|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/293 |
13.2.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/293
tat-30 ta’ Settembru 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti, il-mudelli u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti relatati ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(5), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, u f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2023/1114, l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, u, fejn applikabbli, l-entitajiet terzi kif imsemmija fl-Artikolu 34(5), l-ewwel subparagrafu, il-punt (h), ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jipprovdu lid-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u lil partijiet interessati oħra b’informazzjoni dwar il-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk l-emittenti u l-entitajiet terzi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom mudell armonizzat bil-lingwi li dawk l-emittenti u l-entitajiet terzi jużaw biex jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom jew bil-lingwi li jużaw biex jikkomunikaw mad-detentur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi. |
|
(2) |
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza għall-ilmentaturi u jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw b’mod effettiv il-proċeduri tal-ilmenti, jenħtieġ li tali informazzjoni tinkludi li l-ilmenti tagħhom jiġu ppreżentati u ttrattati mingħajr ħlas, bil-lingwi użati mill-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u, fejn applikabbli, mill-entitajiet terzi, biex jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom, jew bil-lingwi li jużaw biex jikkomunikaw mad-detentur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, u bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti, li huma wkoll lingwi uffiċjali tal-Unjoni. |
|
(3) |
Sabiex jiġu evitati proċeduri diverġenti għat-trattament tal-ilmenti fost l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u l-entitajiet terzi, jenħtieġ li l-ilmentaturi jkunu jistgħu jippreżentaw l-ilmenti tagħhom bl-użu ta’ mudell armonizzat fil-proċeduri tat-trattament tal-ilmenti lil dawk l-emittenti, u, fejn applikabbli, lill-entitajiet terzi, irrispettivament minn fejn ikunu stabbiliti dawk l-emittenti jew l-entitajiet terzi jew fejn it-token ikun ġie distribwit fl-Unjoni. Madankollu, anki jekk l-ilmentatur jippreżenta l-ilment f’format ieħor għajr il-mudell, l-emittent, u l-entità terza, xorta jenħtieġ li jittrattaw l-ilment u ma jirrifjutawhx għal dik ir-raġuni. |
|
(4) |
Sabiex jiġu żgurati proċeduri effettivi u trasparenti għat-trattament fil-pront, ġust u konsistenti tal-ilmenti mid-detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet interessati oħra, jenħtieġ li l-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, u fejn applikabbli, l-entitajiet terzi, jirrikonoxxu li rċevew ilment li jsemmi b’mod ċar id-data tal-wasla tiegħu u, meta tiġi ppreżentata formola elettronika tal-ilmenti, jipprovdu lill-ilmentatur b’kopja tal-ilment. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi jivvaluta jekk l-ilment huwiex ammissibbli u jekk fihx l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-investigazzjoni tal-ilmenti u jitlob minnufih mingħand id-detenturi tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet interessati oħra kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-investigazzjoni u t-trattament fil-pront u effettivi tal-ilment. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi speċifikat x’jikkostitwixxi “perjodu raġonevoli” biex emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jikkomunika l-eżitu tal-investigazzjonijiet tiegħu. L-emittent jenħtieġ li jżomm lill-ilmentatur infurmat dwar il-progress tal-proċedura tat-trattament tal-ilmenti u jipprovdi tweġiba mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-livell nazzjonali biex jiġu indirizzati l-ilmenti ppreżentati mill-ilmentaturi, fejn applikabbli. L-emittent jenħtieġ li jivvaluta l-ilmenti kollha, filwaqt li jidentifika n-nuqqasijiet li jistgħu jkunu rikorrenti. |
|
(6) |
F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data, jenħtieġ li tintalab biss id-data personali li hija meħtieġa għat-trattament tal-ilment. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, ippreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea. |
|
(8) |
L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji relatati potenzjali u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(9) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ta opinjoni fil-21 ta’ Ġunju 2024, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ġestjoni tal-ilmenti u l-politika u l-funzjoni tal-ġestjoni tal-ilmenti
1. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi u, meta applikabbli, l-entitajiet terzi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri għat-trattament tal-ilmenti, meta lment ikun:
|
(a) |
dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjon indirizzata lilhom minn persuna fiżika jew ġuridika jew minn kwalunkwe parti interessata oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, relatata mal-ħruġ, mal-offerta jew mat-tfittxija għall-ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi skont ir-Regolament (UE) 2023/1114; |
|
(b) |
ippreżentat minn “ilmentatur”, li jkun persuna fiżika jew ġuridika jew kwalunkwe parti interessata oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u meta dik il-persuna, jew kwalunkwe parti interessata oħra, tippretendi li tkun eliġibbli biex tippreżenta lment lil emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew lil entità terza li tkun qed tiddistribwixxi, totalment jew parzjalment, tokens irreferenzjati ma’ assi. |
2. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri għat-trattament tal-ilmenti li jinkludu dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
“politika ta’ ġestjoni tal-ilmenti”, li għandha tkun:
|
|
(b) |
“funzjoni ta’ ġestjoni tal-ilmenti”, li għandha:
|
Artikolu 2
L-għoti ta’ informazzjoni lid-detentur ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet interessati oħra
1. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jipprovdu, fuq talba jew meta jirrikonoxxu l-wasla ta’ lment, informazzjoni bil-miktub ċara, akkurata u aġġornata dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti lill-ilmentatur. L-informazzjoni pprovduta mill-emittent għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tal-ilmenti kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (a); |
|
(b) |
dettalji tal-proċedura biex jiġi ppreżentat ilment, inkluż it-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-ilmentatur u l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna jew tad-dipartiment li lejh huwa indirizzat l-ilment; |
|
(c) |
il-proċedura li se tiġi segwita meta jiġi ttrattat ilment inkluż meta tiġi rikonoxxuta l-wasla tal-ilment, l-iskedi ta’ żmien indikattivi għat-trattament u d-disponibbiltà ta’ awtorità kompetenti, ombudsman jew mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim; |
|
(d) |
informazzjoni li l-ilmenti jiġu ppreżentati u ttrattati mingħajr ħlas mal-emittenti jew, fejn applikabbli, mal-entitajiet terzi; |
|
(e) |
referenza għall-obbligu tal-emittent li jżomm lill-ilmentatur infurmat dwar it-trattament ulterjuri tal-ilment. |
2. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jippubblikaw deskrizzjoni aġġornata tal-proċedura tat-trattament tal-ilmenti kif ukoll il-mudell għat-tressiq tal-ilmenti stabbilit fl-Anness, b’mod faċilment aċċessibbli, inkluż permezz ta’ brochures, pamphlets, dokumenti kuntrattwali jew permezz tas-sit web tagħhom.
Artikolu 3
Mudelli u reġistrazzjoni
L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom:
|
(a) |
jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u partijiet interessati oħra, inklużi assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, mudell għat-tressiq tal-ilmenti kif stabbilit fl-Anness; |
|
(b) |
jiżguraw li d-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u kwalunkwe parti interessata oħra jkunu jistgħu:
|
|
(c) |
jirrikonoxxu li rċevew ilment u jsemmu b’mod ċar id-data tal-wasla tiegħu u, fejn tiġi ppreżentata formola elettronika tal-ilmenti, jipprovdu lill-ilmentatur b’kopja ta’ dak l-ilment; |
|
(d) |
jirreġistraw, internament, l-ilmenti u l-miżuri meħuda b’reazzjoni għalihom b’mod xieraq, bħal permezz ta’ reġistru elettroniku sigur, u għal perjodu ta’ żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ mhux itwal minn dak permess skont ir-rekwiżiti ta’ żmien nazzjonali, fejn applikabbli; |
|
(e) |
jaċċettaw u jittrattaw ilment anki jekk l-ilmentatur iressaq l-ilment f’format ieħor għajr il-mudell stabbilit fl-Anness; |
|
(f) |
jipprovdu lill-ilmentatur avviż ta’ privatezza li jakkumpanja l-mudell ipprovdut fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
Artikolu 4
Lingwi
L-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u, fejn applikabbli, entitajiet terzi għandhom:
|
(a) |
jippubblikaw id-deskrizzjoni tal-proċedura tat-trattament tal-ilmenti u l-mudell stabbilit fl-Anness bil-lingwi li jużaw biex jikkummerċjalizzaw is-servizzi tagħhom jew bil-lingwi li jużaw biex jikkomunikaw mad-detentur tat-tokens irreferenzjati ma’ assi; |
|
(b) |
jiżguraw li l-ilmentaturi jkunu jistgħu jressqu lmenti:
|
Artikolu 5
Proċedura għall-investigazzjoni tal-ilmenti u l-komunikazzjoni tal-eżitu tal-investigazzjonijiet lill-ilmentaturi
1. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom:
|
(a) |
malli jirċievu lment, mingħajr dewmien żejjed, jivvalutaw jekk l-ilment huwiex ċar u komplut u, b’mod partikolari, jivvalutaw jekk l-ilment fihx l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha u jinformaw lill-ilmentatur dwar jekk l-ilment jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà, li għandhom ikunu ġusti, raġonevoli u ma għandhomx jirrestrinġu bla bżonn id-drittijiet ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jippreżentaw ilment; |
|
(b) |
meta jikkonkludu li lment ma jkunx ċar jew ma jkunx komplut, jitolbu minnufih lill-ilmentatur kwalunkwe informazzjoni jew evidenza addizzjonali meħtieġa għat-trattament xieraq tal-ilment; |
|
(c) |
meta lment ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà, jipprovdu lill-ilmentatur bi spjegazzjoni ċara tar-raġunijiet għar-rifjut tal-ilment bħala inammissibbli; |
|
(d) |
ifittxu li jiġbru u jinvestigaw l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha rigward ilment; |
|
(e) |
meta ma jkunux kompetenti fir-rigward tas-suġġett li jinsab fl-ilment, jinformaw lill-ilmentatur b’dan u jagħtu d-dettalji ta’ kuntatt tal-entità responsabbli għat-trattament tal-ilment, fejn magħrufa; |
|
(f) |
iżommu lill-ilmentatur infurmat kif xieraq dwar kwalunkwe pass addizzjonali li jkun ittieħed biex jiġi trattat l-ilment u jwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni magħmula mill-ilmentatur mingħajr dewmien żejjed. |
2. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom janalizzaw, fuq bażi kontinwa, id-data li tittratta l-ilmenti sabiex jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe problema rikorrenti jew sistemika, u riskji legali u operazzjonali potenzjali. B’mod partikolari, l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom:
|
(a) |
janalizzaw il-kawżi tal-ilmenti individwali sabiex jidentifikaw kawżi ewlenin komuni għal tipi differenti ta’ lmenti; |
|
(b) |
jikkunsidraw jekk tali kawżi ewlenin jistgħux jaffettwaw ukoll proċessi jew prodotti oħra, inklużi dawk li dwarhom ma jkunx sar ilment dirett; |
|
(c) |
jindirizzaw kawżi ewlenin bħal dawn. |
3. L-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jikkomunikaw lill-ilmentaturi l-eżitu tal-investigazzjonijiet dwar l-ilmenti ppreżentati:
|
(a) |
b’lingwaġġ sempliċi li jkun faċli biex jinftiehem mill-ilmentaturi; |
|
(b) |
billi jipprovdu tweġiba mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fil-limiti ta’ żmien stabbiliti fil-livell nazzjonali biex jindirizzaw l-ilmenti mressqa mill-ilmentaturi, fejn applikabbli; kif ukoll |
|
(c) |
billi jinkludu spjegazzjoni dettaljata tal-pożizzjoni tagħhom dwar l-ilment meta d-deċiżjoni finali ma tkunx tissodisfa bis-sħiħ it-talba tal-ilmentatur (jew kwalunkwe deċiżjoni finali, fejn il-liġi nazzjonali tirrikjedi dan), u billi jippreżentaw l-għażla tal-ilmentatur li jżomm l-ilment, inkluża d-disponibbiltà ta’ ombudsman, mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim, u awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Għall-finijiet tal-punt (b), meta ma tkunx tista’ tingħata tweġiba fil-limiti ta’ żmien mistennija, l-emittenti ta’ token irreferenzjat ma’ assi għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar il-kawżi tad-dewmien billi jindikaw meta x’aktarx li titlesta l-investigazzjoni tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c), tali deċiżjoni għandha tingħata bil-miktub.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trattament tal-ilmenti li jinvolvu entitajiet terzi
1. Meta t-tokens ikunu ġew distribwiti, totalment jew parzjalment, permezz ta’ entitajiet terzi, l-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
l-entitajiet terzi jinnotifikawhom fil-ħin dwar kwalunkwe lment riċevut rigward id-distribuzzjoni ta’ tali tokens u jittrasferuhom lill-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi li għandu jivvaluta tali lmenti; |
|
(b) |
jinnotifikaw lill-entitajiet terzi li jiddistribwixxu tali tokens fil-ħin bi kwalunkwe lment riċevut mill-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi rigward id-distribuzzjoni ta’ dawk it-tokens. |
2. L-entitajiet terzi għandhom:
|
(a) |
jippermettu lill-ilmentaturi biex:
|
|
(b) |
jirrikonoxxu li rċevew ilment dwar id-distribuzzjoni ta’ dawn it-tokens u jsemmu b’mod ċar id-data tal-wasla tiegħu u, fejn tiġi ppreżentata formola elettronika tal-ilmenti, jipprovdu lill-ilmentatur b’kopja tal-ilment; |
|
(c) |
jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi lill-ilmentatur, sabiex l-ilmentatur ikun jista’ jkollu l-għażla li jressaq l-ilmenti direttament mal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi; |
|
(d) |
jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi l-istess mudell għat-tressiq tal-ilmenti bħall-emittent tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness; |
|
(e) |
jirreġistraw internament, b’mod xieraq permezz ta’ reġistru elettroniku sigur, l-ilmenti kollha riċevuti u kwalunkwe miżura meħuda b’rispons għalihom għal perjodu ta’ żmien raġonevoli u fi kwalunkwe każ mhux itwal minn dak permess skont ir-rekwiżiti ta’ żmien nazzjonali, fejn applikabbli; |
|
(f) |
jipprovdu lill-ilmentatur avviż ta’ privatezza li jakkumpanja l-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1093/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
ANNESS
Mudell għas-sottomissjoni tal-ilmenti li l-emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi u, fejn applikabbli, entitajiet terzi, għandhom jagħmlu disponibbli għad-detenturi ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi
IS-SOTTOMISSJONI TA’ LMENT
1.a. Informazzjoni dwar l-ilmentatur
|
KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA |
ISEM |
NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI |
IDENTIFIKATUR TA’ ENTITÀ ĠURIDIKA (JEKK DISPONIBBLI) |
REFERENZA TAL-KLIJENT (JEKK DISPONIBBLI) |
|
|
|
|
|
|
|
INDIRIZZ: TRIQ, NUMRU, SULAR (Fil-każ ta’ entità ġuridika, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat) |
KODIĊI POSTALI |
BELT |
PAJJIŻ |
|
|
|
|
|
|
TELEFOWN |
|
INDIRIZZ TAL-POSTA ELETTRONIKA |
|
1.b. Id-dettalji ta’ kuntatt (jekk differenti minn 1.a)
|
KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA |
ISEM |
|
|
|
|
INDIRIZZ: TRIQ, NUMRU, SULAR (Fil-każ ta’ entità ġuridika, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat) |
KODIĊI POSTALI |
BELT |
PAJJIŻ |
|
|
|
|
|
|
TELEFOWN |
|
INDIRIZZ TAL-POSTA ELETTRONIKA |
|
2.a. Informazzjoni dwar ir-rappreżentant legali (jekk applikabbli) (il-prokura jew dokument uffiċjali ieħor bħala prova tal-ħatra tar-rappreżentant)
|
KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA |
ISEM |
NUMRU TAR-REĠISTRAZZJONI |
IDENTIFIKATUR TA’ ENTITÀ ĠURIDIKA (JEKK DISPONIBBLI) |
|
|
|
|
|
|
INDIRIZZ: TRIQ, NUMRU, SULAR (Fil-każ ta’ entità ġuridika, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat) |
KODIĊI POSTALI |
BELT |
PAJJIŻ |
|
|
|
|
|
|
TELEFOWN |
|
INDIRIZZ TAL-POSTA ELETTRONIKA |
|
2.b. Id-dettalji ta’ kuntatt (jekk differenti minn 2.a)
|
KUNJOM/ISEM TAL-ENTITÀ ĠURIDIKA |
ISEM |
|
|
|
|
INDIRIZZ: TRIQ, NUMRU, SULAR (Fil-każ ta’ entità ġuridika, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat) |
KODIĊI POSTALI |
BELT |
PAJJIŻ |
|
|
|
|
|
|
TELEFOWN |
|
POSTA ELETTRONIKA |
|
3. Informazzjoni dwar l-ilment
3.a. Referenza sħiħa tal-ħruġ, l-offerta jew it-tiftix ta’ ammissjoni għan-negozjar ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew ftehim li miegħu jkun relatat l-ilment (jiġifieri l-isem tal-emittenti tat-tokens irreferenzjati ma’ assi, in-numru ta’ referenza tat-Tokens Irreferenzjat ma’ Assi, jew referenzi oħra tat-tranżazzjonijiet rilevanti…)
|
|
3.b. Deskrizzjoni tas-suġġett tal-ilment
|
|
Ipprovdi kwalunkwe dokumentazzjoni li ssostni l-fatti msemmija.
3.c. Id-data/i tal-fatti li wasslu għall-ilment
|
|
3.d. Deskrizzjoni tal-ħsara, it-telf jew id-dannu kkawżati (fejn rilevanti)
|
|
3.e. Kummenti jew informazzjoni rilevanti oħra (jekk hemm)
|
|
Fi … (post), fi … (data)
Firma:
ILMENTATUR/RAPPREŻENTANT LEGALI
Dokumentazzjoni pprovduta (immarka l-kaxxa xierqa):
|
Prokura jew dokument rilevanti ieħor |
|
|
Kopja tad-dokumenti kuntrattwali tal-investimenti li għalihom jirreferi l-ilment |
|
|
Dokumenti oħra li jsostnu l-ilment: |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/293/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)