25.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/31


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10531 — Santander/Mapfre/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 134/09)

1.   

Fil-11 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Banco Santander, S.A. u s-sussidjarji tiegħu (“Banco Santander”, Spanja),

—

Mapfre, S.A (“Mapfre”, Spanja).

Banco Santander u Mapfre jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab maħluqa ġdida (joint venture, “JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża konġunta li għadha kif ġiet stabbilita huma dawn li ġejjin:

—

Banco Santander huwa l-kumpanija prinċipali ta’ Santander Group. L-attivitajiet ewlenin tiegħu huma s-servizzi bankarji għall-konsumatur, l-assikurazzjoni, l-operazzjonijiet bankarji korporattivi, l-ibbankjar ta’ investiment, il-ġestjoni tal-assi u t-teżor madwar l-Ewropa, kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerka, l-Amerka Latina u l-Asja.

—

Mapfre hija l-kumpanija prinċipali ta’ Mapfre Group, preżenti fis-setturi tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni f’44 pajjiż madwar id-dinja.

—

Il-JV hija maħsuba biex tkun attiva fis-suq Spanjol tas-servizzi bankarji għall-konsumatur, b’mod partikolari, fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ipoteki inversi lil individwi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10531 — Santander/Mapfre/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.