<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑300/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0300</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:825">EU:C:2015:825</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151217">17.12.2015</DATE> – KAWŻA C‑300/14</P><P>IMTECH MARINE BELGIUM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 805/2004</KEYWORD><KEYWORD>Titolu Eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux kontestati</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-debitur</KEYWORD><KEYWORD>Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑300/14,</P><P>li għandha bħal suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Atwerpens, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20140616">16 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Imtech Marine Belgium NV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Radio Hellenic SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>ikkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, J.-C. Halleux u L. Van den Broeck, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u E. Pedrosa, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wils u A.‑M. Rouchaud-Joët, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20150908">8 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Imtech Marine Belgium NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Imtech Marine<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), stabbilita fil-Belġju, u Radio Hellenic SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Radio Hellenic<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbilita fil-Greċja, dwar it-talba għal ċertifikazzjoni, bħala titolu eżekuttiv Ewropew fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja dwar kreditu li fih klawżola penali u interessi ta’ dewmien.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 44/2001</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), jipprovdi li deċiżjoni ma hijiex rikonoxxuta jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>meta jkun b’nuqqas ta’ dehra [kontumaċi], il-konvenut ma kienx ġie servut [nnotifikat] bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b’dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b’tali manjiera li dan ikun jista’ jħejji għad-difiża tiegħu, sa kemm id-difensur ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza meta kien possibli għalih jagħmel hekk<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 805/2004</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-premessi 10 sa 14, 18 u 19 tar-Regolament Nru 805/2004:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(10)</NO.P><TXT>Fejn qorti fi Stat Membru tkun tat sentenza fuq talba mhux kontestata fl-assenza ta’ parteċipazzjoni fil-proċedimenti, it-tneħħija ta’ xi verifiki fl-Istat Membru ta’ l-infurzar hija intrinsikament marbuta u dipendenti fuq l-eżistenza ta’ garanzija suffiċjenti ta’ l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ifittex li jippromwovi d-drittijiet fundamentali u jagħti kont tal-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea [iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Karta’]. B’mod partikolari, huwa jfittex li jassigura ir-rispett sħiħ għal dritt ta’ smigħ ġust kif rikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Għandhom jiġu stabbiliti standards minimi għall-proċeduri li jwasslu għas-sentenza sabiex jiġi żgurat li d-debitur ikun informat dwar l-azzjoni fil-qorti kontrih, il-ħtiġiet għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu fil-proċeduri li jikkontesta t-talba u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tiegħu fi żmien bizzejjed u b’dak il-mod li huwa ikun jista’ jirranġa [jorganizza] għad[id]-difiża tiegħu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Minħabba d-differenzi bejn l-Istati membri fir-rigward tar-regoli tal-proċedura ċivili u speċjalment dawk li jiregolaw in-notifika tad-dokumenti, huwa meħtieġ li tiġi preskritta definizzjoni speċifika u dettaljata dwar dawk l-istandards minimi. B’mod partikolari, kull metodu<?PAGE NO="3"?> ta’ notifika li huwa bbażat fuq assunzjonijiet legali fir-rigward tat-twettieq ta’ dawk l-istandards minimi ma għandhomx jitqiesu bħala suffiċjenti għaċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Il-metodi kollha ta’ notifika elenkati fl-Artikoli 13 u 14 huma karatterizzati jew b’ċertezza sħiħa (Artikolu 13) jew bi probabbiltà kbira ħafna (Artikolu 14) li d-dokument notifikat wasal għand l-indirizzat. Fit-tieni kategorija, is-sentenza għandha biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk l-Istat Membru ta’ l-oriġini ikollu mekkaniżmu adattat li jippermetti lid-debitur li japplika għal reviżjoni tas-sentenza taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 19 f’dawk il-każi eċċezzjonali fejn, minkejja l-konformità ma’ l-Artikolu 14, id-dokument ma ikunx wasal għand l-indirizzat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Il-fiduċja reċiproka fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Mmebri tiġġustifika l-istima mill-qorti ta’ Stat Membru wieħed li l-kondizzjonijiet kollha għaċ-ċertifikazzjoni ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar ikunu mħarsa biex jippermettu li sentenza għandha tkun infurzata fl-Istati Membri l-oħra kollha mingħajr reviżjoni ġudizzjarja ta’ l-applikazzjoni kif imiss ta’ l-istandards minimi proċedurali fl-Istat Membru fejn għandha tiġu nfurzata s-sentenza.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ma jimplikax xi obbligi għall-Istati Membri li jadattaw il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għall-istandards proċedurali minimi stipulati fih. Huwa jipprovdi inċentivi għal dak il-għan billi jagħmel disponibbli infurzar aktar effiċjenti u mgħaġġel tas-sentenzi fi Stati Membri oħra biss jekk dawk l-istandards minimi jitħarsu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi fil-paragrafu 6 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sentenza dwar talba mhux kontestata mwassla fi Stat Membru għandha, ma’ l-applikazzjoni f’kull żmien tal-qorti ta’ oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-sentenza hija eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-sentenza ma tkunx f’konflitt mar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni kif preskritti fit-taqsimiet 3 u 6 tal-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 44/2001; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-proċeduri tal-qorti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini ikunu ħarsu l-ħtiġiet kif stipulati fil-Kapitolu III fejn talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>is-sentenza kienet ingħatat fl-Istat Membru tad-domiċilju tad-debitur skont it-tifsira tal-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, fil-każi fejn:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-talba ma tkunx kontestata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1)(b) jew (ċ); u</P></ITEM><ITEM><P>tkun tirrelata ma’ kuntratt konkluż minn persuna, il-konsumatur, li għal fini tagħha tista’ titqies bħala li tkun barra n-negozju jew professjoni tagħha; u</P></ITEM><ITEM><P>id-debitur ikun il-konsumatur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ bl-użu tal-formola standard fl-Annessi.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ fil-lingwa tas-sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Korrezzjoni jew irtirar ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu, fuq applikazzjoni mill-qorti ta’ oriġini, jiġi</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>korrett fejn, minħabba żball materjali, ikun hemm diskrepanza bejn is-sentenza u ċ-ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rtirat fejn ikun ċar li ikun ingħata bi żball, wara li jingħata kont tal-ħtiġiet preskritti f’dan ir-Regolament.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandha tgħodd għall-korrezzjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Applikazzjoni għall-korrezzjoni jew l-irtirar ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar tista’ ssir bl-użu tal-formola standard fl-Anness VI.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ma jista’ jsir ebda appell kontra l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Notifika bil-prova li d-debitur ikun irċeviha<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jista’ ikun ġie notifikat lid-debitur permezz ta’ xi wieħed mill-metodi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>notifika attestata permezz ta’ konferma ta’ riċevuta, inkluża d-data tar-riċevuta, li tkun iffirmata mid-debitur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>notifika personali attestata permezz ta’ dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li teffettwa n-notifika li tiddikjara li d-debitur ikun irċieva d-dokument jew ikun irrifjura li jirċevih mingħajr ġustifikazzjoni legali, u d-data tan-notifika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>servizz postali attestat permezz ta’ konferma tar-riċeviment inkluża d-data tar-riċeviment, li tiġi ffirmata u mibgħuta lura mid-debitur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>notifika permezz ta’ mezzi elettroniċi bħal fax jew posta elettronika, attestata permezz tal-konferma tar-riċeviment inkluża d-data tar-riċeviment, li tiġi ffirmata u mibgħuta lura mid-debitur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull taħrika għal smigh tal-qorti li tkun ġiet notifikata lid-debitur skont il-paragrafu 1 jew bil-fomm fis-smigħ tal-qorti ta’ qabel dwar l-istess talba u dikjarata fil-minuti ta’ dak is-smigħ tal-qorti ta’ qabel.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Notifika mingħajr prova ta’ riċeviment mid-debitur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>In-notifikata’ dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew xi ċitazzjoni tal-qorti lid-debitur tista’ wkoll tiġi effettwata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>notifika personali fl-indirizz personali tad-debitur lill-persuni li jkunu jgħijxu fl-istess familja bħal dik tad-debitur jew ikunu mpjegati hemm;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ debitur li jaħdem għal rasu jew persuna ġuridika, notifika personali fil-post tan-negozju tad-debitur lill-persuni li huma mpjegati mid-debitur;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>id-depożitu tad-dokument fil-kaxxa ta’ l-ittri tad-debitur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-depożitu tad-dokument f’uffiċċju postali jew ma’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u t-tqegħid fil-kaxxa ta’ l-ittri tad-debitur tan-notifika bil-miktub ta’ dak id-depożitu, kemm-il darba n-notifika bil-miktub tiddikjara b’mod ċar il-karattru tad-dokument bħala dokument tal-qorti jew l-effett legali tan-notifika bħala li teffettwa n-notifika u li jkun inbeda jiddekorri ż-żmien għall-finijiet tal-limiti taż-żmien;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>servizz postali mingħajr prova skont il-paragrafu 3 fejn id-debitur ikollu l-indirizz tiegħu fl-Istat Membru tal-oriġini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>mezzi elettroniċi attestati permezz ta’ konferma awtomatika tat-twassil, kemm-il darba d-debitur ikun espressement aċċetta dan il-metodu ta’ notifika bil-quddiem.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, in-notifika taħt il-paragrafu 1 mhix ammissibbli jekk l-indirizz tad-debitur ma jkunx magħruf b’ċertezza.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Notifika skont il-paragrafu 1(a) sa (d), għandha tkun attestata permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dokument iffirmat mill-persuna kompetenti li effettwat in-notifika, li jindika:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-metodu tas-servizz użat; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>id-data tas-servizz; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>fejn id-dokument ikun ġie notifikat lil persuna li ma tkunx id-debitur, l-isem ta’ dik il-persuna u r-relazzjoni tagħha mad-debitur,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>rikonoxximent ta’ riċevuta mill-persuna notifikata, għall-finijiet tal-paragrafi 1(a) u (b).<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Standards minimi għar-reviżjoni f’każi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’żieda ma’ l-Artikoli 13 sa 18, sentenza tista’ biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, li japplika għar-reviżjoni tas-sentenza fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>i) id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew, fejn tapplika, iċ-ċitazzjoni, kien notifikat b’wieħed mill-metodi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 14; u</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>in-notifika ma ġietx effettwata fi żmien suffiċjenti li jippermettilu jipprepara għad-difiża tiegħu, mingħajr l-ebda nuqqas mill-parti tiegħu,</TXT><P>jew</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-debitur ma setgħax joġġezzjona għat-talba minħabba forza maġġuri, jew minħabba ċirkostanzi straordinarji mingħajr xi ħtija minn-naħa tiegħu,</TXT><P>kemm-il darba f’kull każ huwa jaġixxi minnufih.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-Istati Membri li jagħtu aċċess għal reviżjoni tas-sentenza taħt kondizzjonijiet aktar ġenerużi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 805/2004, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Rifjut ta’ infurzar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-infurzar għandu, ma l-applikazzjoni mid-debitur, jiġi rifjutat mill-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-infurzar jekk is-sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija qabel f’xi Stat Membru jew pajjiż terz, kemm-il darba:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-sentenza preċedenti tkun involviet l-istess kawża ta’ azzjoni u kienet bejn l-istess partijiet; u li fiha:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-sentenza preċedenti ngħatat fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni jew tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru ta’ l-eżekuzzjoni; u li fiha:</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-irrikonċiljabilità ma kienitx u ma setgħatx titqajjem bħala oġġezzjoni fil-proċeduri tal-qorti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="021.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt ebda ċirkostanzi ma għandha s-sentenza jew iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar tiġi riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha fl-Istat Membru ta’ l-infurzar.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 30 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Informazzjoni li tirrelata ma’ proċeduri ta’ rimedji, lingwi u awtoritajiet<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar imsemmija fl-Artikolu 10(2) u għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 19(1);</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 50 tal-kodiċi ġudizzjarju:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>It-termini preskrittivi ma jistgħux jitnaqqsu jew jiġu estiżi, lanqas bil-kunsens tal-partijiet, ħlief fil-każijiet u skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, jekk it-terminu stabbilit għall-appell jew għall-oppożizzjoni fl-Artikoli 1048, 1051 u 1253c(c) u (d) jibda jiddekorri u jiskadi matul il-vaganzi ġudizzjarji, jiġi estiż sal-ħmistax-il jum tas-sena ġudizzjarja li jmiss<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 55 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Meta l-liġi tipprovdi li jiġu estiżi t-termini mogħtija lill-parti li ma jkollhiex la domiċilju, la residenza fil-Belġju u lanqas indirizz għan-notifiki f’dan il-pajjiż, it-termini previsti għandhom jiżdiedu bi:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>ħmistax-il jum, meta l-parti tkun tgħix f’pajjiż konfinanti jew fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja [u tal-Irlanda ta’ Fuq];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>tletin jum, jekk tkun tgħix f’pajjiż ieħor fl-Ewropa, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>tmenin jum, meta tkun tgħix xi mkien ieħor fid-dinja<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 860 ta’ dan il-kodiċi jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Irrispettivament mill-formalità li titħalla barra jew li ma tiġix osservata, ma jista’ jiġi ddikjarat null ebda att proċedurali jekk il-liġi ma tkunx espressament iddikjarat in-nullità.</ALINEA><ALINEA>It-termini previsti għall-preżentata ta’ appellhuma termini preskrittivi.</ALINEA><ALINEA>It-termini l-oħrajn ikunu preskrittivi biss meta l-liġi tipprevedi hekk.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1047 tal-istess kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Kull sentenza f’kontumaċja tista’ jsirilha oppożizzjoni, ħlief għall-eċċezzjonijiet previst mil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 1048 tal-kodiċi ġudizzjarju jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Mingħajr preġudizzju għat-termini stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imperattivi sopranazzjonali u internazzjonali, it-terminu għall-oppożizzjoni huwa ta’ xahar li jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni skont it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 792.</ALINEA><ALINEA>Jekk il-parti kontumaċi la kellha domiċilju, la residenza fil-Belġju u lanqas indirizz għal skopijiet ta’ notifika f’dan il-pajjiż, it-terminu ta’ oppożizzjoni jiġi estiż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 1051 tal-kodiċi ġudizzjarju jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Mingħajr preġudizzju għat-termini stabbiliti fid-dispożizzjonijiet sopranazzjonali u internazzjonali, it-terminu sabiex jitressaq appell huwa ta’ xahar jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni skont it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 792.</ALINEA><ALINEA>Dan it-terminu jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni wkoll għall-parti li tkun innotifikat is-sentenza.</ALINEA><ALINEA>Jekk waħda mill-partijiet li tkun ġiet innotifikata jew li tkun inħarġet notifika tad-deċiżjoni fuq talba tagħha ma jkollha la domiċilju, la residenza u lanqas indirizz għal skopijiet ta’ notifika fil-Belġju, it-terminu għall-appell għandu jiġi estiż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Imtech Marine wettqet diversi servizzi għal Radio Hellenic, u din tal-aħħar kellha tħallas għal dan ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">23506.99</FT>. Skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ Imtech Marine, klawżola penali ta’ 10 %, u interessi moratorji b’rata annwali ta’ 12 %, huwa dovuti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Minkejja diversi intimazzjonijiet, Radio Hellenic naqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ ħlas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ċitazzjoni ffirmata fil-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, Imtech Marine talbet lir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (qorti tal-kummerċ ta’ Antwerpen, il-Belġju) li tikkundanna lil Radio Hellenic għall-ħlas ta’ somom dovuti u li s-sentenza li fiha din il-kundanna tkun, abbażi tar-Regolament Nru 805/2004, iċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew. Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dik il-qorti ddikjarat din it-talba ammissibbli u parzjalment fondata. Radio Hellenic ġiet ikkundannata fil-kontumaċja li tħallas l-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">23506.99</FT>, miżjuda bil-klawsola penali ta’ 10 % u interessi għal dewmien. Madankollu, l-imsemmija qorti qieset li ma tistax tiċċertifika din is-sentenza bħala ordni eżekuttiv Ewropew, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni interna adegwata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130903">3 ta’ Settembru 2013</DATE>, Imtech Marine appellat kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Fl-appell tagħha, hija titlob li s-sentenza li tingħata tkun iċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew skont ir-Regolament Nru 805/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kwistjoni dwar jekk id-dritt Belġjan huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004 hija effettivament dibattibbli, bl-istess mod bħas-setgħat rispettivi tal-qorti u tar-reġistratur dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew. In-nuqqas tal-leġiżlatur nazzjonali jista’ joħloq inċertezza ġuridika għall-persuna fil-kawża. Minkejja l-effett dirett tal-imsemmi regolament, il-qrati Belġjani juru li huma ftit disposti għal tali ċertifikazzjonijiet bħal dawn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fir-rigward tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004, it-terminu għall-preżentata ta’ appell kontra deċiżjoni mogħtija in kontumaċja jista’, fid-dritt Belġjan, jiskadi qabel ma d-debitur kien seta’ eżerċitah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kien f’dan il-kuntest li l-Hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Anwterpen) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1)</NO.P><TXT>Il-fatt li ma jiġix applikat direttament ir-Regolament Nru 805/2004 għal talbiet mhux kontestati, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 288 TFUE, peress li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-leġiżlatur Belġjan ma ttrasponiex ir-regolament iċċitat iktar ’il fuq fil-leġiżlazzjoni Belġjana u</P></ITEM><ITEM><P>il-leġiżlatur Belġjan naqas – anki jekk il-leġiżlazzjoni Belġjana tipprevedi l-oppożizzjoni u l-appell – li jistabbilixxi proċedura ta’ eżami mill-ġdid?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda negattiva, peress li regolament (KE) huwa direttament applikabbli, x’għandu jinftiehem bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004? Għandha tiġi stabbilita proċedura ta’ eżami mill-ġdid biss fil-każ fejn tkun ġiet iffirmata jew innotifikata taħrika jew att promotur bil-mod previst fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, fi kliem ieħor mingħajr ma l-firma jew in-notifika tkun akkumpanjata minn prova li waslet? Billi tipprevedi l-oppożizzjoni skont l-Artikoli 1047 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan u l-appell skont l-Artikoli 1050 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-istess kodiċi, il-leġiżlazzjoni Belġjana ma tagħtix biżżejjed garanziji sabiex tissodisfa l-kriterji tal-proċedura ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>eżami mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> prevista fl-Artikolu 19(1) tar-regolament iċċitat iktar ’il fuq?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, li jippermetti li jiġu pprorogati t-termini ta’ skadenza msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 860, fl-Artikoli 55 u 1048 tal-istess kodiċi f’każ ta’ forza maġġuri jew ta’ ċirkustanzi straordinarji indipendenti mill-volontà tal-persuna kkonċernata, jagħti protezzjoni biżżejjed skont l-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament Nru 805/2004?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet mhux ikkontestati huwa att tal-qorti li t-talba tiegħu għandha tiġi fformulata fl-att promotur? F’każ ta’ risposta affermattiva, il-qorti għandha tiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar, u r-Reġistratur għandu joħroġ iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar?</TXT><P>F’każ ta’ risposta negattiva, il-kompitu ta’ ċertifikazzjoni tad-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ jaqa’ fuq ir-reġistratur?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ fejn iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar ma tikkostitwixxix att tal-qorti, l-applikant – li ma jkunx uża l-att promotur sabiex jitlob l-Ordni Ewropew ta’ Infurzar – jista’ sussegwentement jitlob lir-reġistratur, wara li d-deċiżjoni tkun saret res judicata, sabiex jiċċertifika d-deċiżjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar?<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Talba għal informazzjoni ntbagħtet lill-qorti tar-rinviju fis-<DATE ISO="20140807">7 ta’ Awwissu 2014</DATE>, li għaliha din tal-aħħar wieġbet fis-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament jipprovdi li deċiżjoni tista’ biss tiġi ċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ l-oriġini, li jitlob eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni. Issa, skont il-premessa 19 tar-Regolament Nru 805/2004, dan ir-regolament ma jimponix fuq l-Istati Membri li jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għall-istandards proċedurali minimi stipulati fih, lanqas, għaldaqstant, li tiġi istitwita proċedura speċifika ta’ eżami mill-ġdid fis-sens tal-imsemmi Artikolu 19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-unika konsegwenza tal-assenza ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid hija, kif jipprevedi l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004 stess, l-impossibbiltà li d-deċiżjoni tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew fil-kundizzjonijiet li din tal-aħħar issemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi u irrispettivament mill-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 30(1)(a) tal-imsemmi regolament, proċedura ta’ eżami mill-ġdid li teżisti, jekk ikun il-każ, fid-dritt intern, ta’ Stat Membru li, konformement mal-kliem tal-istess regolament, jagħżel li ma jadattax il-leġiżlazzjoni tiegħu, ma tistax tikser l-Artikolu 288 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, taħt liema ċirkustanzi l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jissuġġetta ċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropej ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jipprevedi li, fl-ipoteżijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ta’ dan l-artikolu, deċiżjoni tista’ biss tiġi ċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt il-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini, li jitlob eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 805/2005 hija dik li skontha l-att promotur jew att ekwivalenti ġie nnotifikat lid-debitur b’wieħed mill-metodi previsti fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, peress li n-notifika madankollu ma saritx fi żmien utli sabiex tista’ tipprepara d-difiża tagħha, mingħajr nuqqas min-naħa tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Taqa’ fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament Nru 805/2004 l-ipoteżi li d-debitur ma setax jikkontesta kreditu għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew wara ċirkustanzi straordinarji, mingħajr ma kien hemm nuqqas min-naħa tiegħu. Din l-ipoteżi tista’ wkoll tikkonċerna sitwazzjoni fejn l-impediment jippersisti fl-istadju fejn huma miftuħ it-terminu għall-preżentata ta’ appell kontra d-deċiżjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jkunu stabbilixxew, fid-dritt nazzjonali tagħhom, proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet speċifika għall-ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 805/2004, ma huwiex lanqas eskluż li l-proċeduri li eżistew, fi Stat Membru, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jippermettu lid-debitur li jitlob tali eżami mill-ġdid. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 30(1)(a) tal-imsemmi regolament, il-proċeduri inkwistjoni, in-natura vinkolanti, skont l-Artikolu 288 TFUE, tal-elementi kollha ta’ dan l-istess regolament fiha l-obbligu għall-qorti adita b’talba għal ċertifikazzjoni li teżamina jekk il-kundizzjoni prevista f’dan ir-rigward fl-Artikolu 19(1) tal-istess regolament tkunx issodisfatta, jiġifieri jekk id-dritt intern jippermettix b’mod effettiv u mingħajr eċċezzjoni li ssir talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni fl-imsemmija ipoteżijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali irrileva fil-punt 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn jista’ jkunu rimedji li jirrispettaw b’mod suffiċjenti d-drittijiet tad-difiża tad-debitur u d-dritt għal smigħ ġust, imsemmija fil-premessi 10 u 11 tar-Regolament Nru 805/2005, peress li d-dritt tal-Unjoni ma jirregolax il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid u li r-Regolament Nru 805/2004 jirreferi għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, sabiex jiġu rrispettati l-imsemmija drittijiet tad-difiża u d-dritt għal smigħ xieraq iggarantiti mill-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, hemm lok li jiġi rikjest li, sabiex jikkostitwixxu proċedura ta’ eżami mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004, interpretat fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan tal-aħħar, ir-rimedji inkwistjoni għandhom jippermettu, l-ewwel nett, eżami mill-ġdid komplet tad-deċiżjoni, fid-dritt u fil-fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-imsemmija rimedji għandhom jippermettu lid-debitur jinvoka waħda mill-ipoteżijiet previsti fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) ta’ dan ir-regolament, li jitlob tali eżami mill-ġdid lil hinn mit-termini ordinarji previsti mid-dritt nazzjonali sabiex issir oppożizzjoni jew isir appell mid-deċiżjoni. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, jekk id-dritt nazzjonali jipprovdi għall-possibbiltà li jiġu estiżi dawn it-termini, hekk li dawn tal-aħħar jerġgħu jibdew jiddekorru, l-iktar kmieni, mill-jum meta d-debitur effettivament kellu l-possibbiltà li jieħu konjizzjoni tal-kontenut tad-deċiżjoni jew li jippreżenta appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu, speċifikatament, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament Nru 805/2004, id-dritt intern għandu jippermetti tali estensjoni tat-termini għal-preżentata ta’ appell kemm f’każ ta’ forza maġġuri kif ukoll fil-preżenza ta’ ċirkustanzi straordinarji indipendenti mir-rieda tad-debitur, u mingħajr ebda nuqqas min-naħa tiegħu, peress li din id-dispożizzjoni tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ kunċetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju tindika li l-ordinament Belġjan jipprovdi prinċipalment żewġ rimedji sabiex tiġi kkontestata deċiżjoni f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-oppożizzjoni, imfassla speċifikament sabiex tikkontesta s-sentenzi mogħtija fil-kontumaċja, prevista fl-Artikoli 1047 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-kodiċi ġudizzjarju, u l-appell, previst fl-Artikoli 1050 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-kodiċi ġudizzjarju. Hija l-qorti tar-rinviju, li hija biss li għandha kompetenza sabiex tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tagħha, li għandha tiġbed il-konsegwenzi tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 mogħtija fil-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza u li tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax il-kundizzjonijiet minimi ta’ proċedura li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi. F’ipoteżi bħal din, u sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra rikjesti għal dan il-għan jkunu ssodisfatti, hija din il-qorti li għandha tagħmel din iċ-ċertifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda preliminari li l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġu interpretat fis-sens li, sabiex tagħmel ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ta’ deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja, il-qorti adita b’tali talba għandha tiżgura li d-dritt intern tagħha jippermetti, effettivament u mingħajr eċċezzjoni, eżami mill-ġdid komplet, fid-dritt u fil-fatt, ta’ tali deċiżjoni fiż-żewġ ipoteżijiet ta’ din id-dispożizzjoni u li jippermetti li jkunu estiżi t-termini sabiex isir appell kontra deċiżjoni dwar talba mhux kontestata, mhux biss fil-każ ta’ forza maġġuri, iżda wkoll meta ċirkustanzi straordinarji oħra, indipendenti mir-rieda tad-debitur, impedew lil dan tal-aħħar li jikkontesta l-kreditu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> u l-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ u l-ħames domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni tad-deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew hija ta’ natura ġudizzjarja, u għaldaqstant irriżervata lill-qorti, li għandha tintalab fl-att promotur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jipprovdi li t-talba għal-ċertifikazzjoni, bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, ta’ deċiżjoni dwar kreditu mhux ikkontestat għandha issir lill-qorti ta’ oriġini, mingħajr ma jispeċifika li, fi ħdan din il-qorti, hija kompetenti sabiex tagħti tali ċertifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-istruttura tar-Regolament Nru 805/2004, huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn iċ-ċertifikazzjoni fil-veru sens tal-kelma ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew u l-att formali ta’ ħruġ taċ-ċertifikat li jsemmi l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-att formali, wara li ġiet adottata d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ġiet adottata, ma huwiex neċessarjament att li għandu jsir mill-qorti, hekk li jista’ jiġi fdati lir-reġistratur tal-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, iċ-ċertifikazzjoni fil-veru sens tal-kelma tirrikjedi eżami ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 805/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kwalifiki ġuridiċi ta’ qorti huma essenzjali sabiex jiġu evalwati korrettement, f’kuntest ta’ inċertezza dwar l-osservanza ta’ standards minimi li jiżguraw ir-rispett tad-difiża tad-debitur u d-dritt għal smigħ ġust, ir-rimedji interni konformement mal-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, hija biss qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE li tista’ tiżgura li, permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-istandards minimi stabbiliti mir-Regolament Nru 805/2004 ikunu suġġetti għal interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Dwar il-kwistjoni dwar jekk iċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew għandiex tintalab fl-att promotur, l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 jipprovdi li deċiżjoni fuq kreditu mhux ikkontestata mogħtija fi Stat Membru hija, fuq talba indirizzata fi kwalunkwe żmien lill-qorti ta’ oriġini, iċċertifikata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jiġi rikjest li t-talba għal ċertifikazzjoni tiġi fi kwalunkwe ipoteżi ppreżentata fl-att promotur ikun illoġiku peress li dak iż-żmien xorta ma jistax ikun magħruf jekk il-kreditu huwiex ser jiġi kkontestat jew le u jekk, għaldaqstant, id-deċiżjoni mogħtija fit-tmiem ta’ din il-proċedura hijiex se tosservax ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex tiġi ċċertifikata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għar-raba’ u l-ħames domanda preliminari li l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, li tista’ tintalab f’kull mument, għandha tiġi rriżervata lill-qorti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġu interpretat fis-sens li, sabiex tagħmel ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ta’ deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja, il-qorti adita b’tali talba għandha tiżgura li d-dritt intern tagħha jippermetti, effettivament u mingħajr eċċezzjoni, eżami mill-ġdid komplet, fid-dritt u fil-fatt, ta’ tali deċiżjoni fiż-żewġ ipoteżijiet ta’ din id-dispożizzjoni u li jippermetti li jkunu estiżi t-termini sabiex isir appell kontra deċiżjoni dwar talba mhux kontestata, mhux biss fil-każ ta’ forza maġġuri, iżda wkoll meta ċirkustanzi straordinarji oħra, indipendenti mir-rieda tad-debitur, impedew lil dan tal-aħħar li jikkontesta l-kreditu inkwistjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, li tista’ tintalab f’kull mument, għandha tiġi rriżervata lill-qorti.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>