02018R0049 — MT — 12.01.2018 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49 tal-11 ta' Jannar 2018 (ĠU L 007 12.1.2018, p. 31) |
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/49
tal-11 ta' Jannar 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' biċikletti kkunsinjati fost l-oħrajn mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fost l-oħrajn mit-Tuneżija kif ukoll jekk le, wara rieżami ta' “esportatur ġdid” skont l-Artikolu 11(4) u 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 501/2013, dan li ġej għandu jiddaħħal fit-tabella taħt il-produtturi fit-Tuneżija:
|
Il-pajjiż |
Il-kumpanija |
Il-kodiċi TARIC addizzjonali |
|
It-Tuneżija |
Look Design System Route de Tunis Km6 - BP 18, 8020 Soliman, Tunisia |
C206 |
2. L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw fit-Tuneżija prodott minn Look Design System SA mingħajr l-ebda impożizzjoni retroattiva tad-dazji ta' antidumping.
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.