<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-577/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015TJ0577</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:305">EU:T:2018:305</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20180529">29.05.2018</DATE> – Kawża T-577/15</HT></P><P><HT TYPE="SC">Uribe-Etxebarría Jiménez vs EUIPO – Núcleo de comunicaciones y control (SHERPA)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" - " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SHERPA</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SHERPA</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali</KEYWORD><KEYWORD>Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell</KEYWORD><KEYWORD>Użu ġenwin tat-trade mark</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament 2017/1001)</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni relattiva għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Probabbiltà ta’ konfużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament 2017/1001)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑577/15,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez</HT>, residenti f’Erandio (Spanja), irrappreżentat minn M. Esteve Sanz, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn J. Crespo Carrillo, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">Núcleo de comunicaciones y control, SL</HT>, stabbilita f’Madrid (Spanja), irrappreżentata minn P. López Ronda, G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal u E. Armero Lavie, avukati,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> (Każ R 1135/2014‑2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Núcleo de comunicaciones y control u X. Uribe-Etxebarría Jiménez,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, P. Nihoul (Relatur) u J. Svenningsen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li rat ir-risposta tal-EUIPO ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160212">12 ta’ Frar 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-kawża lill-Ewwel Awla u lil Imħallef Relatur ġdid,</VISA><VISA>wara li rat id-domandi bil-miktub tal-Qorti Ġenerali lir-rikorrent u lill-EUIPO u r-risposti tagħhom għal dawn id-domandi ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fis-16 u fil-<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE> rispettivament,</VISA><VISA>wara s-seduta tat-<DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, ir-rikorrent, Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez, ippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat (issostitwit bir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="154" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 154, p. 1</REF.DOC.OJ>)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni huwa s-sinjal verbali SpagO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jaqgħu, b’mod partikolari, fil-klassijiet 9 u 42 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif rivedut u emendat. Fl-applikazzjoni għat-trade mark, dawn il-prodotti u servizzi kienu jikkorrispondu, fir-rigward ta’ kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassi 9: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Strumenti elettroniċi diġitali portabbli u mobbli sabiex isiru u jittieħdu telefonati, faks, posta elettronika, kontenut tal-vidjo, messaġġi istantanji, mużika, kontenut tal-awdjoviżiv u multimedja u data diġitali oħra; tagħmir li jħaddem l-MP3 u plejers tal-awdjo u vidjo diġitali oħra; kompjuters li jinġarru, assistenti personali diġitali, organizzaturi elettroniċi, apparat elettroniku għaż-żamma tan-noti; medja ta’ data manjetika; telefonijiet, mowbajls, tagħmir tal-logħob tal-kompjuter, telefonijiet bil-vidjo, kameras; riċevituri tar-radju; trasmettituri tar-radju; kamera tal-vidjos; ħardwer u softwer tal-kompjuter; softwer u fermwer, jiġifieri, programmi tas-sistema operattiva, programmi ta’ sinkronizzazzjoni ta’ data, u programmi ta’ għodda ta’ żvilupp ta’ applikazzjonijiet għal kompjuters personali u portabbli; softwer għall-għarfien tal-karattri, softwer għall-ġestjoni tat-telefon, softwer għall-mowbajls; ħardwer u softwer għall-irkupru ta’ informazzjoni ibbażati fuq it-telefonija; softwer li jbiddel messaġġi mill-ġdid; softwer tal-logħob; programmi tal-kompjuter irreġistrati minn qabel għall-ġestjoni ta’ informazzjoni personali; softwer tal-kompjuter għall-ġestjoni tad-database; softwer għall-bgħit ta’ messaġġi u ta’ posta elettronika; softwer għas-sinkronizzazzjoni ta’ databases; programmi tal-kompjuter biex wieħed jaċċedi, jara u jfittex fuq databases online; ħardwer u softwer tal-kompjuter sabiex tiġi stabbilita komunikazzjoni bit-telefon integrata man-netwerks tal-kompjuter ta’ informazzjoni mondjali; parts u aċċessorji għal strumenti elettroniċi diġitali portabbli u mobbli; parts u aċċessorji għal mowbajls; kaver għall-mowbajls; pokits għat-telefonijiet ċellulari; pokits għall-mowbajls magħmula mill-ġilda jew minn imitazzjoni tal-ġilda; kaver għall-mowbajls magħmula minn drappijiet jew materjali<?PAGE NO="3"?> tat-tessuti; batteriji; batteriji li jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati; ċarġers; ċarġers għall-batteriji tal-elettriku; kuffji; kuffji tal-isterjo; kuffji li jidħlu fil-widnejn; kaxxi sterjo; lawdspikers; spikers tal-awdjo għad-dar; spikers għal apparat sterjofoniku personali; mikrofoni; apparat tal-awdjo għall-karrozzi; apparati għall-konnessjoni u l-iċċarġjar ta’ strumenti elettroniċi diġitali portabbli; manwali tal-utent f’format li jinqara elettronikament, bil-magni jew fuq il-kompjuter iddisinjat biex jintuża ma’, u jinbiegħ flimkien mal-prodotti kollha ċċitati hawn fuq; parts u fittings għall-prodotti kollha ċċitati hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ apparati u strumenti għall-għażla ta’ programmi tat-televiżjoni u programmi oħra, u bl-eċċezzjoni espressa ta’ kull tip ta’ prodott użat b’konnessjoni mal-vetturi militari u vetturi għal kull tip ta’ art (militari jew le) u kull tip ta’ prodott għall-finijiet militari<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 42: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Servizzi xjentifiċi; servizzi ta’ analiżi u riċerka industrijali; disinn u żvilupp ta’ ħardwer u softwer tal-kompjuter; servizzi ta’ konsulenza fil-qasam ta’ softwer awdjoviżiv u multimedja; provvista ta’ faċilitajiet ta’ tiftix għall-kisba ta’ informazzjoni permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni; servizzi ta’ fornitur ta’ servizz ta’ applikazzjonijiet (ASP) li jinkludi softwer sabiex jintuża b’konnessjoni ma’ servizz ta’ abbonament mużikali online, softwer li jippermetti lill-utenti jaqraw u jipprogrammaw kontenut mużikali u marbut mad-divertiment awdjo, vidjo, testwali u multimedja, u softwer li jinkludi reġistrazzjonijiet ta’ ħsejjes mużikali, tal-kontenut marbut mad-divertiment audio, vidjo, testwali u multimedja; provvista ta’ użu temporanju ta’ softwer online li ma jistax jitniżżel li jippermetti lill-utenti jipprogrammaw kontenut awdjo, vidjo, testwali u multimedja oħra, inklużi mużika, kunċerti, vidjos, radju, televiżjoni, aħbarijiet, sports, logħob, avvenimenti kulturali u programmi marbuta mad-divertiment; tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ infrastrutturi online, permezz ta’ netwerk globali tal-kompjuter, sabiex jippermetti lill-utenti jipprogrammaw l-ippjanar tal-kontenut awdjo, vidjo, testwali u multimedja oħra, inklużi mużika, kunċerti, vidjos, radju, televiżjoni, aħbarijiet, sports, logħob, avvenimenti kulturali u programmi marbuta mad-divertiment, meta jixxandru; provvista ta’ faċilitajiet ta’ tiftix sabiex tinkiseb informazzjoni dwar netwerk globali tal-kompjuter; servizzi ta’ faċilitajiet ta’tiftix; servizzi ta’ konsulenza u ta’ assistenza dwar il-kompjuter għall-iskennjar ta’ informazzjoni fuq diski tal-kompjuter, fejn dawn is-servizz kollha tal-klassi 42 bl-ebda mod ma huma relatati mal-provvist ta’ aċċess (softwer) għal pjattaformi ta’ negozjar għat-twettiq u l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet li jirrigwardaw titoli ta’ sigurtà u operazzjonijiet li jirrigwardaw strumenti finanzjarji oħra negozjabbli (bl-eċċezzjoni tal-provvista ta’ aċċess għall-internet)<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għat-trade mark ġiet ippubblikata fil-Bulettin tat-trade marks Komunitarji Nru 135/2011, tal-<DATE ISO="20110720">20 ta’ Lulju 2011</DATE>, u s-sinjal verbali SHERPA ġie rreġistrat bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea fis‑<DATE ISO="20120427">27 ta’ April 2012</DATE>, bin-numru 10000339.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20121123">23 ta’ Novembru 2012</DATE>, l-intervenjenti, Núcleo de comunicaciones y control, SL, ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem l-EUIPO bbażata fuq l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament Nru 2017/1001), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tal-imsemmi regolament (li sar l-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament 2017/1001).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Din it-talba kienet tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi kollha koperti mit-trade mark ikkontestata u kienet ibbażata fuq l-eżistenza ta’ trade mark preċedenti, jiġifieri t-trade mark Spanjola verbali SHERPA, li kienet ġiet irreġistrata fit-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE> bin-numru 2187342, għal prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni u b’mod partikolari sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, ir-rikorrent talab li l-intervenjenti tipprova l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti. Din it-talba kienet ibbażata fuq l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament Nru 2017/1001), li jipprovdi li<?PAGE NO="4"?> l-proprjetarju ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea jista’ jirrikjedi prova li kien sar użu ġenwin mit-trade mark preċedenti fit-territorju fejn hija protetta, matul il-ħames snin ta’ qabel ma tressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara din it-talba, l-intervenjenti pproduċiet dokumenti intiżi sabiex jistabbilixxu dan l-użu ġenwin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130731">31 ta’ Lulju 2013</DATE>, ir-rikorrent emenda l-applikazzjoni tiegħu għat-trade mark billi introduċa l-limitazzjoni li ġejja fi tmiem il-lista ta’ prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>limitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>): <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>bl-eċċezzjoni espressa tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll u tas-sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni intiżi għas-superviżjoni u l-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha tal-<DATE ISO="20131011">11 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-intervenjenti indikat lill-EUIPO li, minkejja din il-limitazzjoni, hija kienet ser tippersisti bit-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO ħadet deċiżjoni li tilqa’ parzjalment it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mill-intervenjenti. F’din id-deċiżjoni, hija qieset li l-provi prodotti mill-intervenjenti kienu jistabbilixxu l-użu tat-trade mark preċedenti biss għal dak li jikkonċerna sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni u sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll fil-proċessi industrijali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140425">25 ta’ April 2014</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 66 sa 71 tar-Regolament Nru 2017/1001), mid-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dawn il-proċedimenti, ir-rikorrent ippreżenta, fis‑<DATE ISO="20140627">27 ta’ Ġunju 2014</DATE>, nota li tesponi l-aggravji tiegħu. L-istess jum, huwa ppreżenta lill-EUIPO dokument ieħor intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Nota komplementari li tesponi l-aggravji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Għal dawn iż-żewġ dokumenti, il-preżentata saret qabel ma skada t-terminu previst għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO ċaħad l-appell. Fid-dawl tal-fatt li ebda parti ma mmanifestat in-nuqqas ta’ qbil tagħha fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar il-provi tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, il-Bord illimita l-analiżi tiegħu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Bord tal-Appell iddefinixxa l-pubbliku li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tat-trade marks. Fil-fehma tiegħu, din id-definizzjoni kienet tiddependi mill-prodotti u mis-servizzi kkonċernati. Għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 dan kien il-pubbliku ġenerali u pubbliku speċjalizzat iżda sempliċement pubbliku speċjalizzat għas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 42 (punt 26 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-paragun tal-prodotti u tas-servizzi, il-Bord tal-Appell approva l-evalwazzjoni mwettqa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li ċerti prodotti kkontestati, li jaqgħu fil-klassi 9, kienu identiċi għall-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti, li jaqgħu fil-klassi 9 (punti 32, 33 u 34 tad-deċiżjoni kkontestata). Barra minn hekk, huwa qies, bħad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li ċerti prodotti oħrajn koperti mit-trade mark ikkontestata li jaqgħu fil-klassi 9 u li ċerti servizzi koperti mill-istess trade mark li jaqgħu fil-klassi 42 kienu simili għall-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti (punti 31, 36 u 37 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dwar il-paragun tas-sinjali, il-Bord tal-Appell qabel mal-evalwazzjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, li ma kinitx ikkonstestata mill-partijiet, sabiex jikkonkludi li kienu identiċi (punt 39 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, il-Bord tal-Appell ikkonkluda li kienet teżisti identiċità doppja, jiġifieri identiċità tas-sinjali u identiċità ta’ parti mill-prodotti konfliġġenti. Huwa qies ukoll li kienet teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti għal parti oħra mill-prodotti u għal servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata u meqjusa bħala li huma simili (punti 40 sa 47 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkużi dawk imġarrba għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-intervenjenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, permezz tat-tieni kap tat-talbiet tagħha, l-intervenjenti titlob lill-Qorti Ġenerali tagħti sentenza li tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, peress li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> huwa ekwivalenti għal li tiċħad ir-rikors, dan il-kap ta’ talbiet huwa essenzjalment intiż għaċ-ċaħda tar-rikors u għalhekk jingħaqad mal-ewwel kap tat-talbiet tal-intervenjenti (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170711">11 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑406/16</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:482">EU:T:2017:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta, insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament, tliet motivi bbażati, l-ewwel nett, fuq il-ksur tal-Artikolu 63(1), tal-Artikolu 64(1) u tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 70(1), l-Artikolu 71(1) u l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001, rispettivament), it-tieni nett fuq il-ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) ta’ dan l-istess regolament (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001) kif ukoll flimkien mar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-<DATE ISO="19951213">13 ta’ Diċembru 1995</DATE> li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189) (li sar l-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430 tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE> li jissupplimenta r-Regolament Nru 207/2009 u li jirrevoka r-Regolamenti Nru 2868/95 u (KE) Nru 216/96 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="205" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 205, p. 1</REF.DOC.OJ>)), u, it-tielet nett, fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv li jikkonċerna r-rifjut li jiġi eżaminat l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent jikkritika lill-Bord tal-Appell li ma analizzax l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti minkejja li kellu jagħmel dan skont l-Artikolu 63(1), l-Artikolu 64(1) u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan il-motiv huwa bbażat fuq żewġ ilmenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment li jikkonċerna n-nuqqas ta’ eżami tal-użu ġenwin, minkejja talba magħmula f’dan is-sens</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ilment, ir-rikorrent isostni li l-użu ġenwin kellu jiġi eżaminat mill-Bord tal-Appell minħabba li huwa kien talbu jagħmel dan l-eżami espressament fin-nota li tesponi l-aggravji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw il-fondatezza ta’ dan l-ilment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ma stħarriġx il-fondatezza tal-evalwazzjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar il-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, billi qies li din l-evalwazzjoni ma kinitx ikkontestata quddiemu (ara l-punt 14 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, insostenn tal-appell tiegħu, ir-rikorrent ppreżenta lill-Bord tal-Appell, żewġ noti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-ewwel nota, huwa wera l-qbil tiegħu dwar l-evalwazzjoni mwettqa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni fir-rigward tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni nota, li huwa ppreżenta bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>komplementari<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fir-rigward tal-ewwel waħda, ir-rikorrent indika, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>li (kien) fl-interess (tiegħu) (…) li l-Bord tal-Appell jeżamina mill-ġdid, bħalma (kien) obbligat jagħmel, il-prova tal-użu prodotta mill-parti li talbet għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità u kkontestata fir-rigward tat-trade mark preċedenti irreġistrata li tagħha kienet il-proprjetarja u li fuqha (kienet) qed tibbaża t-talba tagħha għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, peress li hekk (kien) ikun ikkonfermat li użu suffiċjenti tat-trade mark li jippermetti li jiġi ġġustifikat dan ir-rikors ma (kienx) ġie pprovat<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>sussidjarjament, hekk jiġi kkonfermat li t-trade mark ma (kinitx) intużat ħlief b’mod ferm limitat għal prodott konkret li ma (kellu) xejn x’jaqsam mal-prodott u s-servizzi koperti mit-trade mark tar-rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (paġni 2 u 3 tat-tieni nota).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Wara li ddikjara l-intenzjoni tiegħu li jikkritika l-evalwazzjoni mwettqa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, ir-rikorrent barra minn hekk żviluppa diversi argumenti, fit-tieni nota tiegħu, kontra din l-evalwazzjoni (paġni 3 sa 8 tat-tieni nota).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn l-argumenti, huwa indika li, fil-fehma tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>wieħed ma jistax (…) jikkonkludi li l-eżistenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark (preċedenti) (kien) ġie pprovat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (paġna 8 tat-tieni nota).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, minn din il-preżentazzjoni jirriżulta li, bħalma indika l-EUIPO, fit-tieni nota tiegħu, fuq il-kwistjoni tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, ir-rikorrent adotta pożizzjoni kuntrarja għal dik li kien iddefenda, dwar l-istess kwistjoni, fl-ewwel nota tiegħu u dan minkejja li t-tieni dokument kien ippreżentat sempliċement bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>komplementari<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fir-rigwad tal-ewwel wieħed, aġġettiv li kien jindika lill-EUIPO li l-informazzjoni pprovduta fit-tieni nota kienet biss insostenn tal-pożizzjoni adottata fl-ewwel waħda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jidher li n-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>nota komplementari<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> sottomessa mir-rikorrent fiha żewġ siltiet li ma jaqblux bejniethom, waħda tikkontesta l-evalwazzjoni mwettqa mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-oħra taċċetta din l-evalwazzjoni. Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrent ikkritika, fil-paġni 2 sa 8 ta’ din in-nota, il-pożizzjoni adottata mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni dwar il-kwistjoni tal-użu ġenwin, kif ġie enfasizzat fil-punti 32 sa 34 iktar ’il fuq. Min-naħa l-oħra, huwa ddikjara, fil-paġna 8 tal-imsemmi nota li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>bħalma (…) ġie indikat fin-nota preċedenti (tiegħu), (huwa kien) għaldaqstant jaqbel mad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni meta (kienet) iddikjarat li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-provi tal-użu prodotti mill-konvenuta ma (kinux) juru li t-trade mark (kienet) intużat għal din il-kategorija kbira kollha ta’ prodotti, iżda (kienu) juru l-użu tat-trade mark preċedenti biss għal dak li (kien) jikkonċerna sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni u sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll fi proċessi industrijali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’tali sitwazzjoni, il-Bord tal-Appell jissostitwixxi ruħu għar-rikorrent jekk huwa jagħmel għażla bejn il-pożizzjonijiet kontradittorji li r-rikorrent jiddefendi u jekk huwa jiddetermina, b’deduzzjoni, il-motivi li fuqhom, fil-fehma tiegħu, it-talba hija bbażata. Skont il-ġurisprudenza, huwa r-rikorrent li għandu jistabbilixxi l-qafas tat-tilwima billi jifformula b’mod preċiż u koerenti t-talbiet li jissottometti u l-argumenti li jressaq. Fihom infushom, id-dokumenti ppreżentati mir-rikorrent għandhom jippermettu lill-Bord tal-Appell jifhem għaliex ir-rikorrent qiegħed jitolbu jannulla jew ibiddel deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100428">28 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Claro vs UASI – Telefónica (Claro)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑225/09</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:169">EU:T:2010:169</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110516">16 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Atlas Transport vs UASI – Atlas Air (ATLAS)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑145/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:213">EU:T:2011:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Matul is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-rikorrent indika li l-ewwel nota kienet tinkludi l-argument prinċipali tiegħu iżda li kellu jitqies bħala li sar sussidjarju wara li ġiet ippreżentata t-tieni nota inkwantu, minkejja li ppreżentata bħala komplementari, din it-tieni nota kienet tagħmel tibdiliet importanti fir-rigward tad-difiża tar-rikorrent, fejn punt li ma kienx diskuss qabel sar is-suġġett ċentrali tal-kritiki li issa huma fformulati minn din il-parti kontra d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bħalma indika fis-seduta l-EUIPO, sostnut fuq dan il-punt mill-intervenjenti, in-noti sottomessi mill-partijiet quddiem l-EUIPO għandhom jinftiehmu, fihom infushom b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 37 iktar ’il fuq. Fil-każ ineżami, id-dokumenti sottomessi mir-rikorrent ma kinux jissodisfaw dan ir-rekwiżit fil-mument meta ġew sottomessi, bħalma ġie indikat fil-punti 35 à 38 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bord tal-Appell kien ġust meta ċaħad in-nota sottomessa fit-tieni lok mir-rikorrent fid-dawl tal-kontradizzjoni li kien fih dan id-dokument u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li din in-nota kienet ippreżentata bħala sempliċement komplementari u għaldaqstant ir-rikorrent indika li l-argument prinċipali kien jinsab fin-nota ppreżentata fl-ewwel lok.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, l-ewwel ilment ippreżentat mir-rikorrent għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment li jikkonċerna l-kontinwità funzjonali bejn l-istanzi tal-EUIPO u l-effett devoluttiv tal-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ilment tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-Bord tal-Appell kellu jeżamina l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, mingħajr ma kellha ssir talba f’dan is-sens. Fil-fehma tiegħu, dan l-eżami kien neċessarju, indipendentement minn tali talba, abbażi tal-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali li teżisti bejn l-istanzi tal-EUIPO u l-effett devoluttiv li huwa konness mal-preżentata ta’ appell f’dan il-kuntest. Minn dan il-prinċipju u minn dan l-effett, jirriżulta li l-Bordijiet tal-Appell għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-punti ta’ fatt u ta’ liġi kollha mqajma mill-partijiet fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw l-allegazzjonijiet tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza, talba għall-prova tal-użu ġenwin ta’ trade mark preċedenti żżid mal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità il-kwistjoni speċifika u preliminari tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti, li ladarba titqajjem mill-proprjetarju tat-trade mark, għandha tiġi riżolta qabel ma tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fiha nfisha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Inditex vs UASI – Marín Díaz de Cerio (OFTEN)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑292/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:399">EU:T:2010:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din in-natura speċifika u preliminari tirriżulta mill-fatt li l-analiżi tal-użu ġenwin twassal sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-eżami tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, it-trade mark preċedenti tistax titqies li hija rreġistrata għall-prodotti u għas-servizzi inkwistjoni. Għaldaqstant, din l-analiżi ma taqax taħt il‑kuntest tal-eżami tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fil-veru sens tal-kelma, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni ma’ din it-trade mark (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100913">13 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>OFTEN</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑292/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:399">EU:T:2010:399</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta ma tkunx imqajma b’mod espress quddiemu, il-kwistjoni tal-użu ġenwin ma tikkostitwixxix punt ta’ liġi li għandu neċessarjament jiġi eżaminat mill-Bord tal-Appell sabiex jingħata eżitu għall-każ quddiemu. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din il-kwistjoni għandha titqies bħala li ma tagħmilx parti mis-suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑592/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:117">EU:T:2014:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, bil-kontra ta’ dak li jsostni r-rikorrent, il-kontinwità funzjonali bejn l-istanzi tal-EUIPO u l-effett devoluttiv tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell ma għandhomx bħala konsegwenza li dan ikun awtomatikament adit bi kwistjonijiet dwar l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti meta dawn il-kwistjonijiet ma jkunux ġew imqajma quddiemu, b’mod espress, mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tieni lment tal-ewwel motiv għandu għalhekk jiġi miċħud kif ukoll, fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel ilment, l-ewwel motiv meqjus fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-provi sabiex jintwera l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija vvizzjata, għal dak li jikkonċerna l-użu tat-trade mark preċedenti, minn żball ta’ evalwazzjoni bi ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95. B’risposta għal domanda magħmula mill-Qorti Ġenerali waqt is-seduta, ir-rikorrent ippreċiża li dan il-motiv kien ukoll ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, li jikkonċerna l-produzzjoni tal-provi tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-atti tiegħu, ir-rikorrent jippreċiża li dan il-motiv huwa mressaq b’mod sussidjarju u għandu jiġi analizzat mill-Qorti Ġenerali biss fl-ipoteżi li din tiċħad l-ewwel motiv eżaminat iktar ’il fuq. Peress li dan l-ewwel motiv ġie miċħud fil-punt 48 iktar ’il fuq, hemm lok li jiġi eżaminat it-tieni motiv. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv sussidjarju, ir-rikorrent janalizza diversi dokumenti pprovduti mill-intervenjenti matul il-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, filwaqt li jitlob lill-Qorti Ġenerali tikkonstata li dawn id-dokumenti ma għandhomx is-saħħa probatorja meħtieġa sabiex jiġi stabbilit l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jikkontestaw l-ammissibbiltà u l-fondatezza ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, ir-rikorsi ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali fil-qasam tat-trade marks huma intiżi jistħarrġu l-legalità tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO. F’dan il-kuntest, il-Qorti Ġenerali ma tistax teżamina mill-ġdid il-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Matratzen Concord vs UASI – KBT (ARKTIS)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑258/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:207">EU:T:2015:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, huwa paċifiku li l-Bord tal-Appell ma eżaminax b’mod awtonomu u komplet il-provi prodotti mill-intervenjenti sabiex tistabbilixxi l-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti u li huwa ma kellux jagħmel dan, fl-assenza ta’ talba ċara f’dan is-sens ippreżentata quddiemu mir-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 52 iktar ’il fuq, dawn il-provi ma jistgħux jiġu eżaminati mill-Qorti Ġenerali, u li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji mwettqa matul l-evalwazzjoni tal-identiċità jew tax-xebh tal-prodotti jew tas-servizzi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-rikorrent jikkritika lill-Bord tal-Appell li wettaq żbalji fl-evalwazzjoni tal-identiċità jew tax-xebh eżistenti bejn il-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade marks konfliġġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fl-atti tiegħu, ir-rikorrent jippreċiża li dan il-motiv tressaq b’mod iktar sussidjarju u għandu jiġi eżaminat jekk id-deċiżjoni kkontestata ma tiġix annullata fuq il-bażi tal-ewwel u tat-tieni motivi. Peress li dawn iż-żewġ motivi ġew miċħuda, it-tielet motiv għandu jiġi analizzat billi jiġu eżaminati, preliminarjament, il-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Bord tal-Appell fir-rigward tal-pubbliku rilevanti u tal-paragun tas-sinjali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-pubbliku rilevanti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-konsumatur medju għall-kategorija ta’ prodotti kkonċernati, fejn l-ewwel nett għandu jinftiehem li dan il-konsumatur huwa normalment informat u raġonevolment attent u avvżat, imbagħad li l-livell ta’ attenzjoni tiegħu jista’ jvarja mal-kategorija ta’ prodotti jew ta’ servizz inkwistjoni (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Mundipharma vs UASI – Altana Pharma (RESPICUR)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑256/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:46">EU:T:2007:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-punt 26 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkonstata li l-pubbliku kkonċernat mill-prodotti tal-klassi 9 kien jinkludi, minn naħa, il-pubbliku ġenerali u min-naħa l-oħra, pubbliku speċjalizzat, kompost minn impriżi li għandhom għarfien jew esperjenza professjonali speċifiċi. Fl-istess punt huwa rrileva li s-servizz inklużi fil-klassi 42 kienu intiżi għal pubbliku li għandu għarfien xjentifiku u tekniku, li l-livell ta’ attenzjoni tiegħu kien ogħla. Peress li dawn l-evalwazzjonijiet ma ġewx ikkontestati mir-rikorrent u peress li huma fondati, huma jistgħu jiġu approvati mill-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell qies, fil-punt 25 tad-deċiżjoni kkontestata, mingħajr ma dan ġie kkontestat mir-rikorrent, li t-territorju rilevanti kien dak tal-Unjoni Ewropea. B’risposta għal domanda magħmula waqt is-seduta, l-EUIPO ammetta li wettaq żball meta ddefinixxa b’dan il-mod it-territorju rilevanti, iżda sostna li dan l-iżball ma kellux effett fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrent sostna li l-imsemmi żball seta’ jkollu effett fuq l-evalwazzjoni tax-xebh kunċettwali tat-trade marks konfliġġenti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm il-Bord tal-Appell wettaq żball peress li, minħabba l-fatt li t-trade mark preċedenti hija trade mark Spanjola, it-territorju rilevanti li kellu jittieħed inkunsiderazzjoni kien dan ta’ Spanja, dan l-iżball jibqa’ mingħajr effett fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, dan ma jistax jinfluwenza l-evalwazzjoni tax-xebh viżiv,<?PAGE NO="10"?> fonetiku jew anki kunċettwali tat-trade marks konfliġġenti, peress li dawn huma identiċi, jew l-evalwazzjoni tax-xebh ta’ prodott u ta’ servizzi inkwistjoni, li ma jidhirx li tista’ tiddependi fuq it-territorju rilevanti, ħaġa li barra minn hekk ma ġietx sostnuta fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-paragun tas-sinjali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-Bord tal-Appell qies fil-punt 39 tad-deċiżjoni kkontestata li, peress li kienu komposti esklużivament mill-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sherpa<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, is-sinjali konfliġġenti kienu identiċi. Peress li din il-konstatazzjoni tirriżulta mill-provi u li ma ġietx ikkontestata mir-rikorrent, hija tista’ tiġi approvata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-paragun tal-prodotti u tas-servizzi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment li jikkonċerna l-evalwazzjoni tax-xebh tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark preċedenti u tas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 42 koperti mit-trade mark ikkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li ċerti servizzi li jaqgħu fil-klassi 42 imsemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni sottomessa mir-rikorrent kienu simili għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija kkontestata mir-rikorrent għas-servizzi li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>servizzi ta’ konsulenza fil-qasam ta’ softwer awdjoviżiv u multimedja; provvista ta’ faċilitajiet ta’ tiftix għall-kisba ta’ informazzjoni permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni; provvista ta’ faċilitajiet ta’ tiftix sabiex tinkiseb informazzjoni dwar netwerk globali tal-kompjuter<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni ta’ xebh imwettqa mil-Bord tal-Appell hija wkoll ikkritikata mir-rikorrent għas-servizzi elenkati hawn taħt: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>servizzi ta’ fornitur ta’ servizz ta’ applikazzjonijiet (ASP) li jinkludi softwer sabiex jintuża b’konnessjoni ma’ servizz ta’ abbonament mużikali online, softwer li jippermetti lill-utenti jaqraw u jipprogrammaw kontenut mużikali u marbut mad-divertiment bl-awdjo, vidjo, testwali u multimedja u softwer li jinkludi reġistrazzjonijiet ta’ ħsejjes mużikali, tal-kontenut marbut mad-divertiment audio, vidjo, testwali u multimedja; provvista ta’ użu temporanju ta’ softwer online li ma jistax jitniżżel li jippermetti lill-utenti jipprogrammaw kontenut awdjo, vidjo, testwali u multimedja oħra, inklużi mużika, kunċerti, vidjos, radju, televiżjoni, aħbarijiet, sports, logħob, avvenimenti kulturali u programmi marbuta mad-divertiment; tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ infrastrutturi online, permezz ta’ netwerk globali tal-kompjuter, sabiex jippermetti lill-utenti jipprogrammaw l-ippjanar tal-kontenut awdjo, vidjo, testwali u multimedja oħra, inklużi mużika, kunċerti, vidjos, radju, televiżjoni, aħbarijiet, sports, logħob, avvenimenti kulturali u programmi marbuta mad-divertiment, meta jixxandru<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrent, dawn is-servizzi ma humiex komplementari jew simili għall-softwer li għandhom funzjonijiet industrijali u mibjugħa taħt it-trade mark preċedenti, peress li dawk tal-ewwel ma jistgħux jintużaw, bid-differenza ta’ dawk tal-aħħar, ħlief minn utent finali wieħed f’kull ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, bħalma qies il-Bord tal-Appell, l-ewwel serje ta’ servizzi, imsemmija fil-punt 62 iktar ’il fuq, jinsabu f’konnessjoni komplementari mal-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti, u li għalihom użu ġenwin ġie stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-komplementarjetà tirriżulta mill-fatt li l-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti jirrikjedu, sabiex ikunu jistgħu jintużaw, l-użu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>softwer<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>applikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> li jissemmew mill-Bord tal-Appell. Bl-istess mod, dawn is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>softwer<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u dawn l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>applikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ma jistgħux jiġu pprovduti lill-utenti fl-assenza tal-prodotti li jippermettu l-użu tagħhom, prodotti li fosthom jinsabu s-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll ikkummerċjalizzati mill-intervenjenti taħt it-trade mark preċedenti li l-użu tagħhom ġie stabbilit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni ma hijiex mibdula mill-użu tal-prodotti msemmija mit-trade mark preċedenti fi proċessi industrijali peress li dan it-terminu tal-aħħar ifisser biss li, meta jintużaw f’kuntest industrijali, il-prodotti ta’ superviżjoni u ta’ kontroll koperti minn din it-trade mark jista’ jkollhom bħala destinatarji numru sinjifikattiv ta’ utenti u jaqa’ taħt dinamika analoga għal dik li tikkaratterizza lill-produzzjoni tal-massa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Issa, l-eżistenza ta’ tali konnessjoni ta’ komplementarjetà bejn dawn il-prodotti mibjugħa taħt it-trade mark preċedenti u s-servizz koperti mit-trade mark ikkontestata ma tipprekludix il-possibbiltà ta’ xebh bejniethom peress li, skont il-ġurisprudenza, ix-xebh għandu jiġi evalwat b’teħid kont tal-fatturi rilevanti kollha li jikkaratterizzaw il-konnessjoni eżistenti bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati, inklużi n-natura tagħhom, id-destinazzjoni tagħhom, l-użu tagħhom kif ukoll il-karattru kompetittiv jew komplementari tagħhom (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>El Corte Inglés vs UASI – Bolaños Sabri (PiraÑAM diseño original Juan Bolaños)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑443/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:219">EU:T:2007:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-komplementarjetà li teżisti bejn prodotti u servizzi, b’mod partikolari l-fatt li xi wħud jistgħu jintużaw flimkien mal-oħrajn, jista’ joħloq, fi ħdan il-pubbliku rilevanti, il-perċezzjoni li dawn il-prodotti u dawn is-servizzi huma simili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, il-konstatazzjoni ta’ xebh ibbażata fuq il-komplementarjetà, li saret mill-Bord tal-Appell, għandha tiġi approvata fid-dawl tan-natura komplessa tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati u, b’mod partikolari, tad-diffikultà, anki għal pubbliku speċjalizzat, li jissepara dak li jaqa’ taħt it-tagħmir u dak li jaqa’ taħt is-softwer jew l-applikazzjoni, peress li xi wħud minnhom għandhom jiffunzjonaw flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tieni serje ta’ servizzi, msemmija fil-punt 63 iktar ’il fuq, huma jistgħu jitqiesu li jixxiebhu anki jekk il-livell ta’ xebh mal-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti huwa dgħajjef, bħalma ddeċieda l-Bord tal-Appell, sa fejn dawn is-servizzi jistgħu jiġi pprovduti mill-istess impriża jew huma ddestinati għall-istess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, il-Bord tal-Appell kien ġust meta qies li kien hemm xebh bejn is-servizzi kkonċernati u l-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti u li għalihom użu ġenwin kien ġie stabbilit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni lment, li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-identiċità jew tax-xebh tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark preċedenti u ta’ prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark ikkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-paragun tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9, il-Bord tal-Appell qies, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-prodotti li ġejjin, li huma koperti mit-trade mark ikkontestata, kienu identiċi għall-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>ħardwer u softwer tal-kompjuter; softwer u fermwer, jiġifieri, programmi tas-sistema operattiva, programmi ta’ sinkronizzazzjoni ta’ data, u programmi ta’ għodda ta’ żvilupp ta’ applikazzjonijiet għal kompjuters personali u portabbli; softwer għall-għarfien tal-karattri, softwer għall-ġestjoni tat-telefon, softwer għall-mowbajls; ħardwer u softwer għall-irkupru ta’ informazzjoni ibbażati fuq it-telefonija; softwer li jbiddel messaġġi mill-ġdid; programmi tal-kompjuter irreġistrati minn qabel għall-ġestjoni ta’ informazzjoni personali; softwer tal-kompjuter għall-ġestjoni tad-database; softwer għall-bgħit ta’ messaġġi u ta’ posta elettronika; softwer għas-sinkronizzazzjoni ta’ databases; programmi tal-kompjuter biex wieħed jaċċedi, jara u jfittex fuq databases online; ħardwer u softwer tal-kompjuter sabiex tiġi stabbilita komunikazzjoni bit-telefon integrata man-netwerks tal-kompjuter ta’ informazzjoni mondjali.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell ikkonstata li prodotti oħra, identifikati iktar ’l isfel u li jaqgħu ukoll fil-klassi 9, kienu jixxiebhu mal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark preċedenti: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>strumenti elettroniċi diġitali portabbli u mobbli sabiex isiru u jittieħdu telefonati, faks, posta elettronika, kontenut tal-vidjo, messaġġi istantanji, mużika, kontenut tal-awdjoviżiv et multimedja et data diġitali oħra; tagħmir li jħaddem l-MP3 u plejers tal-awdjo u vidjo diġitali oħra; kompjuters li jinġarru, assistenti personali diġitali, organizzaturi elettroniċi, apparat elettroniku għaż-żamma tan-noti; medja ta’ data manjetika; telefonijiet, mowbajls, telefonijiet bil-vidjo, kameras; riċevituri tar-radju; trasmettituri tar-radju; kamera tal-vidjos; parts u aċċessorji għal strumenti elettroniċi diġitali portabbli u mobbli; parts u aċċessorji għal mowbajls; manwali tal-utent f’format li jinqara elettronikament, bil-magni jew fuq il-kompjuter iddisinjat biex jintuża ma’, u jinbiegħ flimkien mal-prodotti kollha ċċitati hawn fuq; parts u fittings għall-prodotti kollha ċċitati hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta’ apparati u strumenti għall-għażla ta’ programmi tat-televiżjoni u programmi oħra, u bl-eċċezzjoni espressa ta’ kull tip ta’ prodott użat b’konnessjoni mal-vetturi militari u vetturi għal kull tip ta’ art (militari jew le) u kull tip ta’ prodott għall-finijiet militari; bl-eċċezzjoni espressa tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll u tas-sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni intiżi għas-supervizjoni u għall-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn id-diversi prodotti, ir-rikorrent prinċipalment isostni li meta pparaguna dawn il-prodotti fid-deċiżjoni kkontestata, il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-limitazzjoni. Issa din il-limitazzjoni teskludi kull identiċità u kull xebh tal-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata mal-prodotti koperti mit-trade mark preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Sussidjarjament, ir-rikorrent jikkontesta l-analiżi mwettqa mill-Bord tal-Appell sabiex ikkonkluda li jeżistu identiċità u xebh bejn il-prodotti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-intervenjenti jiċħdu l-argumentazzjoni tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 26(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 31(1)(c) tar-Regolament Nru 2017/1001), l-applikazzjonijiet intiżi għar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea għandhom jinkludu lista ta’ prodotti jew ta’ servizzi li għalihom tkun saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001), l-applikant jista’ fi kwalunkwe ħin jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal trade mark tal-Unjoni Ewropea jew jillimita l-lista ta’ prodotti jew ta’ servizzi li hija tinkludi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, kif ġie indikat fil-punt 9 iktar ’il fuq, matul il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, ir-rikorrent introduċa l-limitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Wara l-limitazzjoni, il-lista ta’ prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark ikkontestata tispiċċa b’parti minn sentenza li tindika li hija tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>bl-eċċezzjoni espressa tas-sistemi ta’ superviżjoni u ta’ kontroll u tas-sistemi għall-ipproċessar tal-informazzjoni intiżi għas-supervizjoni u għall-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Lil hinn mis-sempliċi riferiment għal-limitazzjoni fil-punti 30 u 35 tad-deċiżjoni kkontestata b’relazzjoni ma’ ċerti prodotti mingħajr ebda indikazzjoni, preċiżjoni jew ġustifikazzjoni oħra, minn din id-deċiżjoni ma jirriżultax li l-imsemmija limitazzjoni kienet ġiet espressament analizzata mill-Bord tal-Appell, fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet tiegħu dwar l-identiċità jew ix-xebh tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade marks konfliġġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali limitazzjoni matul il-proċedura amministrattiva jista’ jwassal, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, sabiex xi prodotti li qabel kienu meqjusa bħala identiċi jsiru meqjusa biss bħala li jixxiebhu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gat Microencapsulation vs UASI – BASF (KARIS)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑720/13</NO.CASE>, mhux<?PAGE NO="13"?> ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:735">EU:T:2015:735</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), bil-konsegwenza, fil-każ ta’ identiċità tat-trade marks konfliġġenti, li, skont il-każ, id-dispożizzjoni applikabbli ma tkunx iktar l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, iżda l-Artikolu 8(1)(b) ta’ dan l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-Bord tal-Appell wettaq żball li seta’ jivvizzja l-evalwazzjonijiet li huwa għamel dwar l-identiċità jew ix-xebh tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade marks konfliġġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li l-iżball imwettaq mill-Bord tal-Appell seta’ jinfluwenza b’mod determinanti l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija kienet tikkonċerna l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9, dan għandu jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni mwettqa fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu f’din il-klassi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Colas vs UASI – García-Teresa Gárate u Bouffard Vicente (BASE-SEAL)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑172/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:119">EU:T:2012:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fl-atti tagħhom, l-EUIPO u l-intervenjenti essenzjalment talbu lill-Qorti Ġenerali tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fil-każ li hija tqis li din hija vvizzjata bi żball f’dak li jikkonċerna l-eżami tal-limitazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali għandha setgħa li tbiddel, iżda li l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa huwa limitat għal sitwazzjonijiet li fihom, wara li tkun stħarrġet l-evalwazzjoni magħmula mill-Bord tal-Appell, hija tkun f’pożizzjoni li tiddetermina, abbażi ta’ punti ta’ fatt u ta’ liġi kif stabbiliti, id-deċiżjoni li l-Bord tal-Appell kellu jieħu. Il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell ma tagħha u lanqas ma tipproċedi għal evalwazzjoni li dwarha l-Bord tal-Appell ikun għadu ma ħax pożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tal-każ ineżami, il-Qorti Ġenerali ma tkunx tista’ teżerċita din is-setgħa li tbiddel mingħajr ma teċċedi l-limiti imposti fuqha mill-ġurisprudenza, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax pożizzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, dwar il-portata u l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mil-limitazzjoni għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-identiċità jew tax-xebh tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade marks konfliġġenti, b’tali mod li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex, f’dan ir-rigward, evalwazzjoni li skont il-ġurisprudenza hija tista’ tistħarreġ kif ukoll, jekk ikun il-każ, tbiddel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni lment tat-tielet motiv għandu jiġi milqugħ sabiex id-deċiżjoni kkontestata tiġi annulata sa fejn tikkonċerna l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9, u, bħalma finalment issuġġerixxa l-EUIPO matul is-seduta, il-kawża tiġi rrinvijata quddiem il-Bord tal-Appell sabiex huwa jiddeċiedi mill-ġdid fuq din il-parti tat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn minn naħa, il-Bord tal-Appell kien ġust meta qies li s-servizzi li jaqgħu fil-klassi 42 koperti mit-trade mark ikkontestata kienu simili għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 koperti mit-trade mark preċedenti li għalihom użu ġenwin kien ġie stabbilit (ara l-punt 72 iktar ’il fuq) u fejn, min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni mwettqa mill-Bord tal-Appell, li ma kinitx ikkontesta b’mod speċifiku mir-rikorrent, tista’ tiġi approvata mill-Qorti Ġenerali bħala li hija fondata, hemm lok li dan ir-rikors jiġi miċħud, sa fejn jikkonċerna l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 42.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrent talab sabiex l-EUIPO kif ukoll, jekk ikun il-każ, l-intervenjenti jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher iġġustifikat, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra. Fil-każ ineżami, l-EUIPO għandu jiġi kkundannat sabiex, minbarra l-ispejjeż tiegħu, ibati terz mill-ispejjeż tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-parti intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. Fil-każ ineżami, l-intervenjenti li intervjeniet insostenn tal-EUIPO għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-talba tar-rikorrent dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, huwa l-obbligu tal-Bord tal-Appell li jiddeċiedi, fid-dawl tas-sentenza preżenti, dwar l-ispejjeż relatati ma’ dawn il-proċedimenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171004">4 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑411/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:689">EU:T:2017:689</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0209">209</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas‑<DATE ISO="20150717">17 ta’ Lulju 2015</DATE> (Każ R 1135/2014‑2) hija annullata, f’dak li jikkonċerna l-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata li jaqgħu fil-klassi 9.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz ta’ dawk imġarrba minn Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">X. Uribe-Etxebarría Jiménez għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Núcleo de comunicaciones y control, SL, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20180529">29 ta’ Mejju 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>