European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2988

3.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2988

tat-2 ta’ Diċembru 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2318 (3), li estendiet l-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2024.

(3)

Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-EUMM Georgia, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat ta’ EUMM Georgia jiġi estiż sal-14 ta’ Diċembru 2026.

(4)

Jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/452/PESK għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

L-EUMM Georgia ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Diċembru 2024 u l-14 ta’ Diċembru 2026 għandu jkun ta’ EUR 50 648 747,00.”.

(2)

fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2026.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta’ Diċembru 2024.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

NAGY M.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2988/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)