<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑330/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0330</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:826">EU:C:2015:826</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151217">17.12.2015</DATE> – KAWŻA C‑330/14</P><P>SZEMEREY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti agroambjentali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1122/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 23 u 58</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1975/2006</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-koltivazzjoni ta’ speċi ta’ pjanta rari</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal pagament</KEYWORD><KEYWORD>Kontenut</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ ċertifikat</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet f’nuqqas ta’ tressiq</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑330/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gyulai Közigazgatási és munkaügyi bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Gyula de Gyula, L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140528">28 ta’ Mejju 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140708">8 ta’ Lulju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gergely Szemerey</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Miniszterelnökséget vezető miniszter</HT>, aventi kawża ta’ Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Bay Larsen, President tat-Tielet Awla, li qed jaġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, J. Malenovský, M. Safjan, A. Prechal u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal G. Szemerey, minn I. Boross u M. Honoré, ügyvédek,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Miniszterelnökséget vezető miniszter, minn A. Ivanovits u P. Káldy, ügyvédek,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn I. Chalkias kif ukoll minn O. Tsirkinidou u A. Vasilopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. von Rintelen u A. Sipos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU L 316, p. 65</REF.DOC.OJ>), moqri flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2005">ĠU L 286M, p. 26</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009, tal-<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="144" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU L 144, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 1698/2005<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="330M" PAGE.FIRST="455" DATE.PUB="2006">ĠU L 330M, p. 455</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009, tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2009">ĠU L 145, p. 25</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament 1975/2006<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn G. Szemerey u l-Miniszterelnökséget vezető miniszter, aventi kawża tal-Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve (Kanċellerija tal-Prim Ministru, aventi kawża tal Uffiċċju Ċentrali għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li tiċħad applikazzjoni għall-għajnuna mressqa għall-għajnuna relatata ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> minn G. Szemerey u li timponi fuqu sanzjoni finanzjarja għan-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ tressiq ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1698/2005</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1698/2005 jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw l-appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali, iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-appoġġ għall-iżvilupp rurali previst minn dan ir-regolament u implementat permezz ta’ erba’ assi stabbiliti f’erba’ taqsimiet distinti taħt it-titolu IV tal-imsemmi regolament. It-Taqsima 2 hija għalhekk intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Assi 2 ‑ Titjib ta’ l-ambjent u l-kampanja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> L-Artikolu 36(a)(iv), tal-istess regolament, li tinsab taħt din it-Taqsima 2, jispeċifika li l-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jikkonċerna miżuri mmirati lejn l-użu sostenibbli tal-art agrikola permezz ta’ pagamenti agro-ambjentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 74(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw, għal kull programm għall-iżvilupp rurali, li s-sistema rilevanti ta’ ġestjoni u kontroll tkun ġiet stabbilita filwaqt li jiġu żgurati allokazzjoni u separazzjoni ċari tal-funzjonijiet bejn l-Awtorità ta’ Ġestjoni u korpi oħra. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1975/2006</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1975/2006 jipprevedi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-kontroll u tal-kundizzjonalità f’dak li jirrigwarda l-miżuri ta’ appoġġ stabbiliti bir-Regolament Nru 1698/2005.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1975/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-applikazzjonijiet għas-sostenn u t-talbiet għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal proċeduri xierqa għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għas-sostenn.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet għas-sostemm u għat-talbiet tal-ħlas jistgħu jiġu aġġustati fi kwalunkwe żmien wara s-sottomissjoni tagħhom f’każijiet ta’ żbalji ovvji li jiġu identifikati mill-awtorità kompetenti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-prinċipji ġenerali tal-kontroll<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi f’dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà kollha stabbiliti mill-Komunità jew bil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu kontrollati skond sett ta’ indikaturi verifikabbli li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi, m’għandu jsir l-ebda ħlas lil benefiċjarji li dwarhom ikun ġie stabbilit li dawn ħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa b’mod artifiċjali sabiex jakkwistaw dawn il-ħlasijiet bil-ħsieb li jkollhom vantaġġ fuq l-għanijiet ta’ l-iskema ta’ sostenn.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ir-regoli ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, il-Parti II tal-imsemmi regolament fih Titolu I <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Is-sostenn ta’ l-iżvilupp rurali għal ċerti miżuri taħt l-Assi 2 u l-Assi 4<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Il-Kapitolu II, ta’ dan ir-regolament, li jinsab taħt dan it-titolu u huwa intitolat “Il-Kontrolli, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet’, jinkludi l-Artikolu 10 tal-istess regolament. Din id-dispożizzjoni, li hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Prinċipji ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, hija redatta kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet għas-sostenn u t-talbiet għall-ħlas sussegwenti għandhom jiġu verifikati b’mod li tiġi żgurata l-verifika effettiva tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ sostenn.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu metodi u mezzi adattati sabiex jivverifikaw l-kundizzjonijiet għall-għoti tas-sostenn għal kull miżura ta’ sostenn.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="010.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-verifika tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà għandha tikkonsisti f’verifiki amministrattivi u fuq il-post.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħarsien tal-konformità għandu jiġi verifikat permezz ta’ verifiki fuq il-post u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ verifiki amministrattivi.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>It-Taqsima I tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1975/2006 msemmi fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza għandha bħala titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Il-Ħarsien tal-kriterji ta’ l-eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Din it-taqsima fiha b’mod partikolari Sotto-Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Il-kontrolli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li tinkludi l-Artikolu 11 tar-Regolament 1975/2006, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Verifiki amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, li fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Għandhom isiru verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjonijiet kollha għas-sostemm u għat-talbiet tal-ħlas, u dawn għandhom ikopru l-elementi kollha possibli u xierqa li jiġu kontrollati b’mezzi amministrattivi. Il-proċeduri għandhom jiżguraw ir-reġistrazzjoni tax-xogħol ta’ kontroll imwettaq, tar-riżultati tal-verifika, kif ukoll tal-miżuri meħuda fir-rigward ta’ diskrepanzi.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Is-Sotto-Taqsima II tal-imsemmija Taqsima I fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>It-Tnaqqis u l-Esklużjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Hija tinkludi l-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament li, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Tnaqqis u esklużjonijiet f’każ li ma jitħarsux il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ li kwalunkwe impenn relatat ma’ l-għoti ta’ għajnuna, għajr dawk relatati mad-daqs tas-superfiċje jew man-numru ta’ annimali ddikjarati, ma jiġix rispettat, l-għajnuna mitluba għandha tiġi mnaqqsa jew rifjutata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat Membru għandu jiddetermina l-ammont tat-tnaqqis ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari, fuq il-bażi tas-severità, tal-grad u tal-permanenza tan-nuqqas ta’ ħarsien li jkun instab.</ALINEA><ALINEA>Is-severità tan-nuqqas ta’ ħarsien tiddependi, b’mod partikolari, fuq l-importanza tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħarsien, waqt li jitqiesu l-għanijiet segwiti bil-kriterji li ma ġewx rispettati.</ALINEA><ALINEA>Il-grad tan-nuqqas ta’ ħarsien jiddependi, b’mod partikolari, fuq l-effett tan-nuqqas ta’ ħarsien fuq l-operazzjoni bħala ħaġa waħda.</ALINEA><ALINEA>Jekk nuqqas ta’ konformità ikunx ta’ permanenza jew le jiddependi, b’mod partikolari, fuq it-tul ta’ żmien li għalih idum l-effett jew il-potenzjal sabiex jiġu terminati dawk l-effetti b’mezzi raġonevoli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ir-riżultati juru li hemm nuqqas ta’ rispett fl-irregolaritajiet kommessi b’mod intenzjonat, il-benefiċjarju għandu jiġi eskluż mill-miżura kkonċernata kemm għas-sena kalendarja kkonċernata kif ukoll għas-sena kalendarja ta’ wara.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1122/2009</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1122/2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa ħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 796/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 44, p. 243). Skont l-Artikolu 87 tiegħu, ir-Regolament Nru 1122/2009 japplika għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrigwardaw s-snin ta’ suq jew il-perjodi ta’ primjums li jibdew fl-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-premessi 19, 28 u 29 tar-Regolament Nru 1122/2009 jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(19)</NO.P><TXT>It-tressiq puntwali tal-applikazzjoni għal żieda fil-valur jew fl-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta’ pagament uniku hija kruċjali għal amministrazzjoni effettiva. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu data ta’ skadenza għall-applikazzjoni, li ma<?PAGE NO="5"?> għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju. Biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, l-Istati Membri għandhom jingħataw permess li jiddeċiedu li l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi ppreżentata flimkien mal-applikazzjoni unika. [...].</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(28)</NO.P><TXT>Huwa indispensabbli li jiġu rispettati l-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna, għall-emendi tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna skont iż-żona, u għal kwalunkwe dokumenti, kuntratti u dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ, sabiex ikun possibbli għall-amministrazzjonijiet nazzjonali li jipprogrammaw u, sussegwentement, iwettqu kontrolli effettivi dwar il-korrettezza tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni, fir-rigward tal-limiti ta’ żmien li fihom l-applikazzjonijiet li jintbagħtu tard għandhom ikunu aċċettati. Barra minn hekk, għandu jiġi applikat tnaqqis biex iħajjar lill-bdiewa josservaw il-limiti taż-żmien.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Il-preżentazzjoni puntwali mill-bdiewa ta’ applikazzjonijiet għal drittijiet għall-pagament hija essenzjali għall-Istati Membri bil-għan li jiġu stabbiliti fil-ħin id-drittijiet ta’ pagament. Għalhekk il-preżentazzjonijiet ta’ dawk l-applikazzjonijiet li saru tard għandhom jiġu permessi biss fl-istess limitu ta’ żmien addizzjonali bħal dak tal-preżentazzjonijiet ta’ kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna li saru tard. Għandha tiġi applikata wkoll rata ta’ tnaqqis dissważiva dejjem jekk id-dewmien ma jkunx riżultat ta’ każijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">force majeure</HT> jew ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Preżentazzjoni tard<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 75, il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-għajuna skont dan ir-Regolament wara l-limitu ta’ żmien rilevanti għandu jwassal għal tnaqqis ta’ 1 % għal kull jum ta’ xogħol fl-ammonti li għalihom il-bidwi kien ikun intitolat kieku l-applikazzjoni kienet ippreżentata fil-limitu taż-żmien.</ALINEA><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura partikolari li għandha tittieħed mill-Istati Membri fir-rigward tal-ħtieġa tal-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe dokument ta’ appoġġ fi żmien xieraq li jippermetti li jiġu skedati u mwettqa kontrolli effettivi, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu mressqa quddiem l-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 12 u 13 meta dokumenti, kuntratti jew dikjarazzjonijiet bħal dawk, ikunu kostituttivi għall-eliġibbiltà għall-għajnuna kkonċernata. F’dak il-każ, it-tnaqqis għandu jiġi applikat fuq l-ammont pagabbli għall-għajnuna konċernata.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-dewmien jammonta għal aktar minn 25 jum kalendarju l-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux ammissibbli.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament 1975/2006, moqri flimkien mat-tabella tal-korrelazzjoni li tidher fl-Anness II tar-Regolament Nru 1122/2009, l-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għas-sitwazzjonijiet irregolati mir-Regolament 1975/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Tnaqqisiet u esklużjonijiet f’każijiet ta’ dikjarazzjoni żejda<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Jekk, fir-rigward grupp ta’ uċuħ tar-raba’, l-erja dikjarata għall-finijiet ta’ kwalunkwe skema ta’ għajnuna relatata ma[ż-żoni], ħlief għal dawk għall-patata tal-lamtu u ż-żerriegħa previsti fit-Taqsimiet 2 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>)], tkun taqbeż l-erja determinata skont<?PAGE NO="6"?> l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-erja determinata mnaqqsa bid-doppju tad-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun ta’ iktar minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda ma tkunx taqbeż l-20 % tal-erja stabbilita.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-differenza tkun ta’ iktar minn 20 % tal-erja stabbilita, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna marbuta ma[ż-żoni] għall-grupp ta’ uċuħ tar-raba’ konċernat.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-differenza hija ta’ iktar minn 50 %, il-bidwi għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna tal-ammont daqs l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-erja ddikjarata u ż-żona stabbilita skont l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament. Dak l-ammont għandu jkun ibbilanċjat skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 [tal-<DATE ISO="20060621">21 ta’ Ġunju 2006</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="322M" PAGE.FIRST="162" DATE.PUB="2006">ĠU L 322M, p. 162</REF.DOC.OJ>)]. Jekk l-ammont ma jkunx jista’ jiġi bbilanċjat kompletament skont dak l-Artikolu matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, il-bilanċ li jkun għad fadal għandu jitħassar.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 75(1) ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Jekk bidwi ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligi tiegħu b’riżultat ta’ forza maġġuri jew ċirkostanzi eċċezzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 31 tar-[Regolament Nru 73/2009], huwa għandu jżomm id-dritt tiegħu għall-għajnuna fir-rigward tal-erja jew tal-għadd ta’ annimali eliġibbli fiż-żmien meta jkun seħħ il-każ ta’ forza maġġuri jew iċ-ċirkostanza eċċezzjonali. Barra minn hekk, meta n-nuqqas ta’ konformità li jirriżulta minn din il-forza maġġuri jew dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonalità, it-tnaqqis li jikkorrispondi ma għandux jiġi applikat.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(3) tar-Regolament tal-Ministeru tal-Agrikultura u tal-Iżvilupp Nru 61/2009 (V.14.), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet iddettaljati dwar l-applikazzjoni għall-għajnuna agrikola u għall-ġestjoni tal-ambjent imressqa fil-kuntest tal-FAEŻR [az Európai Mezőgazdasági Vidékfejlesztési Alapból nyújtott agrárkörnyezetgazdálkodási támogatások igénybevételének részletes feltételeiről szóló 61/2009. (V.14.) FVM rendelet], kif emendat bir-Regolament Nru 31/2010 (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Regolament Nru 61/2009<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>F’dak li jirrigwarda l-programmi mmirati ddefiniti fl-Artikolu 3(1)(a), (aa) sa (ac), f’każ ta’ produzzjoni ta’ speċi rari ta’ pjanti li huma f’periklu u li huma kkunsidrati ta’ importanza kunsiderevoli mill-perspettiva ġenetika u minn dik tal-konservazzjoni tal-kulturi skont is-sens tal-Anness 12 jew f’każ ta’ produzzjoni ta’ ħxejjex b’applikazzjoni tal-Anness 13, il-persuna eliġibbli għall-għajnuna għandha d-dritt għal ammont ta’ għajnuna speċjali msemmi fil-Kapitolu II, matul is-sena inkwistjoni u għall-ħbula agrikoli kkonċernati, sa fejn l-uffiċċju tas-servizzi agrikoli jiċċertifika li l-ispeċi veġetali inkwistjoni hija pjanta fis-sens tal-Anness 12 jew 13<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(6) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Fil-każ ta’ produzzjoni ta’ speċi veġetali rari, għandu jinhemeż mal-applikazzjoni għall-ħlas iċ-ċertifikat stabbilit abbażi tal-Artikolu 29(3) dwar l-ispeċi ta’ ħxejjex rari.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 55(4) tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>Jekk jiġi stabbilit li verifika fuq il-post tiżvela li l-persuna eliġibbli għall-għajnuna ma tkunx fil-pussess ta’ ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 29(3), l-ammont kollu ta’ għajnuna jiġi rrifjutat għal sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-ħbula tar-raba’ inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Matul ix-xahar ta’ Mejju 2010, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ressaq applikazzjoni unika għal pagament ta’ għajnuna relatata maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Din l-applikazzjoni tirrigwarda l-pagament ta’ għajnuna relatata ma’ żona ta’ 52.9 ettaru fil-kuntest tal-programm ta’ biedja organika u art koltivabbli, li 29.69 ettaru minnhom għandhom jiġu ddedikati l-koltivazzjoni ta’ speċi rari ta’ pjanti li qiegħda fil-periklu, li hija ta’ interess mill-perspettiva ġenetika, kif ukoll għall-konservazzjoni tal-kulturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-2010 seħħew għargħar u avvenimenti naturali oħra li ostakolaw iż-żriegħ ta’ din l-espeċi. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali invoka każ ta’ forza maġġuri fix-xahar ta’ Ġunju 2010. Wara rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-awtoritajiet Ungeriżi, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali biddel il-kodiċi tal-użu għal art ikkonċernata bl-applikazzjoni għall-għajnuna u ddikjaraha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>art li mhux se tinħadem<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’Marzu 2011, l-aġenzija tal-pagamenti ċaħdet l-applikazzjoni għall-pagament tal-għajnuna mressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali u imponiet fuq dan tal-aħħar sanzjoni finanzjarja fl-ammont ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">2483953</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">7900</FT>), mifruxa fuq tliet snin, li jiġu paċuti bl-għajnuna relatat maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> li normalment ikollu dritt jitlob matul dawn is-snin. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, l-imsemmija aġenzija kkonfermat ukoll l-eżistenza ta’ forza maġġuri invokata minn G. Szemerey.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar ressaq ilment kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Uffiċċju, li min-naħa tiegħu, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120113">13 ta’ Jannar 2012</DATE>, ċaħad dan l-ilment peress li, fit-tressiq tal-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna reltata maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma ressqitx iċ-ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari, stabbilit mill-Uffiċċju tas-Servizzi Agrikoli Ungeriż, mitlub sabiex jkun eliġibbli għall-għajnuna mitluba (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ċertifikat inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-regoli dwar iċ-ċertifikati stabbiliti għall-ispeċi ta’ pjanti rari previsti mir-Regolament Nru 61/2009, kienu, fil-fatt, ġew emendati mil-leġiżlatur Ungeriż mit-<DATE ISO="20100330">30 ta’ Marzu 2010</DATE>. Wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda, l-applikant għal għajnuna, kien obbligat li jressaq dan iċ-ċertifikat kontemporanjament mal-applikazzjoni unika tiegħu ta’ għajnuna relatata maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jew, f’dan il-każ, qabel il-<DATE ISO="20100515">15 ta’ Mejju 2010</DATE>, filwaqt li, qabel din l-emenda leġiżlattiva, l-imsemmi ċertifikat kellu jiġi mressaq biss matul verifika fuq il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li G. Szemerey ma ressaqx iċ-ċertifikat inkwistjoni kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna relatata maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, l-Uffiċċju kkunsidra li l-oqsma ta’ ħbula li jirrigwardaw l-ispeċi rari inkwistjoni ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-għajnuna. Fil-fatt, l-Uffiċċju kkunsidra li l-applikazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali kienet turi differenza ta’ iktar minn 50 % bejn iż-żona ddikjarata u ż-żona ddeterminata. Għaldaqstant, l-Uffiċċju qies li l-applikazzjoni għall-għajnuna ta’ G. Szemerey kienet is-suġġett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>dikjarazzjoni żejda<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, skont ir-Regolament Nru 1122/2009, u ddeċieda li japplika s-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 58 tiegħu. Barra dan, fid-deċiżjoni tiegħu, l-Uffiċċju kkunsidra li peress li din l-ispeċi rari ssoltu tinżergħa fir-rebbiegħa, G. Szemerey kien f’pożizzjoni li jkun jaf fil-mument tat-tressiq tal-applikazzjoni għall-għajnuna tiegħu li ma kienx se jikseb iċ-ċertifikat inkwistjoni sal-<DATE ISO="20100515">15 ta’ Mejju 2010</DATE>, u seta’, minn dik id-data, ibiddel l-applikazzjoni tiegħu għal speċi ta’ pjanti oħra mhux rari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni tal-Uffiċċju quddiem il-Gyulai közigazgatási és munkaügyi bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Gyula) intiż li jikkontesta l-legalità tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Gyulai közigazgatási és munkaügyi bíróság (tribunal amministrattiv u tax-xogħol ta’ Gyula) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ flessibbiltà u ta’ possibbiltà ta’ emenda fis-sens tal-premessa 20 tar-[Regolament Nru 796/2004], tal-premessa 27 tal-istess regolament, jew tal-premessi 18, 23 u 26 tar-Regolament [Nru 1122/2009] għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi, fil-każ ta’ produzzjoni ta’ speċi veġetali rari, li mat-talba ta’ ħlas jiġi anness ċertifikat li jikkonċerna l-pjanta rari tmur kontra dawn tal-aħħar, fid-dawl tal-prassi amministrattiva li tippermetti li jintalab ċertifikat biss qabel ma titressaq it-talba ta’ ħlas, bejn it-2 [ta’ April] u l-15 ta’ April, u li tippermetti li dan iċ-ċertifikat jiġi anness biss fl-istess waqt tat-tressiq ta[l-applikazzjoni] unika, u li din il-leġiżlazzjoni ma tippermettix li jiġi korrett l-iżball li jivvizzja t-talba li jirriżulta mill-assenza [tal-imsemmi] ċertifikat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Din [il-leġiżlazzjoni] hija kompatibbli mal-obbligu li għandhom l-Istati Membri li ma jikkompromettux l-għanijiet tal-politika agrikola komuni, jew jista’ wieħed isostni li t-talbiet ta’ għajnuna tal-produtturi ta’ pjanti rari taħt l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni saru impossibbli, eċċessivament diffiċli jew imprevedibbli fl-2010, meta nbidlet il-leġiżlazzjoni [emenda introdotta permezz tal-Artikolu 43(6) [tar-Regolament Nru 61/2009], implementata permezz [tar-Regolament Nru 31/2010]]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-prassi amministrattiva li tikkonsisti f’li tingħata sanzjoni minħabba dikjarazzjonijiet żejda, fin-nuqqas ta’ ċertifikat dwar pjanta rari, għat-talba kollha, mingħajr ma tiġi evalwata n-natura intenzjonali, in-negliġenza u ċ-ċirkostanzi, meta barra minn hekk it-talba ta’ ħlas tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ għajnuna għall-plot kollu, ġaladarba l-agrikoltur ikun qed jipproduċi l-pjanta ddikjarata fuq art iddikjarata, tmur kontra l-premessa 57 tar-Regolament [Nru 796/2004], il-premessa 75 tar-Regolament [Nru 1122/2009], u fuq kollox il-prinċipju ta’ proporzjonalità?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-klawżoli ta’ eżenzjoni msemmija fil-premessi 67 u 71 tar-Regolament [Nru 796/2004] jew fil-premessa 75 tar-Regolament [Nru 1122/2009] huma applikabbli jekk l-agrikoltur jinvoka l-prassi amministrattiva kontradittorja u mhux konformi bħala ċirkustanza eċċezzjonali u jekk jipprova jistabbilixxi li t-tort tiegħu kien totalment jew parzjalment, ikkawżat mill-prassi tal-awtorità amministrattiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>In-notifika aċċettata ta’ każ ta’ forza maġġuri marbuta mat-telf tal-produzzjoni kollha (it-tiżrigħ) tal-agrikoltur tista’ tiġi kkunsidrata bħala informazzjoni korretta msemmija fil-premessa 67 tar-Regolament [Nru 796/2004] jew fil-premessa 93 tar-Regolament [Nru 1122/2009], li jeżentaw lill-agrikoltur milli jannetti ċ-ċertifikat dwar il-koltivazzjoni ta’ pjanta rari, fejn it-talba kollha ma tkunx suġġetta għal sanzjonijiet?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż eċċepixxa l-inammissibbiltà tad-domandi preliminari peress li ma jirrigwardawx dispożizzjonijiet normattivi inklużi fil-leġiżlazzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, iżda biss fuq il-premessi tar-Regolamenti Nru 796/2004 u Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun il-każ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu sarulha.<?PAGE NO="9"?> Fil-fatt, il-funzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija dik li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali jeħtieġu sabiex jiddeċiedu l-kawżi li jkollhom quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux espressament imsemmija fid-domandi li jsirulha minn dawn il-qrati (is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C 243/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:609">EU:C:2010:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, anki jekk formalment, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha biss għall-interpretazzjoni tal-premessi tar-Regolamenti Nru 796/2004 u Nru 1122/2009, tali ċirkustanza ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdilha l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għad-deċiżjoni tal-kawża li għandha quddiemha, kemm jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha kif ukoll jekk ma tkunx għamlet dan. Hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeduċi mill-elementi kollha prodotti mill-qorti nazzjonali, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tal-imsemmi dritt li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tal-kawża (ara, b’analoġija, is-sentenza Fuß, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex ikkontestat li l-applikazzjoni għall-għajnuna, li hija s-suġġett fil-kawża prinċipali, ġiet imressqa mir-rikorrent fil-kawża prinċipali għall-pagamenti agroambjentali msemmija fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament Nru 1698/2005, li fir-rigward tagħhom ir-Regolament 1975/2006 jiddefinixxi l-modalitajiet ta’ implementazzjoni, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-proċeduri ta’ proċeduri ta’ kontroll. Barra dan, mill-Artikolu 7 tar-Regolament 1975/2006 jirriżulta li ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 796/2004, issotitwiet bir-Regolament Nru 1122/2009, u b’mod partikolari l-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna tat-tip inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra dan, huwa stabbilit li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009 ġie applikat fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jinftiehem li, permezz tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment, trid tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt dwar il- pagamenti agroambjentali, imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, min naħa, li timponi, bħala waħda mill-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà ta’ applikazzjoni għall-għajnuna agroambjentali, li l-applikant jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti mhux iktar tard mill-applikazzjoni għajnuna tiegħu, dokument bħalma huwa ċ-ċertifikat inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, li tipprevedi li, f’każ ta’ nuqqas ta’ tressiq ta’ dan id-dokument fit-termini imposti, dan l-applikant jiġi ssanzjonat biċ-ċaħda fl-intier tagħha tal-applikazzjoni tiegħu kif ukoll ta’ tnaqqis tal-għajnuna li għandha titħallas fit-tliet snin sussegwenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-domandi preliminari mressqa huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009, moqri flimkien mar-Regolamenti Nru 1698/2005 u Nru 1975/2006, jipprekludi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi fuq applikant għall-għajnuna agroambjentali li jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna, ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-bidu nett, għandu jiġi rrilevat li l-ebda wieħed mill-argumenti msemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza ma jipprevedi espliċitament dispożizzjoni li tipprekludi tali leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda il-programmi għall-iżvilupp rurali, l-Artikolu 74 tar- Regolament Nru 1698/2005 jipprevedi li l-Istati Membri huma obbligati li jistabbilixxu, għal kull wieħed minn dawn il-programmi, sistema li tippermetti li jiġi żgurat kontroll effikaċi tal-imsemmija programmi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 5(1) tar-Regolament 1975/2006 jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji tal-eliġibbiltà kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali jew permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali għandhom ikunu vverifikati skont sett ta’ indikaturi verifikabbli li jiġu stabbiliti minnhom. Fid-dawl tal-paragrafu (3) ta’ dan l-artikolu, dawn l-indikaturi għandhom, b’mod partikolari, jippermettu li jiġi vverifikat li l-ebda persuna ma tkun tista’ tibbenefika b’mod abbużiv minn pagamenti u b’hekk tikseb benefiċċju li ma jkunx konformi mal-għanijiet tal-iskema ta’ appoġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, tal-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-verifiki dwar l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u għall-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament 1975/2006, jagħtu lill-Istati Membri l-libertà li jiddefinixxu metodi u mezzi adattati sabiex jivverifikaw il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ għal kull miżura ta’ għajnuna. Il-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu jispeċifika li l-verifika tal-kriterji tal-eliġibbiltà għandha tikkonsisti f’verifiki amministrattivi u fuq il-post. Fil-qasam ta’ verifiki amministrattivi, l-Artikolu 11 tar-Regolament 1975/2006 jipprevedi li dawn għandhom isiru fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għat-talbiet ta’ għajnuna jew ta’ pagament, u dawn għandhom ikopru l-elementi kollha possibbli u xierqa sabiex jitwettqu l-verifiki b’mezzi amministrattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Uffiċċju u l-Gvern Ungeriż jargumentaw, li huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju, li għandha tivverifika li ċ-ċertifikat inkwistjoni huwa rekwiżit ta’ ammissibbiltà tal-applikazzjoni għall-għajnuna stabbilit mid-dritt nazzjonali, li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti li jaffettwaw verifika <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> tal-eliġibbiltà tal-applikant għal skema ta’ għajnuna partikolari bil-għan li tiġi msaħħa l-effikaċja tal-verifika. F’dan ir-rigward, ir-rekwiżit li tali ċertifikat jiġi mressaq mal-applikazzjoni għall-għajnuna jippermetti li jiġi żgurat li l-pagamenti ma jsirux qabel it-tmiem tal-verifiki u li jiġi żgurat, bl-istess mod, konformement mal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea espressa fil-premessa 4 tar-Regolament Nru 1975/2006, effett preventiv ta’ dawn il-verifiki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li timponi, bħala wieħed mir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà ta’ applikazzjoni għall-għajnuna agroambjentali, li l-applikant għal din l-għajnuna jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti mhux iktar tard ma’ din l-applikazzjoni, ċertifikat, bħal dak inkwistjoni, jaqa’ fis-setgħa diskrezzjonali li għandhom l-Istati Membri skont l-Artikoli 5, 10 u 11 tar-Regolament Nru 1975/2006 u jgħin sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq minn dawn id-dispożizzjonijiet li huwa li tiġi ggarantita l-effikaċja tal-verifiki.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom ma tistax tippreġudika l-effettività tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nru 1698/2005, Nru 1975/2006 u Nru 1122/2009, kif ukoll għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-prinċipji ta’ proporzjonalità (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bonn Fleisch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑1/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:396">EU:C:2007:396</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u ta’ ċertezza legali (ara, b’analoġija, id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jargumentaw fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom li din il-leġiżlazzjoni hija sproporzjonata, peress li tipprevedi terminu ta’ skadenza li matulu l-ebda rettifika tal-applikazzjoni għall-għajnuna ma tkun tista’ ssir meta ċ-ċertifikat inkwistjoni ma setax jiġi anness f’dak it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jindikaw il-premessi 19 u 28 tar-Regolament Nru 1122/2009, l-ffissar mill-Istati Membri ta’ terminu li fih jitressqu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u d-dokumenti ta’ sostenn mehmuża ma’ dawn l-applikazzjonijiet huwa indispensabbli għat-twettiq tal-għan ta’ ġestjoni u verifika effikaċi mixtieq mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna agrikola.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009 jipprevedi espliċitament terminu addizzjonali ta’ 25 jum fuq id-data limitu ffissata mill-Istati Membri għandu jiġi previst fil-kuntest tal-proċeduri ta’ tressiq ta’ dawn l-applikazzjonijiet u ta’ dokumenti ta’ sostenn, għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni, suġġett għall-applikazzjoni tas-sanzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni, it-tressiq tardiv tal-imsemmija applikazzjonijiet u dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, l-Uffiċċju kkonferma, matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tagħti, u dan b’mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1122/2009, terminu addizzjonali ta’ 25 jum għat-tressiq tardiv taċ-ċertifikat inkwistjoni, li huwa dak li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-allegat ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali allegat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali, li jirriżulta mit-tibdil, matul l-2010, tal-modalitajiet ta’ tressiq tad-dokumenti bħalma hu ċ-ċertifikat inkwistjoni, għandu jitfakkar li dan il-prinċipju li jirrikjedi li leġiżlazzjoni li tinvolvi konsegwenzi sfavorevoli fir-rigward ta’ individwi tkun ċara u preċiża u l-applikazzjoni tagħha tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għaliha (id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dél‑Zempléni Nektár Leader Nonprofit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, individwu ma jistax jinvoka l-fatt li ma jkun hemm ebda emenda leġiżlattiva, imma jista’ jikkontesta biss l-arranġamenti għall-implementazzjoni ta’ tali emenda. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li persuna ma tistax tibbaża l-aspettattivi tagħha fuq l-assenza totali ta’ emenda leġiżlattiva, iżda tista’ biss tikkontesta l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ tali emenda. F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi, b’mod partikolari, li l-leġiżlatur jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet partikolari tal-operaturi ekonomiċi u jipprovdi, jekk ikun neċessarju, adattamenti għar-regoli legali l-ġodda (id-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dél-Zempléni Nektár Leader Nonprofit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑24/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:40">EU:C:2014:40</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-modalitajiet tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippermettu lill-operaturi kkonċernati jikkonformaw ruħhom mar-rekwiżiti tagħha u, b’mod partikolari, għar-rikorrent fil-kawża prinċipali li japplika, li jikseb u li jressaq iċ-ċertifikat inkwistjoni fit-terminu impost minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju jkollha b’mod partikolari tivverifika jekk, kif argumenta l-Uffiċċju, ir-rekwiżit ta’ ċertifikat għall-ispeċi ta’ pjanti rari huwiex ġdid u jekk il-leġiżlazzjoni l-ġdida tipprevedix data limitu vinkolanti sabiex jintalab iċ-ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti u, jekk ikun il-każ, li tieħu inkunsiderazzjoni dawn il-fatturi fl-evalwazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u t-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009, moqri flimkien mar-Regolamenti Nru 1698/2005 u Nru 1975/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi li applikant għall-għajnuna agroambjentali jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna, ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna, sakemm din il-leġiżlazzjoni kienet tippermetti lill-operaturi kkonċernati li jikkonformaw ruħhom fil-kundizzjonijiet raġonevoli mar-rekwiżiti ta’ din tal-aħħar, li huwa dak li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u l-ħames domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u l-ħames domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-applikant tal-għajnuna agroambjentali li ma jehmiżx mal-applikazzjoni għall-għajnuna dokument bħalma hu ċ-ċertifikat inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma jaqblux dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom iċ-ċertifikat inkwistjoni ma ġiex ippreżentat mir-rikorrent fil-kawża prinċipali fit-terminu mogħti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jikkunsidra li din is-sitwazzjoni tirriżulta minn każ ta’ forza maġġuri li ostakolatu fiż-żriegħ tal-pjanti inkwistjoni u għalhekk li jikseb iċ-ċertifikat tempestivament. L-Uffiċċju, min-naħa tiegħu, jargumenta li l-imsemmi ċertifikat seta’ jiġi miksub qabel iż-żriegħ ta’ din l-ispeċi u għaldaqstant seta’ jiġi ppreżentat fit-terminu previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Madankollu, huwa stabbilit li n-nuqqas tar-rikorrent fil-kawża prinċipali ġie sanzjonat abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58, tar-Regolament Nru 1122/2009, dwar it-tnaqqis u għall-esklużjonijiet applikabbli f’każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>dikjarazzjoni żejda<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> maħruġa fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt l-iskemi ta’ għajnuna relatata maż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Madankollu, f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li huwa akkużat bih ir-rikorrent fil-kawża prinċipali ma jirrigwardax impenn marbut mal-kobor taż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-għajnuna, iżda mal-obbligu li jippreżenta fit-termini previsti ċ-ċertifikat inkwistjoni, b’hekk juri li l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-għajnuna ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li dan in-nuqqas ma jaqax taħt l-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009, iżda taħt it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament, peress li, kif ġie rrilevat fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, din l-aħħar dispożizzjoni tipprevedi sanzjonijiet speċifiċi għal tali nuqqasijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar dispożizzjoni, salv f’każ ta’ forza maġġuri u fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament, it-tressiq ta’ tali dokument wara d-data limitu applikabbli jġorr tnaqqis ta’ 1 % għal jum ta’ xogħol tal-ammonti pagabbli tal-għajnuna mitluba. Barra dan, din id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li meta dewmien jaqbeż il-25 jum kalendarji, l-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn applikant għal għajnuna ma jkunx ippreżenta ċ-ċertifikat inkwistjoni, kemm fit-terminu mogħti għat-tressiq tal-applikazzjoni tiegħu għall-għajnuna kif ukoll fit-terminu addizzjonali ta’ 25 jum previst għat-tressiq tardiv ta’ tali applikazzjoni u tad-dokumenti ta’ sostenn annessi ma’ din l-applikazzjoni, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 jipprevedi bħala l-unika sanzjoni li l-applikazzjoni għal pagament għandha tiġi ddikjarata bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda ta’ jekk il-kwistjoni tan-nuqqas allegat fil-konfront tar-rikorrent fil-kawża prinċipali huwiex dovut għal forza maġġuri, u jekk għaldaqstant, din tal-aħħar tistax tevita s-sanzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1122/2009, fir-rigward ta’ evalwazzjoni ta’ fatti, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwiex dovut għal ċirkustanzi indipendenti mir-rieda tal-operatur, mhux normali u imprevedibbli, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza kollha użata minn dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Parras Medina</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:593">EU:C:2002:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet u l-ħames domandi hija li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-applikant ta’ għajnuna agroambjentali li jonqos milli jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu, dokument bħalma huwa ċ-ċertifikat inkwistjoni. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li tali nuqqas iwassal, bħala prinċipju, għall-inammissibbiltà tal-applikazzjoni għal pagament tal-għajnuna agroambjentali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid, moqri flimkien mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 473/2009, tal-<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE>, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, kif emendat Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2009, tad-<DATE ISO="20090609">9 ta’ Ġunju 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, timponi li applikant għall-għajnuna agroambjentali jipprovdi lill-aġenzija tal-pagamenti kontemporanjament mal-applikazzjoni għall-għajnuna, ċertifikat dwar l-ispeċi ta’ pjanta rari li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna, sakemm din il-leġiżlazzjoni kienet tippermetti lill-operaturi kkonċernati li jikkonformaw ruħhom fil-kundizzjonijiet raġonevoli mar-rekwiżiti ta’ din tal-aħħar, li huwa dak li għandha tivverifika l-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58 tar-Regolament Nru 1122/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sanzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-applikant ta’ għajnuna agroambjentali li jonqos milli jehmeż mal-applikazzjoni tiegħu, dokument bħalma huwa ċ-ċertifikat inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jagħtih id-dritt għall-pagament ta’ din l-għajnuna. It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li tali nuqqas iwassal, bħala prinċipju, għall-inammissibbiltà tal-applikazzjoni għal pagament tal-għajnuna agroambjentali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>