SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla)
17 ta’ Diċembru 2015 ( * )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 805/2004 — Titolu Eżekuttiv Ewropew għal talbiet mhux kontestati — Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni — Drittijiet tad-debitur — Eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni”
Fil-Kawża C‑300/14,
li għandha bħal suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Atwerpens, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2014, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Ġunju 2014, fil-proċedura
Imtech Marine Belgium NV
vs
Radio Hellenic SA,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan (Relatur), A. Prechal u K. Jürimäe, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
ikkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet, J.-C. Halleux u L. Van den Broeck, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u E. Pedrosa, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wils u A.‑M. Rouchaud-Joët, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-8 ta’ Settembru 2015,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal‑Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Imtech Marine Belgium NV (iktar ’il quddiem “Imtech Marine”), stabbilita fil-Belġju, u Radio Hellenic SA (iktar ’il quddiem “Radio Hellenic”), stabbilita fil-Greċja, dwar it-talba għal ċertifikazzjoni, bħala titolu eżekuttiv Ewropew fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja dwar kreditu li fih klawżola penali u interessi ta’ dewmien. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 44/2001
|
3 |
Il-punt 2 tal-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), jipprovdi li deċiżjoni ma hijiex rikonoxxuta jekk “meta jkun b’nuqqas ta’ dehra [kontumaċi], il-konvenut ma kienx ġie servut [nnotifikat] bid-dokument li jkun fetaħ il-proċedimenti jew b’dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b’tali manjiera li dan ikun jista’ jħejji għad-difiża tiegħu, sa kemm id-difensur ma jkunx naqas milli jibda l-proċedimenti biex jiddisputa s-sentenza meta kien possibli għalih jagħmel hekk”. |
Ir-Regolament Nru 805/2004
|
4 |
Skont il-premessi 10 sa 14, 18 u 19 tar-Regolament Nru 805/2004:
[…]
|
|
5 |
L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Ħtiġiet għal ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar”, jipprovdi fil-paragrafu 6 tiegħu: “1. Sentenza dwar talba mhux kontestata mwassla fi Stat Membru għandha, ma’ l-applikazzjoni f’kull żmien tal-qorti ta’ oriġini, tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk:
|
|
6 |
L-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolat “Ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar”, huwa fformulat kif ġej: “1. Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ bl-użu tal-formola standard fl-Annessi. 2. Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu jinħareġ fil-lingwa tas-sentenza.” |
|
7 |
L-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, intitolat “Korrezzjoni jew irtirar ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar”, jistabbilixxi: “1. Iċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar għandu, fuq applikazzjoni mill-qorti ta’ oriġini, jiġi
2. Il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini għandha tgħodd għall-korrezzjoni jew l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar. 3. Applikazzjoni għall-korrezzjoni jew l-irtirar ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar tista’ ssir bl-użu tal-formola standard fl-Anness VI. 4. Ma jista’ jsir ebda appell kontra l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ Ordni Ewropew ta’ Infurzar.” |
|
8 |
L-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, intitolat “Notifika bil-prova li d-debitur ikun irċeviha”, jipprovdi: “1. Id-dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jista’ ikun ġie notifikat lid-debitur permezz ta’ xi wieħed mill-metodi li ġejjin:
2. Kull taħrika għal smigh tal-qorti li tkun ġiet notifikata lid-debitur skont il-paragrafu 1 jew bil-fomm fis-smigħ tal-qorti ta’ qabel dwar l-istess talba u dikjarata fil-minuti ta’ dak is-smigħ tal-qorti ta’ qabel.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 805/2004, intitolata “Notifika mingħajr prova ta’ riċeviment mid-debitur”, jipprovdi: “1. In-notifikata’ dokument li jistitwixxi l-proċeduri jew dokument ekwivalenti jew xi ċitazzjoni tal-qorti lid-debitur tista’ wkoll tiġi effettwata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, in-notifika taħt il-paragrafu 1 mhix ammissibbli jekk l-indirizz tad-debitur ma jkunx magħruf b’ċertezza. 3. Notifika skont il-paragrafu 1(a) sa (d), għandha tkun attestata permezz ta’:
|
|
10 |
L-Artikolu 19 tal-istess regolament, intitolat “Standards minimi għar-reviżjoni f’każi eċċezzjonali” huwa fformulat kif ġej: “1. B’żieda ma’ l-Artikoli 13 sa 18, sentenza tista’ biss tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, li japplika għar-reviżjoni tas-sentenza fejn:
2. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-Istati Membri li jagħtu aċċess għal reviżjoni tas-sentenza taħt kondizzjonijiet aktar ġenerużi minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.” |
|
11 |
L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 805/2004, bit-titolu “Rifjut ta’ infurzar” jipprovdi: “1. L-infurzar għandu, ma l-applikazzjoni mid-debitur, jiġi rifjutat mill-qorti kompetenti fl-Istat Membru ta’ l-infurzar jekk is-sentenza ċertifikata bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza mogħtija qabel f’xi Stat Membru jew pajjiż terz, kemm-il darba:
2. Taħt ebda ċirkostanzi ma għandha s-sentenza jew iċ-ċertifikazzjoni bħala Ordni Ewropew ta’ Infurzar tiġi riveduta fir-rigward tas-sustanza tagħha fl-Istat Membru ta’ l-infurzar.” |
|
12 |
Skont l-Artikolu 30 tal-imsemmi regolament, intitolat “Informazzjoni li tirrelata ma’ proċeduri ta’ rimedji, lingwi u awtoritajiet”: “1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar:
[…]” |
Id-dritt Belġjan
|
13 |
Skont l-Artikolu 50 tal-kodiċi ġudizzjarju: “It-termini preskrittivi ma jistgħux jitnaqqsu jew jiġu estiżi, lanqas bil-kunsens tal-partijiet, ħlief fil-każijiet u skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi. Madankollu, jekk it-terminu stabbilit għall-appell jew għall-oppożizzjoni fl-Artikoli 1048, 1051 u 1253c(c) u (d) jibda jiddekorri u jiskadi matul il-vaganzi ġudizzjarji, jiġi estiż sal-ħmistax-il jum tas-sena ġudizzjarja li jmiss”. |
|
14 |
L-Artikolu 55 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi: “Meta l-liġi tipprovdi li jiġu estiżi t-termini mogħtija lill-parti li ma jkollhiex la domiċilju, la residenza fil-Belġju u lanqas indirizz għan-notifiki f’dan il-pajjiż, it-termini previsti għandhom jiżdiedu bi:
|
|
15 |
L-Artikolu 860 ta’ dan il-kodiċi jistipula: “Irrispettivament mill-formalità li titħalla barra jew li ma tiġix osservata, ma jista’ jiġi ddikjarat null ebda att proċedurali jekk il-liġi ma tkunx espressament iddikjarat in-nullità. It-termini previsti għall-preżentata ta’ appellhuma termini preskrittivi. It-termini l-oħrajn ikunu preskrittivi biss meta l-liġi tipprevedi hekk.” |
|
16 |
Skont l-Artikolu 1047 tal-istess kodiċi: “Kull sentenza f’kontumaċja tista’ jsirilha oppożizzjoni, ħlief għall-eċċezzjonijiet previst mil-liġi.” |
|
17 |
L-Artikolu 1048 tal-kodiċi ġudizzjarju jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għat-termini stabbiliti fid-dispożizzjonijiet imperattivi sopranazzjonali u internazzjonali, it-terminu għall-oppożizzjoni huwa ta’ xahar li jibda jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni skont it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 792. Jekk il-parti kontumaċi la kellha domiċilju, la residenza fil-Belġju u lanqas indirizz għal skopijiet ta’ notifika f’dan il-pajjiż, it-terminu ta’ oppożizzjoni jiġi estiż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55.” |
|
18 |
L-Artikolu 1051 tal-kodiċi ġudizzjarju jipprovdi: “Mingħajr preġudizzju għat-termini stabbiliti fid-dispożizzjonijiet sopranazzjonali u internazzjonali, it-terminu sabiex jitressaq appell huwa ta’ xahar jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni skont it-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 792. Dan it-terminu jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni wkoll għall-parti li tkun innotifikat is-sentenza. Jekk waħda mill-partijiet li tkun ġiet innotifikata jew li tkun inħarġet notifika tad-deċiżjoni fuq talba tagħha ma jkollha la domiċilju, la residenza u lanqas indirizz għal skopijiet ta’ notifika fil-Belġju, it-terminu għall-appell għandu jiġi estiż skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55. […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
19 |
Imtech Marine wettqet diversi servizzi għal Radio Hellenic, u din tal-aħħar kellha tħallas għal dan ammont ta’ EUR 23506.99. Skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ Imtech Marine, klawżola penali ta’ 10 %, u interessi moratorji b’rata annwali ta’ 12 %, huwa dovuti fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas. |
|
20 |
Minkejja diversi intimazzjonijiet, Radio Hellenic naqset milli twettaq l-obbligi tagħha ta’ ħlas. |
|
21 |
Permezz ta’ ċitazzjoni ffirmata fil-25 ta’ Marzu 2013, Imtech Marine talbet lir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (qorti tal-kummerċ ta’ Antwerpen, il-Belġju) li tikkundanna lil Radio Hellenic għall-ħlas ta’ somom dovuti u li s-sentenza li fiha din il-kundanna tkun, abbażi tar-Regolament Nru 805/2004, iċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew. Permezz ta’ sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2013, dik il-qorti ddikjarat din it-talba ammissibbli u parzjalment fondata. Radio Hellenic ġiet ikkundannata fil-kontumaċja li tħallas l-ammont ta’ EUR 23506.99, miżjuda bil-klawsola penali ta’ 10 % u interessi għal dewmien. Madankollu, l-imsemmija qorti qieset li ma tistax tiċċertifika din is-sentenza bħala ordni eżekuttiv Ewropew, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni interna adegwata. |
|
22 |
Fit-3 ta’ Settembru 2013, Imtech Marine appellat kontra din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju. Fl-appell tagħha, hija titlob li s-sentenza li tingħata tkun iċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew skont ir-Regolament Nru 805/2004. |
|
23 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kwistjoni dwar jekk id-dritt Belġjan huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004 hija effettivament dibattibbli, bl-istess mod bħas-setgħat rispettivi tal-qorti u tar-reġistratur dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sentenza bħala titolu eżekuttiv Ewropew. In-nuqqas tal-leġiżlatur nazzjonali jista’ joħloq inċertezza ġuridika għall-persuna fil-kawża. Minkejja l-effett dirett tal-imsemmi regolament, il-qrati Belġjani juru li huma ftit disposti għal tali ċertifikazzjonijiet bħal dawn. |
|
24 |
B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fir-rigward tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004, it-terminu għall-preżentata ta’ appell kontra deċiżjoni mogħtija in kontumaċja jista’, fid-dritt Belġjan, jiskadi qabel ma d-debitur kien seta’ eżerċitah. |
|
25 |
Kien f’dan il-kuntest li l-Hof van beroep te Antwerpen (qorti tal-appell ta’ Anwterpen) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
|
26 |
Talba għal informazzjoni ntbagħtet lill-qorti tar-rinviju fis-7 ta’ Awwissu 2014, li għaliha din tal-aħħar wieġbet fis-16 ta’ Ottubru 2014. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
|
27 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19. |
|
28 |
L-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament jipprovdi li deċiżjoni tista’ biss tiġi ċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt id-dritt tal-Istat Membru ta’ l-oriġini, li jitlob eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni. Issa, skont il-premessa 19 tar-Regolament Nru 805/2004, dan ir-regolament ma jimponix fuq l-Istati Membri li jadattaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għall-istandards proċedurali minimi stipulati fih, lanqas, għaldaqstant, li tiġi istitwita proċedura speċifika ta’ eżami mill-ġdid fis-sens tal-imsemmi Artikolu 19. |
|
29 |
L-unika konsegwenza tal-assenza ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid hija, kif jipprevedi l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004 stess, l-impossibbiltà li d-deċiżjoni tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew fil-kundizzjonijiet li din tal-aħħar issemmi. |
|
30 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi u irrispettivament mill-obbligu ta’ notifika lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 30(1)(a) tal-imsemmi regolament, proċedura ta’ eżami mill-ġdid li teżisti, jekk ikun il-każ, fid-dritt intern, ta’ Stat Membru li, konformement mal-kliem tal-istess regolament, jagħżel li ma jadattax il-leġiżlazzjoni tiegħu, ma tistax tikser l-Artikolu 288 TFUE. |
|
31 |
Għaldaqstant għandha tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 805/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 288 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fid-dritt intern, proċedura ta’ eżami mill-ġdid kif hemm fl-imsemmi fl-Artikolu 19. |
Fuq it-tieni u t-tielet domanda
|
32 |
Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, taħt liema ċirkustanzi l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jissuġġetta ċ-ċertifikazzjoni bħala titolu eżekuttiv Ewropej ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja. |
|
33 |
L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jipprevedi li, fl-ipoteżijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) ta’ dan l-artikolu, deċiżjoni tista’ biss tiġi ċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew jekk id-debitur ikollu d-dritt, taħt il-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini, li jitlob eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni. |
|
34 |
L-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament Nru 805/2005 hija dik li skontha l-att promotur jew att ekwivalenti ġie nnotifikat lid-debitur b’wieħed mill-metodi previsti fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, peress li n-notifika madankollu ma saritx fi żmien utli sabiex tista’ tipprepara d-difiża tagħha, mingħajr nuqqas min-naħa tagħha. |
|
35 |
Taqa’ fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament Nru 805/2004 l-ipoteżi li d-debitur ma setax jikkontesta kreditu għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew wara ċirkustanzi straordinarji, mingħajr ma kien hemm nuqqas min-naħa tiegħu. Din l-ipoteżi tista’ wkoll tikkonċerna sitwazzjoni fejn l-impediment jippersisti fl-istadju fejn huma miftuħ it-terminu għall-preżentata ta’ appell kontra d-deċiżjoni inkwistjoni. |
|
36 |
Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jkunu stabbilixxew, fid-dritt nazzjonali tagħhom, proċedura ta’ eżami mill-ġdid ta’ deċiżjonijiet speċifika għall-ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 805/2004, ma huwiex lanqas eskluż li l-proċeduri li eżistew, fi Stat Membru, qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament jippermettu lid-debitur li jitlob tali eżami mill-ġdid. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 30(1)(a) tal-imsemmi regolament, il-proċeduri inkwistjoni, in-natura vinkolanti, skont l-Artikolu 288 TFUE, tal-elementi kollha ta’ dan l-istess regolament fiha l-obbligu għall-qorti adita b’talba għal ċertifikazzjoni li teżamina jekk il-kundizzjoni prevista f’dan ir-rigward fl-Artikolu 19(1) tal-istess regolament tkunx issodisfatta, jiġifieri jekk id-dritt intern jippermettix b’mod effettiv u mingħajr eċċezzjoni li ssir talba għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni inkwistjoni fl-imsemmija ipoteżijiet. |
|
37 |
Kif l-Avukat Ġenerali irrileva fil-punt 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, dawn jista’ jkunu rimedji li jirrispettaw b’mod suffiċjenti d-drittijiet tad-difiża tad-debitur u d-dritt għal smigħ ġust, imsemmija fil-premessi 10 u 11 tar-Regolament Nru 805/2005, peress li d-dritt tal-Unjoni ma jirregolax il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid u li r-Regolament Nru 805/2004 jirreferi għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. |
|
38 |
Issa, sabiex jiġu rrispettati l-imsemmija drittijiet tad-difiża u d-dritt għal smigħ xieraq iggarantiti mill-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, hemm lok li jiġi rikjest li, sabiex jikkostitwixxu proċedura ta’ eżami mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004, interpretat fid-dawl tal-premessa 14 ta’ dan tal-aħħar, ir-rimedji inkwistjoni għandhom jippermettu, l-ewwel nett, eżami mill-ġdid komplet tad-deċiżjoni, fid-dritt u fil-fatt. |
|
39 |
It-tieni nett, l-imsemmija rimedji għandhom jippermettu lid-debitur jinvoka waħda mill-ipoteżijiet previsti fl-Artikolu 19(1)(a) u (b) ta’ dan ir-regolament, li jitlob tali eżami mill-ġdid lil hinn mit-termini ordinarji previsti mid-dritt nazzjonali sabiex issir oppożizzjoni jew isir appell mid-deċiżjoni. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, jekk id-dritt nazzjonali jipprovdi għall-possibbiltà li jiġu estiżi dawn it-termini, hekk li dawn tal-aħħar jerġgħu jibdew jiddekorru, l-iktar kmieni, mill-jum meta d-debitur effettivament kellu l-possibbiltà li jieħu konjizzjoni tal-kontenut tad-deċiżjoni jew li jippreżenta appell. |
|
40 |
Sabiex jintlaħqu, speċifikatament, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament Nru 805/2004, id-dritt intern għandu jippermetti tali estensjoni tat-termini għal-preżentata ta’ appell kemm f’każ ta’ forza maġġuri kif ukoll fil-preżenza ta’ ċirkustanzi straordinarji indipendenti mir-rieda tad-debitur, u mingħajr ebda nuqqas min-naħa tiegħu, peress li din id-dispożizzjoni tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ kunċetti. |
|
41 |
L-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju tindika li l-ordinament Belġjan jipprovdi prinċipalment żewġ rimedji sabiex tiġi kkontestata deċiżjoni f’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-oppożizzjoni, imfassla speċifikament sabiex tikkontesta s-sentenzi mogħtija fil-kontumaċja, prevista fl-Artikoli 1047 et seq tal-kodiċi ġudizzjarju, u l-appell, previst fl-Artikoli 1050 et seq tal-kodiċi ġudizzjarju. Hija l-qorti tar-rinviju, li hija biss li għandha kompetenza sabiex tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tagħha, li għandha tiġbed il-konsegwenzi tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 mogħtija fil-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza u li tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfax il-kundizzjonijiet minimi ta’ proċedura li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi. F’ipoteżi bħal din, u sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra rikjesti għal dan il-għan jkunu ssodisfatti, hija din il-qorti li għandha tagħmel din iċ-ċertifikazzjoni. |
|
42 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għat-tieni u għat-tielet domanda preliminari li l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 805/2004 għandu jiġu interpretat fis-sens li, sabiex tagħmel ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ta’ deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja, il-qorti adita b’tali talba għandha tiżgura li d-dritt intern tagħha jippermetti, effettivament u mingħajr eċċezzjoni, eżami mill-ġdid komplet, fid-dritt u fil-fatt, ta’ tali deċiżjoni fiż-żewġ ipoteżijiet ta’ din id-dispożizzjoni u li jippermetti li jkunu estiżi t-termini sabiex isir appell kontra deċiżjoni dwar talba mhux kontestata, mhux biss fil-każ ta’ forza maġġuri, iżda wkoll meta ċirkustanzi straordinarji oħra, indipendenti mir-rieda tad-debitur, impedew lil dan tal-aħħar li jikkontesta l-kreditu inkwistjoni. |
Fuq ir-raba ’ u l-ħames domanda
|
43 |
Permezz tar-raba’ u l-ħames domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni tad-deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew hija ta’ natura ġudizzjarja, u għaldaqstant irriżervata lill-qorti, li għandha tintalab fl-att promotur. |
|
44 |
L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 805/2004 jipprovdi li t-talba għal-ċertifikazzjoni, bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, ta’ deċiżjoni dwar kreditu mhux ikkontestat għandha issir lill-qorti ta’ oriġini, mingħajr ma jispeċifika li, fi ħdan din il-qorti, hija kompetenti sabiex tagħti tali ċertifikazzjoni. |
|
45 |
Madankollu, fid-dawl tal-istruttura tar-Regolament Nru 805/2004, huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn iċ-ċertifikazzjoni fil-veru sens tal-kelma ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew u l-att formali ta’ ħruġ taċ-ċertifikat li jsemmi l-Artikolu 9 tal-imsemmi regolament. Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan l-att formali, wara li ġiet adottata d-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew ġiet adottata, ma huwiex neċessarjament att li għandu jsir mill-qorti, hekk li jista’ jiġi fdati lir-reġistratur tal-qorti. |
|
46 |
Għall-kuntrarju, iċ-ċertifikazzjoni fil-veru sens tal-kelma tirrikjedi eżami ġudizzjarju tal-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 805/2004. |
|
47 |
Fil-fatt, il-kwalifiki ġuridiċi ta’ qorti huma essenzjali sabiex jiġu evalwati korrettement, f’kuntest ta’ inċertezza dwar l-osservanza ta’ standards minimi li jiżguraw ir-rispett tad-difiża tad-debitur u d-dritt għal smigħ ġust, ir-rimedji interni konformement mal-punti 38 sa 40 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, hija biss qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE li tista’ tiżgura li, permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-istandards minimi stabbiliti mir-Regolament Nru 805/2004 ikunu suġġetti għal interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi fl-Unjoni Ewropea. |
|
48 |
Dwar il-kwistjoni dwar jekk iċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew għandiex tintalab fl-att promotur, l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 jipprovdi li deċiżjoni fuq kreditu mhux ikkontestata mogħtija fi Stat Membru hija, fuq talba indirizzata fi kwalunkwe żmien lill-qorti ta’ oriġini, iċċertifikata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew. |
|
49 |
Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 56 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jiġi rikjest li t-talba għal ċertifikazzjoni tiġi fi kwalunkwe ipoteżi ppreżentata fl-att promotur ikun illoġiku peress li dak iż-żmien xorta ma jistax ikun magħruf jekk il-kreditu huwiex ser jiġi kkontestat jew le u jekk, għaldaqstant, id-deċiżjoni mogħtija fit-tmiem ta’ din il-proċedura hijiex se tosservax ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex tiġi ċċertifikata bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew. |
|
50 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għar-raba’ u l-ħames domanda preliminari li l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 805/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, li tista’ tintalab f’kull mument, għandha tiġi rriżervata lill-qorti. |
Fuq l-ispejjeż
|
51 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
|
Firem |
( * ) Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.