Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: AĠĠUSTAMENTI LIT-TRATTATI - TITOLU I:DISPOSIZZJONIJIET INTERISTITUZZJONALI - Artikolu 10
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0206 - 0207
Artikolu 10 1. L-Artikolu 205(2) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 118(2) tat-Trattat tal-KEEA għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej: "2. Meta l-Kunsill ikun jeħtieġ li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, l-voti tal-membri tiegħu għandhom jiġu peżati kif ġej: Belġju | 12 | Bulgarija | 10 | Repubblika Ċeka | 12 | Danimarka | 7 | Ġermanja | 29 | Estonja | 4 | Greċja | 12 | Spanja | 27 | Franza | 29 | Irlanda | 7 | Italja | 29 | Ċipru | 4 | Latvja | 4 | Litwanja | 7 | Lussemburgu | 4 | Ungerija | 12 | Malta | 3 | Olanda | 13 | Awstrija | 10 | Polonja | 27 | Portugall | 12 | Rumanija | 14 | Slovenja | 4 | Slovakkja | 7 | Finlandja | 7 | Isvezja | 10 | Renju Unit | 29 | L-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu għall-adozzjoni tagħhom mill-anqas 255 vot favur espressi minn maġġoranza tal-membri fejn dan it-Trattat jeħtieġ li jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni. Fil-każijiet l-oħra, għall-adozzjoni tagħhom l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri". 2. Fl-Artikolu 23 (2) tat-Trattat ta' l-UE, it-tielet subparagrafu għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "Il-voti tal-membri tal-Kunsill għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Sabiex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu mill-anqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ terzi tal-membri. Fejn deċiżjoni trid tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ġietx sodisfatta, id-deċiżjoni in kwistjoni ma għandhiex tiġi adottata." 3. L-Artikolu 34(3) tat-Trattat tal-UE għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "3. Meta l-Kunsill ikun jeħtieġ li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri tiegħu għandhom ikunu peżati kif stabbilit fl-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill għandhom jeħtieġu mill-inqas 255 vot favur, espressi minn ta' l-anqas żewġ-terzi tal-membri. Fejn deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ġietx sodisfatta, id-deċiżjoni in kwistjoni ma għandhiex tiġi adottata." --------------------------------------------------