|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1799 |
28.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1799
tal-24 ta’ Lulju 2026
li tawtorizza metodi ta’ gradazzjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fin-Netherlands u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE
(notifikata bid-dokument C(2026) 5120)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punti (p) u (t), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li l-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali jridu japplikaw f’konformità mal-punt B tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. It-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali, il-kontenut tal-laħam dgħif irid jiġi vvalutat permezz ta’ metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati mill-Kummissjoni, li jistgħu jiġu awtorizzati biss metodi ta’ valutazzjoni ppruvati statistikament ibbażati fuq il-kejl fiżiku ta’ waħda jew aktar mill-partijiet anatomiċi tal-karkassa tal-majjal u li l-metodi ta’ gradazzjoni huma soġġetti għall-konformità mar-rata ta’ tolleranza massima għal żball statistiku fil-valutazzjoni. Dik it-tolleranza hija ddefinita fil-Parti A, il-punt 1, it-tieni paragrafu, tal-Anness V tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 (2). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/303/UE (3) awtorizzat l-użu ta’ tliet metodi għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fin-Netherlands. |
|
(3) |
In-Netherlands talbu lill-Kummissjoni biex tirtira l-awtorizzazzjoni tal-metodi “Hennessy Grading Probe (HGP 7)” u “CSB Image-Meater (CSB)”. |
|
(4) |
In-Netherlands talbu wkoll lill-Kummissjoni biex tawtorizza l-metodi l-ġodda li ġejjin: “AutoFom IV”, “CSB Image-Meater 2.0” u “Fat-O-Meater II (FOM II)”. Għal dak l-għan, in-Netherlands ippreżentaw deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan il-metodu l-ġdid, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll imsemmi fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182. |
|
(5) |
In-Netherlands talbu wkoll lill-Kummissjoni biex tawtorizza formola aġġornata għall-metodu “Capteur Gras Maigre (CGM)” diġà awtorizzat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħhom. |
|
(6) |
L-eżami ta’ dawk it-talbiet żvela li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti minimi għall-awtorizzazzjoni tal-metodi l-ġodda ta’ gradazzjoni u għall-aġġornament tal-ekwazzjonijiet għall-metodi awtorizzati, kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1182, huma ssodisfati għal dawk ir-rikjesti kollha. Għalhekk, jenħtieġ li l-metodu l-ġdid ta’ gradazzjoni u l-formoli l-ġodda jiġu awtorizzati fin-Netherlands. |
|
(7) |
Sakemm ma jkunux ġew awtorizzati b’mod espliċitu minn Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni jew tal-apparati tagħhom ma jkunux permessi. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE titħassar. |
|
(9) |
Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi tal-introduzzjoni ta’ apparati ġodda u ta’ ekwazzjonijiet ġodda, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-użu tal-metodi ta’ gradazzjoni li ġejjin huwa awtorizzat għall-valutazzjoni tal-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi tal-majjali skont it-Taqsima B.IV, il-punt 1, tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fin-Netherlands:
|
(a) |
l-apparat “AutoFom IV” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness; |
|
(b) |
l-apparat “CSB Image-Meater 2.0” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness; |
|
(c) |
l-apparat “Fat-O-Meat’er II (FOM II)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti III tal-Anness; |
|
(d) |
l-apparat “Capteur Gras Maigre (CGM)” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti IV tal-Anness. |
Artikolu 2
Il-modifiki tal-metodi ta’ gradazzjoni awtorizzati jew tal-apparati tagħhom imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu awtorizzati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/303/UE hija mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tan-Netherlands.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Christophe HANSEN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal-20 ta’ April 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 74, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1182/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/303/UE tal-20 ta’ Mejju 2011 li tawtorizza metodi għall-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali fin-Netherlands (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 95, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/303/oj).
ANNESS
METODI TA’ GRADAZZJONI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FIN-NETHERLANDS
PARTI I
AutoFOM IV
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “AutoFOM IV”. |
|
(2) |
L-apparat jikkonsisti f’25 transducer ultrasoniku b’banda wiesgħa (Frontmatec A/S), b’distanza operattiva bejn it-transducers ta’ 16,5 mm. Id-data ultrasonika tinkludi kejl tal-ħxuna tax-xaħam dorsali, tal-ħxuna tal-muskolu u tal-parametri relatati. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter. |
|
(3) |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:
Y = 64,48671 – 0,37519 × R2P4 – 0,34035 × R2P10 + 0,03625 × R3P9, Fejn:
MFT tirreferi għall-pożizzjoni tal-ħxuna minima tax-xaħam (il-ġilda mhux inkluża). MFT1 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fil-karkassa kollha u MFT2 tirreferi għall-ħxuna minima tax-xaħam fil-lojn l-eqreb tal-parti t’isfel tal-apparat. Il-pożizzjoni P2 hi 70 millimetru mis-sinsla fl-MFT2. Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li l-piż sħun tagħhom hu bejn 60 u 140 kg. |
PARTI II
CSB Image-Meater 2.0
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-metodu magħruf bħala “CSB Image-Meater 2.0”. |
|
(2) |
L-apparat CSB Image-Meater 2.0 (CSB-System SE) jikkonsisti fi żbarra ta’ gwida dritta, kamera sewda/bajda b’angolu żgħir, 4 żbarri tad-dawl LED f’forma ta’ rombu u PC għall-analiżi tal-immaġni. Il-varjabbli kollha tal-Image-Meater jitkejlu fil-linja tan-nofs fil-parti tal-perżut (madwar il-musculus gluteus medius). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu kkonvertiti fi stimi tal-perċentwal ta’ laħam dgħif bl-użu ta’ kompjuter. |
|
(3) |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:
Y = 66,56517 – 0,18436 × ZPF + 0,04177 × ZPM – 0,14654 × MF – 0,17818 × V4F, Fejn:
Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li l-piż sħun tagħhom hu bejn 60 u 140 kg. |
PARTI III
Fat-O-Meat’er II (FOM II)
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat “Fat-O-Meat’er II (FOM II)”. |
|
(2) |
L-apparat FOM II (Frontmatec A/S) jikkonsisti f’element ta’ sensur ottiku, apparat għall-kejl tal-fond u bord għall-kisba u l-analiżi tad-data flimkien ma’ skrin. |
|
(3) |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:
Y = 68,94293 – 0,80855 x X1 + 0,02912 x X2, Fejn:
Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li l-piż sħun tagħhom hu bejn 60 u 140 kg. |
PARTI IV
“Capteur Gras Maigre (CGM)”
|
(1) |
Ir-regoli previsti f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-gradazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-metodu magħruf bħala “Capteur Gras Maigre (CGM)”. |
|
(2) |
L-apparat CGM (Fives Syleps) hu mgħammar b’sonda ta’ 8 millimetri li tikkonsisti f’element ta’ sensur ottiku, apparat tal-kejl tal-fond u bord għall-kisba u l-analiżi tad-data. Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonvertiti f’kontenut stmat ta’ laħam dgħif permezz ta’ kompjuter. |
|
(3) |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-formola li ġejja:
Y = 69,14504 – 0,77025 × X1 + 0,00922 × X2 Fejn:
Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li l-piż sħun tagħhom hu bejn 60 u 140 kg. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1799/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)