|
L-ITALJA |
IVA |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
LE |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
IVA |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
4.1. Il-Belġju
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati, fir-Reġjun Fjamming u fir-Reġjun tal-Wallonja, meta l-awtorità tinforma lill-intermedjarju jew meta l-intermedjarju jkollu raġunijiet validi biex jissuspetta li l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 6 u 7 tad-Digriet tal-Gvern Fjamming tal-14 ta’ Marzu 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju u l-għoti ta’ assistenza teknika (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tat-02.05.2014); l-Artikolu 5 u 6 tad-Digriet tal-Gvern tal-Wallonja tas-6 ta’ Frar 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tad-19.02.2014)).
4.2. Il-Bulgarija
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikoli 48-50 tal-“Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju”, il-Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011).
4.3. Il-Ġermanja
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(It-Taqsima 44 tar-Regolament Ġermaniż dwar il-Kummerċ u l-Ħlasijiet Barranin - Aussenwirtschaftsverordnung — AWV).
4.4 L-Estonja
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 3, 6 u 7 tal-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi (SGA)).
4.5. L-Irlanda
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(It-Taqsima 10 tal-Istrument Statutorju 443 tal-2009, l-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009).
4.6. Il-Greċja
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 3.3.2 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 121837/e3/21837/28-9-2009).
4.7. Il-Kroazja
Awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati - imsejħa wkoll Liċenzja ta’ Tranżitu Speċjali - tista’ tkun meħtieġa meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Att dwar il-Kontroll ta’ oġġetti b’użu doppju (OG 80/11 i 68/2013).
4.8. L-Italja
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament.
(L-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 221/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017, fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2018).
4.9. Il-Lussemburgu
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 43(1)).
4.10. L-Ungerija
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 18 tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani ta’ oġġetti b’użu doppju).
4.11. L-Awstrija
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Kummerċ Barrani tal-2011 - Außenwirtschaftsgesetz 2011, BGBl. I Nru 26/2011).
4.12. Ir-Rumanija
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par. 1 tal-Artikolu 15 tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 119 tat-23 ta’ Diċembru 2010 (GEO Nru 119/2010) “dwar is-sistema ta’ kontroll għal operazzjonijiet li jirrigwardaw oġġetti b’użu doppju”).
4.13. Il-Finlandja
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(Il-Par.3.3 tal-liġi 562/1996).
4.14. Ir-Renju Unit
Tista’ tkun meħtieġa awtorizzazzjoni għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati meta l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament.
(L-Artikolu 8(1), 17 u 26 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008, kif emendata bl-Ordni tal-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Emenda) (Nru 3) tal-2009 (S.I. 2009/2151)).
5. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 6(3) TAR-REGOLAMENT (ESTENSJONI TA’ KONTROLLI TA’ TRANŻITU)
L-Artikolu 6(3) flimkien mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) għal oġġetti b’użu doppju mhux elenkati għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1) u għal oġġetti b’użu doppju għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.
|
Stat Membru |
Id-dispożizzjonijiet tal-kontroll tat-tranżitu stipulati fl-Artikolu 6(1) ġew estiżi fir-rigward tal-Artikolu 6(3)? |
|
IL-BELĠJU |
Parzjalment IVA |
|
IL-BULGARIJA |
LE |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
IVA |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
IVA |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
IVA |
|
L-ITALJA |
IVA |
|
ĊIPRU |
IVA |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
IVA |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
5.1. Il-Belġju
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtoritajiet kompetenti, fir-Reġjun Fjamming u fir-Reġjun tal-Wallonja, jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtoritajiet kompetenti, fir-Reġjun Fjamming u fir-Reġjun tal-Wallonja, jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 6 u 7 tad-Digriet tal-Gvern Fjamming tal-14 ta’ Marzu 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju u l-għoti ta’ assistenza teknika (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tat-02.05.2014); l-Artikolu 5 u 6 tad-Digriet tal-Gvern tal-Wallonja tas-6 ta’ Frar 2014 li jirregola l-esportazzjoni, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju (il-Gazzetta Uffiċjali Belġjana tad-19.02.2014).
5.2. Ir-Repubblika Ċeka
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Par. 13b tal-Att Nru 594/2004 Coll. “L-implimentazzjoni tar-Reġim tal-Komunità Ewropea għall-Kontroll tal-Esportazzjonijiet, it-Trasferiment, is-Senserija, u t-Tranżitu ta’ Oġġetti b’Użu Doppju” (1)).
5.3. L-Estonja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Par. 3, 6 u 7 tal-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi (SGA)).
5.4. L-Irlanda
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(It-Taqsima 11 tal-Istrument Statutorju 443 tal-2009, l-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009).
5.5. Il-Greċja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Par. 3.3.3. tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 121837/e3/21837/28-9-2009).
5.6. Spanja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 11 tal-Att 53/2007).
5.7. Il-Kroazja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Att dwar il-Kontroll ta’ oġġetti b’użu doppju (OG 80/11 i 68/2013)).
5.8. L-Italja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 221/2017 tal-15 ta’ Diċembru 2017, fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2018).
5.9. Ċipru
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 5(3) tal-Ordni Ministerjali 312/2009).
5.10. Il-Lussemburgu
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 43(2)).
Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mibgħuta mingħajr trasbord jew bidla fil-mezz ta’ trasport (l-ebda trasbord jew bidla fit-trasferiment ma għandhom jitqiesu bħala r-rilaxx, għall-finijiet li tiġi żgurata l-merkanzija, ta’ oġġetti fuq vapur jew inġenju tal-ajru, sakemm tali oġġetti jiġu imbarkati mill-ġdid fuq l-istess vapur jew inġenju tal-ajru), u għat-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju li għalihom diġà hemm awtorizzazzjoni ġenerali ta’ esportazzjoni mill-Unjoni Ewropea.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 43(3)).
5.11. L-Ungerija
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Par. 18 tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 “dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani għal oġġetti b’użu doppju”).
5.12. In-Netherlands
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 4a(1) u (2) tad-Digriet għall-Oġġetti Strateġiċi - Besluit strategische goederen).
5.13. L-Awstrija
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Kummerċ Barrani tal-2011 (Außenwirtschaftsgesetz 2011, BGBl. I Nru 26/2011).
5.14. Ir-Rumanija
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 15(2) tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 119 tat-23 ta’ Diċembru 2010 (GEO Nru 119/2010).
5.15. Il-Finlandja
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(Il-Par. 3.3 u 4.1 tal-liġi 562/1996).
5.16. Ir-Renju Unit
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati u mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użi msemmija fl-Artikolu 4(1).
It-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux tal-Unjoni jista’ jkun ipprojbit mill-awtorità kompetenti jekk l-oġġetti huma jew jistgħu jkunu maħsuba, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-użu finali u d-destinazzjonijiet militari msemmija fl-Artikolu 4(2).
(L-Artikolu 8(2), 17(3) u 26 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008, kif emendata mill-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni (Emenda) (Nru 3) tal-2009 (S.I.2009/2151)).
6. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 8 TAR-REGOLAMENT (ESTENSJONI TA’ KONTROLLI GĦAL OĠĠETTI MHUX ELENKATI GĦAL RAĠUNIJIET TA’ SIGURTÀ PUBBLIKA JEW MINĦABBA KUNSIDERAZZJONIJIET TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM)
L-Artikolu 8(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri li jipprojbixxu jew jimponu rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.’
|
Stat Membru |
Ġew implimentati kontrolli addizzjonali li jikkonċernaw oġġetti mhux elenkati għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-Artikolu 8(1)? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
IVA |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
IVA |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
IVA |
|
IL-GREĊJA |
LE |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
IVA |
|
IL-KROAZJA |
LE |
|
L-ITALJA |
LE |
|
ĊIPRU |
IVA |
|
IL-LATVJA |
IVA |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
LE |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
LE |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
6.1. Il-Bulgarija
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita, minn att tal-Kunsill tal-Ministri, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Artikolu 34(1), рar. 3 tal-Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju, il-Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011).
6.2. Ir-Repubblika Ċeka
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita, minn Ordni tal-Gvern, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(Il-Par. 3(1)(d) tal-Att Nru 594/2004 Coll).
6.3. Il-Ġermanja
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
It-Taqsima 8(1) Nru 2 tar-Regolament dwar il-Kummerċ u l-Ħlasijiet Barranin (Aussenwirtschaftsverordnung - AWV)).
Din il-miżura nazzjonali tapplika għall-oġġetti li ġejjin fil-Lista Ġermaniża tal-Kontroll tal-Esportazzjoni:
|
— 2B909 |
Magni flow forming u magni b’funzjonijiet ikkombinati ta’ flow forming u spin-forming, għajr dawk regolati permezz ta’ 2B009, 2B109 jew 2B209 fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 kif emendat, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:
|
|
— 2B952 |
Tagħmir li jista’ jintuża fl-immaniġġjar ta’ materjal bijoloġiku, għajr dak ikkontrollat permezz ta’ 2B352 fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 kif emendat, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun l-Iran, il-Korea ta’ Fuq jew is-Sirja:
|
|
— 2B993 |
Tagħmir għad-depożizzjoni ta’ kisi metalliku għal sottostrati non-elettroniċi kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għal dawn, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun l-Iran:
|
|
— 5A902 |
Sistemi ta’ sorveljanza, tagħmir u komponenti għall-ICT (Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni) għal netwerks pubbliċi, meta d-destinazzjoni tkun tinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u barra ż-żoni elenkati fl-Anness IIa, Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif ġej:
|
|
— 5A911 |
Stazzjonijiet bażi għal “radju bil-fil” diġitali jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun is-Sudan jew is-Sudan t’Isfel. Nota teknika: “Radju bil-fil” hija proċedura ta’ komunikazzjonijiet bir-radju ċellulari fejn l-abbonati mobbli jiġu assenjati fili ta’ frekwenza għall-komunikazzjoni. Ir-“radju bil-fil” diġitali (eż. TETRA, radju terrestri bil-fil) juża modulazzjoni diġitali. |
|
— 5D902 |
“Softwer”, meta d-destinazzjoni tkun tinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u barra ż-żoni elenkati fl-Anness IIa Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009, kif ġej:
|
|
— 5D911 |
“Softwer” iddiżinjat jew immodifikat apposta għall-“użu” ta’ tagħmir, li huwa rregolat permezz tal-prodott 5 A911, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun is-Sudan jew is-Sudan t’Isfel. |
|
— 5E902 |
“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” u l-“użu” ta’ installazzjonijiet, funzjonijiet jew karatteristiċi ta’ prestazzjoni kkontrollati minn 5A902 jew “softwer” ikkontrollat minn 5D902, fejn id-destinazzjoni tkun tinsab barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u barra ż-żoni elenkati fl-Anness IIA Parti 2 tar-Regolament (KE) Nru 428/2009. |
|
— 6A908 |
Sistemi ta’ navigazzjoni jew ta’ sorveljanza li jaħdmu bir-radar għall-kontroll tat-traffiku bil-baħar jew bl-ajru, li mhumiex ikkontrollati permezz tal-oġġetti 6A008 jew 6A108 fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 kif emendat, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun l-Iran. |
|
— 6D908 |
“Softwer”, żviluppat jew immodifikat apposta għall-“iżvilupp”, għall-“produzzjoni” jew għall-“użu” tat-tagħmir ikkontrollat permezz ta’ 6A908, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun l-Iran. |
|
— 9A991 |
Vetturi ta’ fuq l-art li mhumiex koperti mill-Parti I A tal-Lista tal-Kontroll tal-Esportazzjoni, kif ġej:
|
|
— 9A992 |
Trakkijiet, kif ġej:
|
|
— 9A993 |
Ħelikopters, sistemi ta’ trasferiment tal-forza għall-ħelikopters, magni b’turbini tal-gass u sistemi ta’ qawwa awżiljara (APUs) għall-użu f’ħelikopters, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun Kuba, l-Iran, il-Libja, il-Mjanmar, il-Korea ta’ Fuq, is-Somalja jew is-Sirja. |
|
— 9A994 |
Magni li jiksħu bl-arja (magni ajrunawtiċi) b’kapaċità kubika ta’ 100 cm3 jew aktar u ta’ 600 cm3 jew inqas, li jistgħu jintużaw f’“vetturi tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ, kif ukoll komponenti ddiżinjati apposta għalihom, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun l-Iran. |
|
— 9E991 |
“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija għall-“iżvilupp” jew għall-“produzzjoni” tat-tagħmir ikkontrollat permezz ta’ 9A993, jekk il-pajjiż li qed jixtri jew il-pajjiż tad-destinazzjoni jkun Kuba, l-Iran, il-Libja, il-Mjanmar, il-Korea ta’ Fuq, jew is-Sirja. |
|
— 9E992 |
“Teknoloġija” skont in-Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija, għajr dik ikkontrollata minn 9E101b fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 kif emendat, għall-“produzzjoni” ta’ “vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAVs”), jekk id-destinazzjoni tkun barra mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u barra miż-żoni elenkati fl-Anness IIa, Parti 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009. |
Ir-rekwiżit tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni skont it-Taqsima 5(d) AWV għal oġġetti mhux elenkati jkompli japplika fit-taqsima 9 AWV.
Skont it-Taqsima 6 tal-Att dwar il-Kummerċ u l-Pagamenti Barranin (Aussenwirtschaftsgesetz - AWG), tranżazzjonijiet, tranżazzjonijiet legali u azzjonijiet jistgħu jiġu ristretti, jew obbligi ta’ azzjoni jistgħu jiġu imposti permezz ta’ att amministrattiv, sabiex jiġi evitat periklu li jirrigwarda f’każ individwali l-interessi, pereżempju l-interessi vitali tas-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-koeżistenza paċifika tan-nazzjonijiet, ir-relazzjonijiet barranin tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-ordni pubbliku jew is-sigurtà tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
6.4. L-Estonja
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita, minn deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar Oġġetti Strateġiċi, għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(Il-Par. 2(11) u 6(2) tal-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi).
6.5. L-Irlanda
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(It-Taqsima 12(2) tal-Istrument Statutorju 443 tal-2009, l-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Oġġetti b’Użu Doppju) tal-2009, kif emendata).
6.6. Franza
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. (Digriet Nru 2010-292).
Kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju ġew adottati, kif stabbilit fl-ordnijiet li ġejjin: L-Ordni Ministerjali tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar l-esportazzjoni ta’ ċerti ħelikopters u l-ispare parts tagħhom lejn pajjiżi terzi (Ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Franċiża tat-8 ta’ Awwissu 2014) u l-Ordni Ministerjali tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar l-esportazzjoni ta’ gass tad-dmugħ u ta’ aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet lejn pajjiżi terzi (Ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali Franċiża tat-8 ta’ Awwissu 2014).
6.7. Ċipru
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita mill-Ministeru tal-Enerġija, il-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Artikoli 5(3) u 10(c) tal-Ordni Ministerjali 312/2009).
6.8. Il-Latvja
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita mill-Kumitat ta’ Kontroll tal-Oġġetti Strateġiċi għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(Ir-Regolament tal-Kabinett tal-Ministri Nru 645 tal-25 ta’ Settembru 2007 - “Regolament dwar il-Lista Nazzjonali ta’ Oġġetti u Servizzi Strateġiċi” - maħruġ f’konformità mal-“Liġi dwar l-Immaniġġar ta’ Oġġetti Strateġiċi”, l-Artikolu 3, l-Ewwel Parti).
Kontrolli nazzjonali fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju japplikaw għal-Lista Nazzjonali ta’ Oġġetti u Servizzi Strateġiċi (Anness tar-Regolament Nru 645), disponibbli fuq is-sit web li ġej:
https://likumi.lv/doc.php?id=163892.
6.9. Il-Lussemburgu
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
L-esportatur li jkun jaf jew jissuspetta li tali esportazzjoni jew dawn il-prodotti jaffettwaw jew aktarx li jaffettwaw is-sigurtà nazzjonali jew barranija tal-pajjiż tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew is-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem, għandu jinforma lill-Ministri responsabbli għall-Kummerċ Barrani u l-Affarijiet Barranin li jgħarrfu lill-esportatur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu dwar il-ħtieġa li jitolbu l-awtorizzazzjoni jew le.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018, l-Artikolu 45(2)).
6.10. In-Netherlands
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Artikolu 4 tad-Digriet għall-Oġġetti Strateġiċi - Besluit strategische goederen).
Kontrolli nazzjonali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti għar-repressjoni interna lejn is-Sirja u s-servizzi ta’ senserija lis-Sirja u għall-esportazzjoni ta’ oġġetti għar-repressjoni interna lejn l-Eġittu u l-Ukrajna:
(Oġġetti b’Użu Doppju tad-Digriet - Regeling goederen voor tweeërlei gebruik).
Ġew imposti rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ 37 sustanza kimika lejn l-Iraq, irrispettivament mid-destinatarju speċifiku jew l-utent finali.
(Oġġetti b’Użu Doppju tad-Digriet Iraq – Regeling goederen voor tweeërlei gebruik Irak).
6.11. L-Awstrija
L-esportazzjoni jew it-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Artikolu 20 tal-Att dwar il-Kummerċ Barrani tal-2011 (Außenwirtschaftsgesetz 2011, BGBl. I Nru 26/2011)).
6.12. Ir-Rumanija
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Artikolu 7 tal-Ordni ta’ Emerġenza Nru 119 tat-23 ta’ Diċembru 2010 (GEO Nru 119/2010) dwar is-sistema ta’ kontroll għal operazzjonijiet li jirrigwardaw oġġetti b’użu doppju).
6.13. Ir-Renju Unit
L-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament tista’ tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni jew ipprojbita għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika jew minħabba kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.
(L-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008).
Il-lista tal-oġġetti kkontrollati b’użu doppju tar-Renju Unit hija stabbilita fl-Iskeda 3 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008 (S.I. 2008/3231) kif emendata mill-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Emenda) (Nru 2) tal-2010 (S.I. 2010/2007) u mill-Ordni tal-Kontroll tal-Esportazzjonijiet (Emenda) (Nru 2) tal-2019 (S.I. 2019/1159), kif ġej:|
|
SKEDA 3 L-Iskeda msemmija fl-Artikoli 2 u 4 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008 OĠĠETTI, SOFTWER U TEKNOLOĠIJA B’UŻU DOPPJU KKONTROLLATI TAR-RENJU UNIT |
Nota: F’din l-Iskeda, it-termini ddefiniti qed jidhru stampati bejn virgoletti doppji.
Definizzjonijiet
F’din l-Iskeda:
“żvilupp” tfisser l-istadji kollha qabel il-“produzzjoni” (pereżempju, id-disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immontar u l-ittestjar ta’ prototipi, skemi ta’ produzzjoni bi prova, data tad-disinn, il-proċess ta’ trasformazzjoni tad-data tad-disinn f’oġġetti, disinn ta’ konfigurazzjoni, disinn ta’ integrazzjoni, arranġamenti skont pjan);
“materjali enerġetiċi” tfisser sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament sabiex joħorġu l-enerġija meħtieġa għall-applikazzjoni maħsuba tagħhom; “splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi;
“firem splussivi” huma fatturi li huma karatteristiċi ta’ splussivi fi kwalunkwe forma qabel il-bidu tagħhom, kif skopert permezz tat-teknoloġija inkluż, iżda mhux limitat għal spettrometrija tal-mobbiltà jonika, kemiluminixxenza, fluworexxenza, metodi tekniċi nukleari, akustiċi jew elettromanjetiċi;
“splussivi” tfisser sustanzi jew taħlitiet ta’ sustanzi solidi, likwidi jew bħala gass li, fl-applikazzjoni tagħhom primarjament bħala booster, jew iċċarġjar ewlieni f’applikazzjoni ta’ testata, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ u applikazzjonijiet oħra, huma meħtieġa li jiddetonaw;
“apparat splussiv improvizzat” tfisser apparat iffabbrikat jew maħsub li jitqiegħed f’manjiera improvizzata li jinkludi kimiċi distruttivi, letali, ta’ ħsara, “pirotekniċi” jew inċendjarji ddisinjati sabiex jeqirdu, jisfiguraw jew jagħtu fastidju; jistgħu jinkorporaw ħażniet militari, iżda huma normalment imfassla minn komponenti mhux militari;
“veikoli-eħfef-mill-arja” tfisser bżieżaq volanti u inġenji tal-ajru li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħall-elju jew l-idroġenu biex jitilgħu;
“separati minn qabel” tfisser l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe proċess maħsub sabiex iżid il-konċentrazzjoni ta’ iżotopi kkontrollati;
“produzzjoni” tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni (pereżempju, l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-immontar, l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-assigurazzjoni tal-kwalità ta’ prodott);
“propellanti” tfisser sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament sabiex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu f’rati kkontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku;
“pirotekniku(iċi)” tfisser taħlitiet ta’ karburanti solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni kimika enerġetika b’rata kkontrollata maħsuba biex jipproduċu dewmien speċifiku fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infra-ħamra; il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja;
“meħtieġ” kif applikata għat-“teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa pekuljarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kkontrollati ta’ prestazzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn oġġetti differenti u l-użu maħsub tat-“teknoloġija” huwa irrilevanti għal jekk hijiex “meħtieġa” jew le;
“teknoloġija” tfisser “informazzjoni” speċifika meħtieġa għall-“iżvilupp”, “il-produzzjoni” jew “l-użu” ta’ oġġetti jew “softwer”;
Nota Teknika:
“Informazzjoni” jista’ jkollha forom li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, “kodiċi tas-sors”, disinni tal-inġinerija u speċifikazzjonijiet, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq midja jew tagħmir oħrajn (pereżempju diska, tejp, memorji li jaqraw biss);
“il-kodiċi tas-sors” (jew il-lingwa tas-sors) hija espressjoni konvenjenti ta’ proċess wieħed jew aktar li jista’ jinbidel permezz ta’ sistema ta’ programmar f’forma eżegwibbli permezz ta’ tagħmir.
“użu” tfisser it-tħaddim, l-installazzjoni (pereżempju installazzjoni fuq il-post), il-manutenzjoni, il-verifika, it-tiswija, it-tiswija ġenerali u l-irranġar;
“vaċċini” huma prodotti mediċinali f’formulazzjoni farmaċewtika liċenzjata minn, jew li għandha awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni jew prova klinika minn, l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż tal-manifattura jew tal-użu, li huma maħsuba sabiex jistimulaw rispons immunoloġiku protettiv fil-bnedmin jew fl-annimali sabiex jipprevjenu mard fuq min jiġu amministrati.
Oġġetti u teknoloġija relatati ma’ splussivi
|
PL8001 |
L-esportazzjoni jew “it-trasferiment b’mezzi elettroniċi” tal-oġġetti jew “it-teknoloġija” li ġejjin hija pprojbita lejn kwalunkwe destinazzjoni li tinsab barra minn dawn kollha li ġejjin: “it-territorju tad-dwana”, l-Awstralja, New Zealand, il-Kanada, in-Norveġja, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġappun:
|
Materjali, sustanzi kimiċi, mikroorganiżmi u tossini
|
PL9002 |
L-esportazzjoni tal-oġġetti li ġejjin hija pprojbita lejn kwalunkwe destinazzjoni: “Materjali enerġetiċi”, kif ġej, u t-taħlitiet li jkollhom waħda jew aktar minn dawn:
Nota: PL9002 ma tikkontrollax “propellanti” b’bażi waħda, doppja u trippla. |
|
PL9003 |
L-esportazzjoni tal-oġġetti li ġejjin hija pprojbita lejn kwalunkwe destinazzjoni: “Vaċċini” għal protezzjoni kontra:
|
|
PL9004 |
L-esportazzjoni tal-oġġetti li ġejjin hija pprojbita lejn kwalunkwe destinazzjoni: Americium-241, -242m jew -243 “separat minn qabel” fi kwalunkwe forma. Nota: PL9004 ma tikkontrollax oġġetti b’ kontenut ta’ americium ta’ 10 grammi jew inqas. |
Telekomunikazzjonijiet u teknoloġija relatata
|
PL9005 |
L-esportazzjoni jew “it-trasferiment b’mezzi elettroniċi” tal-oġġetti jew “it-teknoloġija” li ġejjin huma pprojbiti lejn kull destinazzjoni fl-Iran:
NB: Ara l-Artikolu 18 ta’ din l-Ordni (Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008) għal eċċezzjonijiet mill-kontrolli fuq it-“teknoloġija”. |
Tagħmir ta’ skoperta
|
PL9006 |
L-esportazzjoni ta’ tagħmir “li jaħdem b’mod elettrostatiku” għall-iskoperta ta’ “splussivi”, għajr tagħmir ta’ skoperta speċifikat fl-Iskeda 2, PL8001.a.1 jew f’1A004.d. fl-Anness I għar-“Regolament tal-użu doppju”, hija pprojbita lejn kwalunkwe destinazzjoni fl-Afganistan jew fl-Iraq. Nota Teknika: “Li jaħdem b’mod elettrostatiku” tfisser permezz ta’ ċarġ iġġenerat b’mod elettrostatiku. |
Bastimenti u softwer u teknoloġija relatati
|
PL9008 |
L-esportazzjoni jew “it-trasferiment b’mezzi elettroniċi” tal-oġġetti, “is-softwer” jew “it-teknoloġija” li ġejjin, huma pprojbiti lejn kull destinazzjoni fl-Iran:
|
Inġenji tal-ajru u teknoloġija relatata
|
PL9009 |
L-esportazzjoni jew “it-trasferiment b’mezzi elettroniċi” tal-oġġetti jew “it-teknoloġija” li ġejjin huma pprojbiti lejn kull destinazzjoni fl-Iran:
|
Armi tan-nar
N.B. Armi tan-nar u munizzjon militari huma kkontrollati f’ML1, ML2 u ML3 fl-Iskeda 2.
|
PL9010 |
Fejn ir-“Regolament dwar l-armi tan-nar” ma japplikax, l-esportazzjoni ta’ “armi tan-nar”, tal-“partijiet” u tal-“komponenti essenzjali” u tal-“munizzjon” tagħhom, kif ġej, hija pprojbita għal kwalunkwe destinazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea: N.B.: Ara wkoll ir-“Regolament dwar l-armi tan-nar” għall-esportazzjoni ta’ “armi tan-nar” lejn Stati Membri mhux tal-UE.
Nota:PL9010.a. tinkludi “armi tan-nar” ta’ qabel l-1938, “armi tan-nar” b’kanna lixxa ta’ wara l-1937 li mhumiex kompletament awtomatiċi jew iddiżinjati apposta għall-użu militari u “armi tan-nar” ta’ wara l-1937 li jużaw “munizzjon” fi skartoċċ li ma jisparax miċ-ċentru (pereżempju li jispara mix-xifer) u li mhumiex tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku.
|
|
PL9011 |
Fejn ir-“Regolament dwar l-armi tan-nar” ma japplikax, l-esportazzjoni ta’ “armi tan-nar”, ta’ tagħmir, ta’ “komponenti essenzjali”, ta’ suppressuri jew ta’ moderaturi tal-ħoss u ta’ “munizzjon”, kif ġej, hija pprojbita għal kwalunkwe destinazzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea: N.B.: Ara wkoll ir-Regolament dwar l-armi tan-nar u PL9010 għall-esportazzjonijiet ta’ “armi tan-nar” minn Stati Membri mhux tal-UE.
Nota:PL9011.a. tinkludi “armi tan-nar” ta’ qabel l-1938, “armi tan-nar” b’kanna lixxa ta’ wara l-1937 li mhumiex kompletament awtomatiċi jew iddiżinjati apposta għall-użu militari u “armi tan-nar” ta’ wara l-1937 li jużaw “munizzjon” fi skartoċċ li ma jisparax miċ-ċentru (pereżempju li jispara mix-xifer) u li mhumiex tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku.
|
Bastimenti sommerġibbli u oġġetti, softwer u teknoloġija relatati
|
PL9012 |
L-esportazzjoni jew “it-trasferiment b’mezzi elettroniċi” tal-oġġetti, “is-softwer” jew “it-teknoloġija” li ġejjin huma pprojbiti lejn kull destinazzjoni fir-Russja:
Nota Teknika: “Vetturi sommerġibbli” jinkludu vetturi bl-ekwipaġġ, mingħajr ekwipaġġ, marbuta jew mhux marbuta.”. |
7. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 9(4)(B) TAR-REGOLAMENT (AWTORIZZAZZJONIJIET ĠENERALI NAZZJONALI TAL-ESPORTAZZJONI)
L-Artikolu 9(4)(b) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika miżuri meħuda mill-Istati Membri fir-rigward ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ġenerali nazzjonali tal-esportazzjoni maħruġa jew immodifikata.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar’ il quddiem.
|
Stat Membru |
L-Istat Membru tiegħek ħareġ jew immodifika xi awtorizzazzjoni nazzjonali ġenerali tal-esportazzjoni fir-rigward tal-Artikolu 9? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
LE |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
LE |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
IVA |
|
L-ESTONJA |
LE |
|
L-IRLANDA |
LE |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
IVA |
|
IL-KROAZJA |
Iva (imma MHUX qed jintuża) |
|
L-ITALJA |
IVA |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
LE |
|
L-UNGERIJA |
LE |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
IVA |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
LE |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
Iva (imma MHUX qed jintuża) |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
7.1. Il-Ġermanja
Hemm fis-seħħ ħames Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni fil-Ġermanja:
|
1 |
L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nru 12 għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju taħt ċertu limitu ta’ valur; |
|
2 |
L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nru 13 għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju f’ċerti ċirkostanzi; |
|
3 |
L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nru 14 għall-valvijiet u l-pompi; |
|
4 |
L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nru 16 għat-telekomunikazzjonijiet u s-sigurtà tad-data; |
|
5 |
L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nru 17 għall-varjaturi tal-frekwenza. |
7.2. Il-Greċja
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni tapplika għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin: l-Arġentina, il-Kroazja, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa, l-Ukrajna, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel.
(Deċiżjoni Ministerjali Nru 125263/e3/25263/6-2-2007).
7.3. Franza
Hemm fis-seħħ seba’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni fi Franza:
|
1 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għal oġġetti industrijali, kif iddefinita fid-digriet tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti industrijali soġġetti għal kontroll strateġiku fil-Komunità Ewropea [kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 176 tat-30 ta’ Lulju 2002 (test 11) u kif emendat mid-digriet tal-21 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-31 ta’ Lulju 2004 (test 5)]; |
|
2 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għal prodotti kimiċi, kif iddefinita fid-digriet tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-esportazzjoni ta’ prodotti kimiċi b’użu doppju [kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 176 tat-30 ta’ Lulju 2002 (test 12) u kif emendat mid-digriet tal-21 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-31 ta’ Lulju 2004 (test 6)]; |
|
3 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għall-grafit, kif iddefinita fid-digriet tat-18 ta’ Lulju 2002 dwar l-esportazzjoni ta’ grafit ta’ kwalità nukleari [kif ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża Nru 176 tat-30 ta’ Lulju 2002 (test 13) u kif emendat mid-digriet tal-21 ta’ Ġunju 2004 dwar it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-31 ta’ Lulju 2004 (test 7)]; |
|
4 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għal prodotti bijoloġiċi, kif iddefinita fid-digriet tal-14 ta’ Mejju 2007 u emendat mid-digriet tat-18 ta’ Marzu 2010 dwar l-esportazzjoni ta’ ċerti elementi ġenetiċi u organiżmi modifikati ġenetikament [kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tal-20 ta’ Marzu 2010]; |
|
5 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għal ċerti oġġetti b’użu doppju għall-forzi armati Franċiżi f’pajjiżi terzi (Ordni Ministerjali tal-31 ta’ Lulju 2014, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ Franza tat-8 ta’ Awwissu 2014); |
|
6 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-esportazzjoni jew trasferiment fl-UE ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju għal esibizzjoni jew fiera (Ordni Ministerjali tal-31 ta’ Lulju 2014, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ Franza tat-8 ta’ Awwissu 2014). |
|
7 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju għat-tiswija ta’ inġenji tal-ajru ċivili, imsejħa wkoll Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali għat-“tagħmir ajrunawtiku” (Ordni Ministerjali tal-14 ta’ Jannar 2019 ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-18 ta’ Jannar 2019 (test 19). |
L-oġġetti speċifiċi koperti mill-awtorizzazzjonijiet jiġu stipulati fid-digrieti rilevanti.
7.4. Il-Kroazja
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tista’ tinħareġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej (l-Att dwar il-Kontroll ta’ Oġġetti b’Użu Doppju (OG 80/11 i 68/2013)).
7.5. L-Italja
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni tapplika għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn id-destinazzjonijiet li ġejjin: l-Antartika (bażijiet Taljani), l-Arġentina, ir-Repubblika tal-Korea, it-Turkija.
(Digriet tal-4 ta’ Awwissu 2003, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru 202 tal-1 ta’ Settembru 2003).
7.6. In-Netherlands
Hemm fis-seħħ żewġ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni fin-Netherlands:
|
1 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni tapplika għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju lejn id-destinazzjonijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta’:
(Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali NL002 - Nationale Algemene Uitvoervergunning NL002) |
||||
|
2 |
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti għas-sigurtà tal-informazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta’:
(L-Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali NL010 – Nationale Uitvoervergunningen NL 010 (oġġetti voor informatiebeveiliging)) |
7.7. L-Awstrija
Hemm fis-seħħ erba’ Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni fl-Awstrija:
|
1 |
AT001 għal ċerti oġġetti b’użu doppju meta jkunu riesportati lejn il-pajjiż ta’ oriġini mingħajr modifika, jew fejn oġġetti tal-istess kwantità jew kwalità jiġu esportati lejn il-pajjiż ta’ oriġini, jew fejn it-teknoloġija tkun riesportata b’żidiet żgħar, kollha fi żmien tliet xhur mill-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea; |
|
2 |
AT002 għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju taħt ċertu limitu ta’ valur; |
|
3 |
AT003 għal valvijiet u pompi speċifikati f’2B350g u 2B350i lejn ċerti destinazzjonijiet; |
|
4 |
AT004 għal varjaturi tal-frekwenza speċifikati fi 3A225 u softwer u teknoloġija relatati. |
Id-dettalji ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet huma stabbiliti fl-Artikoli 3 sa 3c tal-Ewwel Ordinanza tal-Kummerċ Barrani, BGB1. II Nru 343/2011 tat-28 ta’ Ottubru 2011 kif emendata bl-Ordinanza BGB1. II Nru 430/2015 tas-17 ta’ Diċembru 2015. Il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom (rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u ta’ notifika) jistgħu jinstabu fl-Artikolu 16 tal-istess Ordinanza.
7.8. Il-Finlandja
Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali tal-Esportazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tista’ tinħareġ mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin skont it-Taqsima 3, il-Paragrafu 1 tal-Att dwar l-Użu Doppju Nru 562/1996 (kif emendat).
7.9. Ir-Renju Unit
Hemm fis-seħħ ħmistax-il Awtorizzazzjoni Ġenerali Nazzjonali (OGEL) fir-Renju Unit:
|
1 |
OGEL (Kimiċi) |
|
2 |
OGEL (Żvilupp Kriptografiku) |
|
3 |
OGEL (Esportazzjoni Wara Esibizzjoni - Oġġetti b’Użu Doppju) |
|
4 |
OGEL (Esportazzjoni wara Tiswija/Sostituzzjoni taħt il-Garanzija: Oġġetti b’Użu Doppju) |
|
5 |
OGEL (Esportazzjoni wara Tiswija/Sostituzzjoni taħt il-Garanzija: Oġġetti b’Użu Doppju) |
|
6 |
OGEL (Oġġetti b’Użu Doppju: Ir-Reġjun Speċjali Amministrattiv ta’ Hong Kong) |
|
7 |
OGEL (Kunsinni ta’ Valur Baxx) |
|
8 |
OGEL (Oġġetti b’Użu Doppju għall-Esplorazzjoni taż-ŻEJT u l-GASS) |
|
9 |
OGEL (Teknoloġija għal Oġġetti b’Użu Doppju) |
|
10 |
OGEL (it-Turkija) |
|
11 |
OGEL (X) |
|
12 |
OGEL (Oġġetti Militari u b’Użu Doppju: forzi tar-Renju Unit stazzjonati f’destinazzjonijiet b’embargo) |
|
13 |
OGEL (Oġġetti Militari u b’Użu Doppju: forzi tar-Renju Unit stazzjonati f’destinazzjonijiet mingħajr embargo) |
|
14 |
OGEL (Esportazzjoni ta’ oġġetti Militari Mhux Letali u b’Użu Doppju: Għal Missjonijiet Diplomatiċi jew Postijiet Konsulari) |
|
15 |
OGEL (Oġġetti għas-Sigurtà tal-Informazzjoni) |
|
16 |
OGEL ( il-PCB u l-Komponenti għall-Oġġetti b’Użu Doppju) |
L-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali Nazzjonali kollha tar-Renju Unit għal oġġetti b’użu doppju, inklużi l-listi ta’ oġġetti u destinazzjonijiet permessi u t-termini u l-kundizzjonijiet mehmuża ma’ kull wieħed, huma disponibbli biex wieħed jarahom u jniżżilhom minn https://www.gov.uk/dual-use-open-general-export-licences-explained .
8. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLI 9(6)(A), 9(6)(B) u 10(4) TAR-REGOLAMENT (AWTORITAJIET NAZZJONALI MOGĦTIJA S-SETGĦA BIEX JAGĦTU LIĊENZJI TAL-ESPORTAZZJONI FL-ISTATI MEMBRI, AWTORITAJIET NAZZJONALI MOGĦTIJA S-SETGĦA BIEX JIPPROJBIXXU T-TRANŻITU TA’ OĠĠETTI B’UŻU DOPPJU MHUX KOMUNITARJI U AWTORITAJIET NAZZJONALI MOGĦTIJA S-SETGĦA LI JAGĦTU AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FORNIMENT TA’ SERVIZZI TA’ SENSERIJA – RISPETTIVAMENT)
L-Artikolu 9(6)(a) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika l-lista tal-awtoritajiet li ngħataw is-setgħa li jagħtu awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni għal oġġetti b’użu doppju.
L-Artikolu 9(6)(b) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika l-lista tal-awtoritajiet li ngħataw is-setgħa li jipprojbixxu t-tranżitu ta’ oġġetti non-Komunitarji b’użu doppju.
L-Artikolu 10(4) tar-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tippubblika l-lista ta’ awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ senserija.
8.1. Il-Belġju
Għar-Reġjun tal-Kapitali Brussell (il-lokalitajiet bil-kodiċi postali 1000 sa 1299)
|
Service Public Régional de Bruxelles Brussels International - |
|
Cellule licences - Cel vergunningen |
|
Is-Sur Cataldo ALU |
|
City-Center |
|
Boulevard du Jardin Botanique 20 |
|
1035 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Tel. +32 28003727 |
|
Faks +32 28003824 |
|
Posta elettronika: calu@sprb.brussels |
|
Sit web: http://international.brussels/qui-sommes-nous/#permits-unit |
Għar- Reġjun tal-Wallonja (il-lokalitajiet bil-kodiċi postali 1300 sa 1499 u 4000 sa 7999)
|
Service public de Wallonie |
|
Direction Générale de l’Économie, de l’Emploi et de la Recherche |
|
Direction des Licences d’Armes |
|
Is-Sur Michel Moreels |
|
Chaussée de Louvain 14 |
|
5000 Namur |
|
BELGIQUE |
|
Tel. +32 81649751 |
|
Faks +32 81649759/60 |
|
Posta elettronika: licences.dgo6@spw.wallonie.be |
|
Sit web: http://economie.wallonie.be/Licences_armes/Accueil.html |
Għar-Reġjun ta’ Flanders (il-lokalitajiet bil-kodiċi postali 1500 sa 3999 u 8000 sa 9999)
|
Flemish Department of Foreign Affairs |
|
Strategic Goods Control Unit |
|
Is-Sur Michael Peeters |
|
Havenlaan 88, bus 80 |
|
1000 Brussell |
|
BELGIË |
|
Tel. +32 499589934 |
|
Posta elettronika: csg@buza.vlaanderen |
|
Sit web: www.fdfa.be/csg |
8.2. Il-Bulgarija
|
Interministerial Commission for Export Control and Non-Proliferation of Weapons of Mass Destruction with the Minister for Economy |
|
1000 Sofia |
|
8 Slavyanska Str. |
|
BULGARIA |
|
Tel. +359 29407771, +359 29407786 |
|
Faks +359 29880727 |
|
Posta elettronika: ivan.penchev@mi.government.bg u n.grahovska@mi.government.bg |
|
Sit web: www.exportcontrol.bg; http://www.mi.government.bg |
8.3. Ir-Repubblika Ċeka
|
Ministry of Industry and Trade Licensing Office |
|
Na Františku 32 110 15 Prague 1 |
|
CZECH REPUBLIC |
|
Tel. +420 224907638 |
|
Faks +420 224214558 jew +420 224221811 |
|
Posta elettronika: leitgeb@mpo.cz or dual@mpo.cz |
|
Sit web: www.mpo.cz |
8.4. Id-Danimarka
|
Exportcontrols |
|
Danish Business Authority |
|
Langelinie Allé 17 |
|
2100 Copenhagen |
|
DENMARK |
|
Tel. +45 35291000 |
|
Faks +45 35466632 |
|
Posta elettronika: eksportkontrol@erst.dk |
|
Sit web: bl-Ingliż: www.exportcontrols.dk; bid-Daniż: www.eksportkontrol.dk |
8.5. Il-Ġermanja
|
Federal Office for Economic Affairs and Export Control (Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle) |
|
Frankfurter Strasse 29-35 65760 Eschborn |
|
GERMANY |
|
Tel. +49 6196908-0 |
|
Faks +49 6196908-1800 |
|
Posta elettronika: ausfuhrkontrolle@bafa.bund.de |
|
Sit web: http://www.ausfuhrkontrolle.info |
8.6. L-Estonja
|
Strategic Goods Commission, Ministry of Foreign Affairs Islandi väljak 1 15049 Tallinn |
|
ESTONIA |
|
Tel. +372 6377192 |
|
Faks +372 6377199 |
|
Posta elettronika: stratkom@vm.ee |
|
Sit web: bl-Ingliż: http://www.vm.ee/?q=en/taxonomy/term/58; |
|
bl-Estonjan: http://www.vm.ee/?q=taxonomy/term/50 |
8.7. L-Irlanda
|
Trade Licensing and Control Unit |
|
Department of Business, Enterprise and Innovation |
|
Earlsfort Centre |
|
Lower Hatch Street |
|
Dublin 2 |
|
IRELAND |
|
Kuntatt: David Martin, Niamh Guihen |
|
Tel. +353 16312328, +353 16312287 |
|
Posta elettronika: david.martin@dbei.gov.ie - niamh.guihen@dbei.gov.ie - |
|
exportcontrol@dbei.gov.ie |
|
Sit web: https://www.djei.ie/en/What-We-Do/Trade-Investment/Export-Licences/ |
8.8. Il-Greċja
|
Ministry of Development, Competitiveness |
|
General Directorate for International Economic Policy |
|
Directorate of Import-Export Regimes and Trade Defence Instruments |
|
Export Regimes and Procedures Unit |
|
Kornarou 1 str |
|
105 63 Athens |
|
GREECE |
|
Punt ta’ kuntatt: O.Papageorgiou |
|
Tel. +30 2103286047/56/22/21 |
|
Faks +30 2103286094 |
|
Posta elettronika: opapageorgiou@mnec.gr |
8.9. Spanja
Is-Segretarjat Ġenerali għall-Kummerċ Barrani (Secretaría General de Comercio Exterio), id-Dipartiment tad-Dwana (Agencia Tributaria - Aduanas) u l-Ministeru tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin (Ministerio de Asuntos Exteriores, Unión Europea y Cooperación) huma l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jagħtu liċenzji u li jiddeċiedu li jipprojbixxu t-tranżitu ta’ oġġetti non-Komunitarji b’użu doppju.
Punt ta’ kuntatt fl-Uffiċċju tal-Liċenzji: Is-Sur Ramón Muro Martínez. Subdirettur Ġenerali.
|
Ministerio de Industria, Comercio y Turismo |
|
Paseo de la Castellana, 162, 7a 28046 Madrid |
|
SPAIN |
|
Tel. +34 913492587 |
|
Faks +34 913492470 |
|
Posta elettronika: rmuro@mincotur.es; sgdefensa.sscc@comercio.mineco.es |
|
Sit web: http://www.comercio.gob.es/es-ES/comercio-exterior/informacion-sectorial/material-de-defensa-y-de-doble-uso/Paginas/conceptos.aspx |
8.10. Franza
|
Ministère de l’Économie et des Finances |
|
Direction Générale des Enterprises |
|
Service des biens à double usage (SBDU) |
|
67, rue Barbès – BP 80001 |
|
94201 Ivry-sur-Seine Cedex |
|
FRANCE |
|
Tel. +33 179843419 |
|
Posta elettronika: doublusage@finances.gouv.fr |
|
Sit web: https://www.entreprises.gouv.fr/biens-double-usage |
8.11. Il-Kroazja
|
Ministry of Foreign and European Affairs |
|
Directorate for Economic Affairs and Development Coordination |
|
Export Control Division |
|
Trg N. Š. Zrinskog 7-8 |
|
10000 Zagreb |
|
Croatia |
|
Telefon. +385 14598135, 137, 110 |
|
Faks +385 16474553 |
|
Posta elettronika: kontrola.izvoza@mvep.hr |
|
Sit web: http://gd.mvep.hr/hr/kontrola-izvoza/ |
8.12. L-Italja
|
Ministry of Economic Development |
|
Directorate - General for International Trade Policy |
|
Export Control Unit |
|
Viale Boston, 25 |
|
00144 Roma |
|
ITALY |
|
Tel. +39 0659932439 |
|
Faks +39 0659932103 |
|
Posta elettronika: polcom4@mise.gov.it ; massimo.cipolletti@mise.gov.it |
|
Sit web: http://www.mise.gov.it/index.php/it/commercio-internazionale/import-export/dual-use |
8.13. Ċipru
|
Ministry of Energy, Commerce, Industry and Tourism 6, Andrea Araouzou 1421 Nicosia |
|
CYPRUS |
|
Tel. +357 22867100, 22867332, 22867197 |
|
Faks +357 22375120, 22375443 |
|
Posta elettronika: perm.sec@mcit.gov.cy ; pevgeniou@mcit.gov.cy ; xxenopoulos@mcit.gov.cy |
|
Sit web: http://www.mcit.gov.cy/ts |
8.14. Il-Latvja
|
Control Committee for Strategic Goods |
|
Chairman of the Committee: Is-Sur Andris Pelšs |
|
Executive Secretary: Is-Sur Renārs Danelsons |
|
Ministry of Foreign Affairs |
|
3, K. Valdemara street |
|
Riga, LV-1395 |
|
LATVIA |
|
Tel. +371 67016426 |
|
Posta elettronika: renars.danelsons@mfa.gov.lv |
|
Sit web: https://www.mfa.gov.lv/tautiesiem-arzemes/aktualitates-tautiesiem/20440-strategiskas-nozimes-precu-kontrole?lang=lv-LV |
8.15. Il-Litwanja
L-awtorità li għandha s-setgħa li tagħti awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni għal oġġetti b’użu doppju u l-awtoritajiet li għandhom is-setgħa li jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-forniment ta’ servizzi ta’ senserija:
|
Ministry of Economy and Innovation of the Republic of Lithuania |
|
Gedimino ave. 38/Vasario 16 st.2 LT-01104 Vilnius |
|
LITHUANIA |
|
Dettalji ta’ kuntatt: |
|
Export Policy Division |
|
Economic Development Department |
|
Tel. +370 70664680 |
|
Posta elettronika: vienaslangelis@eimin.lt |
|
Sit web: http://eimin.lrv.lt/lt/veiklos-sritys/eksportas/strateginiu-prekiu-kontrole |
L-awtorità li għandha s-setgħa li tipprojbixxi t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju non-Komunitarji:
|
Customs Department under the Ministry of Finance of the Republic of Lithuania |
|
A. Jaksto str. 1/25 LT- 01105 Vilnius |
|
LITHUANIA |
|
Dettalji ta’ kuntatt: |
|
Customs Criminal Service |
|
Tel. +370 52616960 |
|
Posta elettronika: budetmd@lrmuitine.lt |
8.16. Il-Lussemburgu
|
1) |
Ministru responsabbli għall-Kummerċ Barrani |
|
2) |
Ministru responsabbli għall-Affarijiet Barranin
|
8.17. L-Ungerija
|
Government Office of the Capital City Budapest |
|
Department of Trade, Defence Industry, Export Control and Precious Metal Assay |
|
Export Control Unit |
|
Németvölgyi út 37-39. |
|
1124 Budapest |
|
HUNGARY |
|
Tel. +36 14585577 |
|
Faks +36 14585869 |
|
Posta elettronika: exportcontrol@bfkh.gov.hu |
|
Sit web: http://mkeh.gov.hu/haditechnika/kettos_felhasznalasu |
8.18. Malta
|
Commerce Department Mr Brian Montebello Trade Services |
|
MALTA |
|
Tel. +356 25690214 |
|
Faks +356 21240516 |
|
Posta elettronika: brian.montebello@gov.mt |
|
Sit web: https://commerce.gov.mt/en/Trade_Services/Imports%20and%20Exports/Pages/DUAL%20USE/DUAL-USE-TRADE-CONTROLS.aspx |
8.19. In-Netherlands
|
Ministry for Foreign Affairs |
|
Directorate-General for International Relations |
|
Department for Trade Policy and Economic Governance |
|
PO Box 20061 2500 EB The Hague |
|
THE NETHERLANDS |
|
Tel. +31 703485954 |
|
Dutch Customs/Central Office for Import and Export PO Box 30003 9700 RD Groningen, |
|
THE NETHERLANDS |
|
Tel. +31 881512400 |
|
Faks +31 881513182 |
|
Posta elettronika: DRN-CDIU.groningen@belastingdienst.nl |
|
Sit web: www.rijksoverheid.nl/exportcontrole |
8.20. L-Awstrija
|
Federal Ministry of Digital and Economic Affairs |
|
Division for Foreign Trade Administration |
|
Stubenring 1 1010 Vienna |
|
AUSTRIA |
|
Tel. +43 171100802335 |
|
Faks +43 171100808366 |
|
Posta elettronika: POST.III2_19@bmdw.gv.at |
|
Sit web: http://www.bmdw.gv.at/pawa |
8.21. Il-Polonja
|
Ministry of Entrepreneurship and Technology |
|
Department for Trade in Strategic Goods and Technical Safety |
|
PL. Trzech Krzyzy 3/5- 507 Warszawa |
|
POLAND |
|
Tel. +48 222629665 |
|
Faks +48 222629140 |
|
Posta elettronika: SekretariatDOT@mpit.gov.pl |
|
Sit web: https://www.gov.pl/web/przedsiebiorczosc-technologia/zezwolenia-na-obrot-produktami-podwojnego-zastosowania |
8.22. Il-Portugall
|
Autoridade Tributária e Aduaneira |
|
Customs and Taxes Authority |
|
Rua da Alfândega, 5 |
|
1049-006 Lisboa |
|
PORTUGAL |
|
Direttur: Luísa Nobre; Uffiċjal tal-Liċenzji: Maria Oliveira |
|
Tel. +351 218813843 |
|
Faks +351 218813986 |
|
Posta elettronika: dsl@at.gov..pt |
|
Sit web: http://www.dgaiec.min-financas.pt/pt/licenciamento/bens_tecnologias_duplo_uso/bens_tecnologias_duplo_uso.htm |
8.23. Ir-Rumanija
|
Ministry of Foreign Affairs |
|
Department for Export Controls — ANCEX |
|
Str. Polonă nr. 8, sector 1 |
|
010501, Bucureşti |
|
ROMANIA |
|
Tel. +40 374306950 |
|
Faks +40 374306924 |
|
Posta elettronika: dancex@mae.ro ; dan.marian@mae.ro |
|
Sit web: www.ancex.ro |
8.24. Is-Slovenja
|
Ministry of Economic Development and Technology |
|
Kotnikova ulica 5 |
|
SI-1000 Ljubljana |
|
SLOVENIA |
|
Tel. +386 14003564 |
|
Faks +386 14003283 |
|
Posta elettronika: gp.mgrt@gov.si |
|
Sit web: https://www.gov.si/podrocja/podjetnistvo-in-gospodarstvo/mednarodno-gospodarsko-sodelovanje/ |
8.25. Is-Slovakkja
Għall-finijiet tal-Artikolu 9(6)(a) u l-Artikolu 10(4) tar-Regolament:
|
Ministry of Economy of the Slovak Republic Trade and Consumer Protection Directorate |
|
Department of Trade Measures |
|
Mlynské nivy 44/a |
|
827 15 Bratislava 212 |
|
SLOVAKIA |
|
Tel. +421 248547019 |
|
Faks +421 243423915 |
|
Posta elettronika: jan.krocka@economy.gov.sk |
|
Sit web: www.economy.gov.sk |
Għall-finijiet tal-Artikolu 9(6)(b) tar-Regolament:
|
Criminal Office of the Financial Administration |
|
Department of Drugs and Hazardous materials |
|
Coordination Unit |
|
Bajkalská 24 |
|
824 97 Bratislava |
|
SLOVAKIA |
|
Tel. +421 258251221 |
|
Posta elettronika: Jozef.Pullmann@financnasprava.sk |
8.26. Il-Finlandja
|
Ministry for Foreign Affairs of Finland |
|
Export Control Unit |
|
Eteläesplanadi 4 |
|
FI - 00130 HELSINKI |
|
Indirizz tal-posta: |
|
P.O.Box 176 |
|
FI-00023 GOVERNMENT |
|
FINLAND |
|
Tel. +358 295350000 |
|
Posta elettronika: vientivalvonta.um@formin.fi |
|
Sit web: http://formin.finland.fi/vientivalvonta |
8.27. L-Iżvezja
|
1. |
L-Ispettorat tal-Prodotti Strateġiċi (ISP) Inspektionen för strategiska produkter Indirizz fiżiku:
ISP għandha s-setgħa li tagħti awtorizzazzjonijiet fil-każijiet kollha ħlief dawk elenkati taħt 2 hawn taħt |
|
2. |
Swedish Radiation Safety Authority (Strålsäkerhetsmyndigheten) Taqsima tan-Non-proliferazzjoni Nukleari u s-Sigurtà.
L-Awtorità Żvediża għas-Sigurtà Radjoloġika għandha s-setgħa li tagħti awtorizzazzjonijiet fuq prodotti fl-Anness I, Kategorija 0, tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 u tipprojbixxi t-tranżitu tagħhom. |
8.28. Ir-Renju Unit
|
Department for International Trade (DIT) |
|
Export Control Joint Unit (ECJU) |
|
3 Whitehall Place |
|
London SW1A 2AW |
|
UNITED KINGDOM |
|
Telefon. +44 2072154594 |
|
Posta elettronika: eco.help@trade.gov.uk |
|
Sit web https://www.gov.uk/export-control-licence |
9. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 17 TAR-REGOLAMENT (UFFIĊĊJI DOGANALI MOGĦTIJA S-SETGĦA APPOSTA)
L-Artikolu 17 jirrikjedi li l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni jekk dawn ikunu għażlu li l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju jsiru fl-uffiċċji doganali li jkollhom is-setgħa għal dan il-għan biss.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.
|
Stat Membru |
Ġew innominati uffiċċji doganali speċifiċi fir-rigward tal-Artikolu 17(1), li fihom jistgħu jsiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
LE |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
LE |
|
IL-GREĊJA |
LE |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
LE |
|
L-ITALJA |
LE |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
IVA |
|
IL-LITWANJA |
IVA |
|
IL-LUSSEMBURGU |
LE |
|
L-UNGERIJA |
LE |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
LE |
|
L-AWSTRIJA |
LE |
|
IL-POLONJA |
IVA |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
IVA |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
LE |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
LE |
9.1. Il-Bulgarija
L-uffiċċji doganali territorjali tar-Repubblika tal-Bulgarija għall-oġġetti strateġiċi ġew approvati mid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija tad-Dwana skont l-Ordni Nru 55/32-11385 tal-Ministeru tal-Finanzi tal-14 ta’ Jannar 2016 (Il-Gazzetta Uffiċjali 9/2016). Il-lista ta’ uffiċċji doganali fil-Bulgarija li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej:
http://www.mi.government.bg/en/themes/evropeisko-i-nacionalno-zakonodatelstvo-v-oblastta-na-eksportniya-kontrol-i-nerazprostranenieto-na-or-225-338.html
9.2. L-Estonja
Il-lista ta’ uffiċċji doganali fl-Estonja li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej:
http://www.emta.ee/index.php?id=24795
9.3. Il-Latvja
Il-lista ta’ uffiċċji doganali fil-Latvja li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej:
https://www.vid.gov.lv/lv/muitas-kontroles-un-robezkontroles-punkti
9.4. Il-Litwanja
Il-lista ta’ uffiċċji doganali fil-Litwanja li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej:
https://www.lrmuitine.lt/web/guest/verslui/apribojimai/bendra#en
9.5. Il-Polonja
Il-lista ta’ uffiċċji doganali fil-Polonja li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej: http://isap.sejm.gov.pl/DetailsServlet?id=WDU20150000136&min=1
9.6. Ir-Rumanija
Il-lista ta’ uffiċċji doganali fir-Rumanija li minnhom oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju jistgħu jħallu t-territorju doganali tal-UE jew jidħlu fih tinsab fis-sit web li ġej: https://www.customs.ro/agenti-economici/instruirea-operatorilor-economici/vamuirea-marfurilor/produse-strategice
10. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 22(5) TAR-REGOLAMENT (TRASFERIMENTI INTRA-KOMUNITARJI)
L-Artikolu 22(5) jistipula li l-Istati Membri li jimponu rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-trasferiment, mit-territorju tagħhom lejn Stat Membru ieħor, ta’ oġġetti mhux elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (l-Anness IV jelenka oġġetti li ma jgawdux mil-libertà tal-moviment fis-suq uniku) għandhom jinformaw lill-Kummissjoni, li din imbagħad tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.
|
Stat Membru |
Ittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiġu estiżi kontrolli ta’ trasferimenti intra-UE fir-rigward tal-Artikolu 22(2)? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
IVA |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
IVA |
|
L-ESTONJA |
IVA |
|
L-IRLANDA |
LE |
|
IL-GREĊJA |
IVA |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
LE |
|
L-ITALJA |
LE |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
IVA |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
IVA |
|
L-AWSTRIJA |
LE |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
LE |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
IVA |
|
IL-FINLANDJA |
LE |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
IVA |
10.1. Il-Bulgarija
Il-Bulgarija estendiet il-kontrolli ta’ trasferimenti intra-UE kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament u introduċiet rekwiżit sabiex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti dwar ċerti trasferimenti intra-UE kif stabbilit fl-Artikolu 22(9) tar-Regolament.
(L-Artikolu 51, par. 8 u par. 9 tal-Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju, Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011, effettiv 30.06.2012).
10.2. Ir-Repubblika Ċeka
L-Att Nru 594/2004 Coll. jestendi kontrolli fir-rigward ta’ trasferimenti intra-UE mir-Repubblika Ċeka kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
10.3. Il-Ġermanja
It-Taqsima 11 tar-Regolament dwar il-Kummerċ u l-Ħlasijiet Barranin tat-2 ta’ Awwissu 2013 (Aussenwirtschaftsverordnung - AWV) testendi kontrolli fir-rigward ta’ trasferimenti intra-UE mill-Ġermanja kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
10.4. L-Estonja
L-Att dwar l-Oġġetti Strateġiċi §3(6) jestendi l-kontrolli fir-rigward tat-trasferimenti intra-UE kif stipulat fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
10.5. Il-Greċja
It-Taqsima 3.4 tad-Deċiżjoni Ministerjali Nru 121837/E3/21837 tat-28 ta’ Settembru 2009 testendi kontrolli fir-rigward ta’ trasferimenti intra-UE mill-Greċja kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
10.6. Il-Lussemburgu
Jista’ jiġi impost rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għat-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju, għajr dawk elenkati fl-Anness IV tar-Regolament, mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu lejn Stat Membru ieħor fil-każijiet previsti fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
(Il-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 2018 dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-Artikolu 44).
10.7. L-Ungerija
Il-Par. 16 tad-Digriet tal-Gvern Nru 13 tal-2011 “dwar l-awtorizzazzjoni tal-kummerċ barrani ta’ oġġetti b’użu doppju” jadotta rekwiżit ta’ liċenzjar fuq oġġetti b’użu doppju elenkati għal trasferimenti fl-UE jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament ikunu japplikaw.
10.8. In-Netherlands
Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għal trasferimenti intra-UE jista’ jiġi impost f’każijiet individwali fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju.
(Artikolu 4a(30) tad-Digriet dwar l-Oġġetti Strateġiċi (Besluit strategische goederen).
10.9. Is-Slovakkja
Il-Par. 23(2) tal-Att Nru 39/2011 Coll. jestendi kontrolli fir-rigward ta’ trasferimenti intra-UE mir-Repubblika Slovakka, kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament.
10.10. Ir-Renju Unit
L-Artikolu 7 tal-Ordni dwar il-Kontroll tal-Esportazzjonijiet tal-2008 jestendi l-kontrolli fir-rigward ta’ trasferimenti intra-UE mir-Renju Unit, kif stabbilit fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.
11. INFORMAZZJONI PPROVDUTA MILL-ISTATI MEMBRI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 22(9) TAR-REGOLAMENT (TRASFERIMENTI INTRA-KOMUNITARJI)
L-Artikolu 22(9) jistipula li l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li, għat-trasferiment mit-territorju tagħhom lejn Stat Membru ieħor ta’ oġġetti elenkati fil-Kategorija 5, Parti 2 tal-Anness I, li mhumiex elenkati fl-Anness IVtar-Regolament, għandha tingħata informazzjoni addizzjonali dwar dawk l-oġġetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.
It-tabella ta’ hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kif innotifikati lill-Kummissjoni. Dettalji dwar il-miżuri huma pprovduti aktar ’il quddiem.
|
Stat Membru |
Ittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiġu estiżi kontrolli ta’ trasferimenti intra-UE fir-rigward tal-Artikolu 22(2)? |
|
IL-BELĠJU |
LE |
|
IL-BULGARIJA |
IVA |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
LE |
|
ID-DANIMARKA |
LE |
|
IL-ĠERMANJA |
LE |
|
L-ESTONJA |
LE |
|
L-IRLANDA |
LE |
|
IL-GREĊJA |
LE |
|
SPANJA |
LE |
|
FRANZA |
LE |
|
IL-KROAZJA |
LE |
|
L-ITALJA |
LE |
|
ĊIPRU |
LE |
|
IL-LATVJA |
LE |
|
IL-LITWANJA |
LE |
|
IL-LUSSEMBURGU |
IVA |
|
L-UNGERIJA |
LE |
|
MALTA |
LE |
|
IN-NETHERLANDS |
LE |
|
L-AWSTRIJA |
LE |
|
IL-POLONJA |
LE |
|
IL-PORTUGALL |
LE |
|
IR-RUMANIJA |
LE |
|
IS-SLOVENJA |
LE |
|
IS-SLOVAKKJA |
LE |
|
IL-FINLANDJA |
LE |
|
L-IŻVEZJA |
LE |
|
IR-RENJU UNIT |
LE |
11.1. Il-Bulgarija
Għat-trasferiment mit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fil-Kategorija 5, Parti 2 tal-Anness I u li mhumiex elenkati fl-Anness IV tar-Regolament, il-Kummissjoni Interministerjali tista’ tirrikjedi, mill-persuna li tagħmel it-trasferiment, informazzjoni addizzjonali dwar l-oġġetti.
(L-Artikolu 51(9) tal-Att dwar il-Kontroll tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti relatati mad-Difiża u Oġġetti u Teknoloġiji b’Użu Doppju, il-Gazzetta tal-Istat Nru 26/29.03.2011, effettiv 30.06.2012).
11.2. Il-Lussemburgu
Għat-trasferiment mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor ta’ oġġetti b’użu doppju elenkati fil-Kategorija 5, Parti 2 tal-Anness I u li mhumiex elenkati fl-Anness IV tar-Regolament, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi pprovduta fil-qafas tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni:
|
1. |
Indikazzjoni tar-referenza kummerċjali tal-oġġett, id-deskrizzjoni ġenerali u l-karatteristiċi tiegħu; |
|
2. |
Il-preżentazzjoni tas-servizzi kriptografiċi li għandhom jiġu pprovduti; |
|
3. |
Il-preżentazzjoni tal-implimentazzjoni tal-algoritmi; |
|
4. |
Il-preżentazzjoni ta’ normi jew standards ta’ sigurtà; |
|
5. |
Il-preżentazzjoni tat-tip ta’ data kkonċernata mis-servizz; |
|
6. |
Dokument relatat mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-oġġett (fi 12-il punt) (Ir-Regolament Gran Dukali tal-14 ta’ Diċembru 2018, l-Artikolu 10(1), il-paragrafu 1 sub 2 u l-paragrafu 2 sub 4, u l-Anness 15). |