1995L0026 — MT — 19.12.2002 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 95/26/KE tad-29 ta’ Ġunju 1995 (ĠU L 168, 18.7.1995, p.7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DIRETTIVA 2000/12/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Marzu 2000 |
L 126 |
1 |
26.5.2000 |
|
|
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Novembru 2002 |
L 345 |
1 |
19.12.2002 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 95/26/KE
tad-29 ta’ Ġunju 1995
li temenda d-Direttivi 77/780/KEE u 89/646/KEE fil-qasam ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, id-Direttivi 79/267/KEE u 92/96/KEE fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, id-Direttiva 93/22/KEE fil-qasam ta’ ditti ta’ investiment u d-Direttiva 85/611/KEE fil-qasam ta’ impriżi ta’ l-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits), bil-għan li tissaħħah is-superviżjoni prudenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-ewwel u t-tielet sentenzi ta’ l-Artikolu 57(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, ( 1 )
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189b tat-Trattat ( 3 ) fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-11 ta’ Mejju 1995,
|
(1) |
Billi ċerti avvenimenti urew li huwa xieraq li jkunu emendati f’ċerti aspetti ċerti Direttivi tal-Kunsill, li jispeċifikaw il-qafas ġenerali li fl-ambitu tiegħu ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi ta’ assigurazzjoni, ditti ta’ l-investiment u impriżi għall-investiment f’titoli trasferibbli (Ucits) jistgħu jwettqu n-negozju tagħhom, jiġifieri d-Direttivi 77/780/KEE ( 4 ) u 89/646/KEE, id-Direttivi 73/239/KEE ( 5 ) u 92/49/KEE, id-Direttivi 79/267/KEE ( 6 ) u 92/96/KEE, id-Direttiva 93/22/KEE ( 7 ) u d-Direttiva 85/611/KEE ( 8 ), bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni prudenti; billi huwa mixtieq li jkunu adottati miżuri simili matul is-settur finanzjarju kollu; |
|
(2) |
Billi dawk id-Direttivi jistabbilixxu, inter alia, il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa qabel ma’ l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jagħau awtorizzazzjoni bħal bidu ta’ negozju; |
|
(3) |
Billi l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw impriża finanzjarja meta huma aktarx li jkunu mfixkla milli jeżerċitaw effettivament il-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni b’rabtiet mill-qrib bejn dik l-impriża u persuni naturali jew legali oħra; billi l-impriżi finanzjarji li huma diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti f’dan ir-rigward; |
|
(4) |
Billi d-definizzjoni “rabtiet mil-qrib” f’din id-Dirtettiva tistabbilixxi kriterji minimi u ma tfixkilx Stati Membri milli japplikawha f’sitwazzjonijiet oħra apparti minn dawk maħsuba b’din id-definizzjoni; |
|
(5) |
Billi l-fatt uniku li jkun akkwistat proporzjoni sinifikanti fil-kapital ta’ kumpanija ma jikkostitwix parteċipazzjoni għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva jekk dik il-propjetà tkun akkwistata biss bħala investiment temporanju li ma jagħmilhiex possibli li tkun eżerċitata influwenza fuq l-istruttura jew l-istrateġija finanzjarja ta’ impriża; |
|
(6) |
Billi r-referenza għal eżerċizzju effettiv mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-funzjonijiet tagħhom li jkopru superviżjoni fuq bażi kkonsolidata li għandha tkun eżerċitata fuq impriża finanzjarja meta d-dispożizzjonijiet ta’ liġi tal-Komunità hekk tipprovdi; billi, f’każi bħal dawn, l-awtoritajiet li tkun saritilhom talba għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti għal eżerċitar ta’ superviżjoni fuq bażi kkonsolidata fuq dik l-impriża finanzjarja; |
|
(7) |
Billi l-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku u tas-superviżjoni mill-Istat Membru tal-post jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru m’għandhomx jagħtu jew inkella għandhom ineħħu awtorizzazzjoni meta fatturi bħal ma huma l-kontenut ta’ programmi ta’ operazzjoni, id-distribuzzjoni ġeografika ta’ l-attivitajiet attwalment imwettqa jindikaw b’mod ċar li l-impriża finanzjarja tkun għażlet sistema legali ta’ Stat Membru wieħed sabiex tevadi normi aktar stretti li jkunu eżistenti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hi twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira ta’ l-attivitajiet tagħha; billi impriża finanzjarja li hija persuna legali għandha tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċju rreġistrat tagħha; billi l-impriża finanzjarja li mhijiex persuna legali għandha jkollha l-uffiċju prinċipali fl-Istat Membru li fih tkun ġiet awtorizzata; billi, minbarra dan, l-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ l-impriża finanzjarja ikun dejjem jinstab fl-Istat Membru tal-post u li hi attwalment topera hemmhekk; |
|
(8) |
Billi huwa xieraq li ssir dispożizzjoni dwar il-possibbiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi li, bis-saħħa tal-funzjonijiet tagħhom, jgħinu biex tissaħħaħ l-istabbilità tas-sistema finanzjarja; billi, sabiex tkun ippreservata n-natura kunfidenzjali ta’ l-informazzjoni mwassla, il-lista ta’ l-indirizzi għandha tibqa’ f’limiti stretti; |
|
(9) |
Billi ċerta mġieba, bħal ma huma offiżi ta’ frodi u informazzjoni minn ġewwa, aktarx li taffettwa l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, anki meta tinvolvi impriżi apparti minn dawk finanzjarji; |
|
(10) |
Billi huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet li bihom dan l-iskambju ta’ informazzjoni jkun awtorizzat; |
|
(11) |
Billi meta jkun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkum imwassla biss bil-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti, dawn jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-ftehim tagħhom ikun suġġett għal konformità ma’ kondizzjonijiet stretti; |
|
(12) |
Billi skambju ta’ informazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-awtoritajiet kompetenti u, min-naħa l-oħra, banek ċentrali u korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli għal superviżjoni ta’ sistemi ta’ pagamenti, għandha wkoll tkun awtorizzata; |
|
(13) |
Billi l-istess obbligu ta’ segretezza professjonali fuq l-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ Ucits u l-impriżi li jieħdu parti f’dawk l-attivitajiet u l-istess possibiltajiet għal skambju ta’ informazzjoni bħal dawk mogħtija lill-awtoritajiet responsabbli għal awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ l-investiment u l-impriżi ta’ assigurazzjoni, għandhom ikunu inklużi fid-Direttiva 85/611/KEE; |
|
(14) |
Billi din id-Direttiva tikkoordina d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet għas-settur kollu finanzjarju kif hemm dispożizzjoni dwar dan fid-Direttiva 93/22/KEE; |
|
(15) |
Billi, għall-iskopijiet tat-tisħiħ tas-superviżjoni prudenti ta’ l-impriżi finanzjarji u protezzjoni ta’ klijenti ta’ l-impriżi finanzjarji, għandu jkun stipulat li awditur għandu jkollu d-dover li jirraporta minnufih lejn l-awtoritajiet kompetenti, ta’ kull meta, kif hemm dispożizzjoni dwar dan f’din id-Direttiva, hu jsir konxju, waqt li jwettaq id-doveri tiegħu, b’ċerti fatti li aktarx li jkollhom effetti serji fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva jew tal-kontijiet ta’ l-impriża ta’ kreditu; |
|
(16) |
Billi, kien ikkunsidrat li bl-għan ta’ dan il-ħsieb, huwa mixtieq għall-Istat Membru li jipprovdi li dover bħal dak għandu jkun applikabbli fiċ-ċirkostanzi kollha meta fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur matul it-twettiq tad-doveri tiegħu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ impriża finanzjarja; |
|
(17) |
Billi d-dover ta’ awdituri li jikkomunikaw, fejn xieraq, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ċerti fatti u deċiżjonijiet li jikkonċernaw impriża finanzjarja li huma jiskopru matul it-twettiq tad-doveri tagħhom f’impriża li mhijiex finanzjarja ma tbiddilx minnha nnifisha n-natura tad-doveri tagħhom f’dik l-impriża u l-anqas il-manjiera li biha huma għandhom iwettqu id-doveri tagħhom f’dik l-impriża. |
|
(18) |
Billi l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva huwa l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi li huma maħsuba, u partikolarment it-tisħiħ tal-poteri ta’ l-awtoritajiet kompetenti; billi din id-Direttiva hija ristretta għal minimu meħtieg biex jintlaħqu dawk l-objettivi u ma tmurx aktar lill hinn milli huwa meħtieġ għal dak l-iskop, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
L-Artikolu 1
Kull meta t-termi “impriża finanzjarja” huwa użat f’din id-Direttiva, dan għandu jkun mibdul bi:
▼M1 —————
— “impriża ta’assigurazzjoni” meta din id-Direttiva temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 92/49/KEE ►M2 ————— ◄ ;
— “ditta ta’ investiment” meta din id-Direttiva temenda d-Direttiva 93/22/KEE;
— “impriża għal investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (Ucits) jew bħala impriża li tikkontribwixxi lejn attività tan-negozju tagħha” meta din id-Direttiva temenda d-Direttiva 85/611/KEE.
L-Artikolu 2
▼M1 —————
— fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/49/KEE, il-punt (1), u
▼M2 —————
— fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 93/22/KEE, il-punt 15,
għandhom jiżdiedu billi jkun fihom dawn id-definizzjonijiet:
“‘rabtiet mill-qrib’ għandha tfisser sitwazzjoni li fiha żewġ persuni naturali jew legali jew aktar ikunu marbuta bi:
(a) ‘partiċipazzjoni’, li għandha tfisser il-proprjetà, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-voti jew kapital ta’ impriża, jew
(b) ‘kontroll’, li għandu jfisser ir-relazzjoni bejn impriża parent u sussidjarja, fil-każi kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u (2) tad-Direttiva 83/349/KEE ( 9 ), jew relazzjoni simili bejn xi persuni naturali jew legali u xi impriża; xi impriża sussidjarja ta’ impriża sussidjarja għandha wkoll tkun meqjusa bħala sussidjarja ta’ l-impriża parent li tkun fir-ras ta’ dawk l-impriżi.
Sitwazzjoni li fiha tnejn jew aktar persuni naturali jew legali jkollhom rabta permanenti lejn waħda jew aktar mill-istess persuni b’relazzjoni ta’ kontroll għandhom ukoll ikunu meqjusa bħala li jikkostitwixxu rabta mill-qrib bejn persuni bħal dawk
.2. Dawn is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda fit-tarf ta’:
▼M1 —————
— L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 93/22/KEE,
— L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 73/239/KEE:
— ►M2 ————— ◄
—“Aktar minn hekk, meta rabtiet mill-qrib jeżistu bejn impriża finanzjarja u persuni naturali jew legali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiċħdu awtorizzazzjoni jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjoniijiet amministrattivi ta’ pajjiż li mhuwiex membru jirregola wieħed jew aktar persuni naturali jew legali li magħhom l-impriża jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar, ifixklu l-eżerċizzju effettiv ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ superviżjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jenħtieġu impriżi ta’ kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jenħtieġu biex jissorveljaw il-konformità mal-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.”
L-Artikolu 3
1. Dan il-paragrafu li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 73/239/KEE ►M2 ————— ◄ :
“1.a. L-Istati Membri għandhom jenħtieġu li l-uffiċju prinċipali ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni jkun jinstab fl-istess Stat Membru bħall-uffiċini irreġistrati tagħhom.”
▼M1 —————
L-Artikolu 4
1. Fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE ►M2 ————— ◄ dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:
1.“5a. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:
— l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri oħra simili, jew
— l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti ta’ investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra, jew
— attwarji independenti ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni li jwettqu superviżjoni legali ta’ dawk l-impriżi u tal-korpi responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawk l-attwarji.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:
— din l-informazzjoni għandha tkun għall-iskop biex titwettaq is-superviżjoni jew is-superviżjoni legali li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu,
— l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1,
— meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żwelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet, persuni jew korpi li huma jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.”
2. Fl-Artikolu ►M1 ————— ◄ 25 tad-Direttiva 93/22/KEE, dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:
2.“5a. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:
— l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri oħra simili, jew
— l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għall-għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:
— l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu,
— l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1,
— meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni u lejn l-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.”
3. Fl-Artikolu ►M1 ————— ◄ 16 tad-Direttiva 92/49/KEE u fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 93/22/KEE ►M2 ————— ◄ , dan il-paragrafu li ġej għandu jkun imdaħħal:
“5b. Independentement mill-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli permezz tal-liġi għal tfittix u investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpanniji.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:
— l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għalih fl-ewwel sub-paragrafu,
— l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1,
— meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tistax tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, solament għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, invista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ skambju ta’ informazzjoni li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu tista’ tkun estiża għal persuni bħal dawk permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni sub-paragrafu.
Sabiex ikun implimentat is-subinċiż finali tat-tieni sub-paragrafu, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-responsabilitajiet preċiżi tal-persuni li huma jkunu bagħtu.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet jew tal-korpi li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.
Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjoniijiet ta’ dan il-paragrafu.”
4. Fl-Artikolu ►M1 ————— ◄ 25 tad-Direttiva 93/22/KEE, il-paragrafu 6 li ġej għandu jkun mibdul b’dan li ġej:
4.“6. Dan l-artikolu m’għandux ifixkel lil awtorità kompetenti milli titrasmetti:
— lejn il-banek ċentrali u lejn il-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji,
— meta xieraq, lejn l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagamenti,
l-informazzjoni intenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom, lanqas m’għandha tfixkel awtoritajiet bħal dawk milli jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 4. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu.”
5. Fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 92/49/KEE ►M2 ————— ◄ , dan li ġej għandu jkun imdaħħal:
5.“5ċ. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-awtoritajiet kompetenti li jittrasmettu:
— lejn il-banek ċentrali u lejn il-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji,
— meta xieraq, lejn l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagamenti,
l-informazzjoni intenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom u jistgħu jawtorizzaw l-awtoritajiet bħal dawk jew lill-korpi li jikkomunikaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 4. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu.”
▼M1 —————
7. Fl-Artikolu 50 tad-Direttiva 85/611/KEE, paragrafi 2, 3 u 4 għandhom ikunu mibdula b’dan li ġej:
“2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-persuni kollha li jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, huma marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali. Din is-segretezza timplika li l-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu waqt it-twettiq tad-doveri tagħhom ma tista’ tkun żvelata lejn xi persuna jew awtorità liema tkun, ħlief f’għamla sommarja jew aggregata hekk li Ucits u kumpanniji ta’ amministrazzjoni u depositarji (minn hawn ’il quddiem irreferuti bħala impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom) ma jkunux jistgħu jiġu identifikati individwalment, mingħajr preġudizzju għal każi koperti b’liġi kriminali.
Madanakollu, meta Ucits jew impriża li tikkontribwixxi lejn l-attività tan-negozju tagħha tkun giet iddikjarata bħala falluta jew li tkun ġiet xolta ta’ bil-fors, l-informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna partijiet terzi involuti fi sforz ta’ salvataġġ tista’ tiġi żvelata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.
3. Il-paragrafu 2 m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti tal-varji Stati Membri milli jagħmlu skambju ta’ l-informazzjoni bi qbil ma’ din id-Direttiva jew id-Direttivi l-oħra applikabbli għal Ucits u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn attività tan-negozju tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2.
4. L-Istati Membri jistgħu jiffinalizzaw ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdi għal skambju ta’ informazzjoni, ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni kkomunikata tkun koperta b’garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk li hemm dispożizzjonii dwarhom f’dan l-Artikolu.
7.5. L-awtoritajiet kompententi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali permezz tal-paragrafi 2 jew 3 jkunu jistgħu jużawha biss fil-korsa tad-doveri tagħhom:
— li jivverifikaw li l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-bidu ta’ negozju ta’ Ucits jew ta’ l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom ikunu milħuqa u li tiffaċilita l-monitoraġġ tat-twettiq ta’ dak in-negozju, tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontijiet u tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern,
— biex jimponu sanzjonijiet,
— f’appelli amministrattivi kontra deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, jew
— fi proċedimenti fi qrati mibdija skond l-Artikolu 51(2).
7.6. Il-paragrafi 2 u 5 m’għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ l-informazzjoni:
(a) fi Stat Membru, meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar; jew
(b) fi Stat Membru jew bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti; u
— awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għal superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni u l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji,
— korpi nvoluti fil-likwidazzjoni ta’ Ucits falluti u proċeduri simili oħra u ta’ l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozju tagħhom,
— persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra,
fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, u fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2.
7.7. Independentement mill-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ l-informazzjoni bejn, l-awtoritajiet kompetenti u:
— l-awtoritajiet responsabbli biex jissorveljaw il-korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ l-impriżi finanzjarji u l-proċeduri l-oħra simili, jew
— l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditjar statutorju tal-kontijiet ta’ l-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti ta’ investimenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għall-għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:
— l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettaq id-dover li hemm referenza għaliha fl-ewwel sub-paragrafu,
— l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2,
— meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Memru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet li jistgħu jirċievu informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.
8. Independentement mill-paragrafi 2 sa 5, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabbilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju ta’ l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew korpi responsabbli permezz tal-liġi għal tfittix u investigazzjoni ta’ ksur tal-liġi tal-kumpaniji.
L-Istati Membri li jkollhom rikors għal għażla li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jenħtieġu mill-anqas li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tkun milħuqa:
— l-informazzjoni għandha tkun għall-iskopijiet li jitwettqu id-doveri li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu,
— l-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2,
— meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi żvelata mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha u, fejn xieraq, għall-iskopijiet li dwarhom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom biss.
Meta, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu jwettqu d-doveri tagħhom ta’ tfittix jew investigazzjoni bl-għajnuna, in vista tal-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibiltà ta’ skambju ta’ l-informazzjoni li hemm dispożizzjonii dwarha fl-ewwel sub-paragrafu tista’ tkun estiża lejn persuni bħal dawk permezz tal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni sub-paragrafu.
Sabiex ikun implimentat is-subinċiż finali tat-tieni sub-paragrafu, l-awtoritajiet jew korpi li hemm referenza għalihom fl-ewwel sub-paragrafu għandhom jikkomunikaw lejn l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabbilitajiet preċiżi tal-persuni li huma jkunu bagħtu.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-ismijiet ta’ l-awtoritajiet jew korpi li jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu.
Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
9. Dan l-Artikolu m’għandux iżomm awtorità kompetenti milli tittrażmetti lill-banek ċentrali u lil korpi oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji, l-informazzjoni ntenzjonata għat-twettiq tad-doveri tagħhom, l-anqas m’għandha tfixkel lill-awtoritajiet jew lill-korpi bħal dawk milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni li huma jistgħu jenħtieġu għall-iskopijiet tal-paragrafu 5. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposta f’dan l-Artikolu.
10. Dan l-Artikolu m’għandux ifixkel lill-awtoritajiet kompetenti milli jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 2 sa 5 lil ‘clearing house’ jew korp simili rikonoxxut mill-liġi nazzjonali biex jipprovdi servizzi ta’ ‘clearing’ jew ta’ settlement għal wieħed mis-swieq ta’ l-Istati Membri jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonar xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni man-nuqqasijiet jew il-potenzjal ta’ nuqqasijiet mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni mwassla f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għal kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 2. L-Istati Membri għandhom, b’dana kollu, jassiguraw li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafu 3 ma tkunx tista’ tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-kunsens espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.
11. Minbarra dan, u indipendentement mid-dispożizzjoniijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 2 u 5, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjoniijiet stabbiliti bil-liġi, jawtorizzaw l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra ta’ l-amministrazzjonijiet ċentrali tal-gvernijiet tagħhom li jkunu responsabbli għal leġislazzjoni dwar is-superviżjoni ta’ Ucits u l-impriżi li jikkontribwixxu lejn l-attività tan-negozji tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ investiment u l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni u ta’ spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.
Żvelar bħal dan jista’ jsir, madanakollu, meta meħtieġ biss u għal raġunijiet ta’ kontroll prudenti.
L-Istati Membri għandhom, madanakollu, jipprovdu li l-informazzjoni li tkun waslitilhom permezz tal-paragrafi 3 u 6 ma tkunx tista’ qatt tiġi żvelata fiċ-ċirkostanzi li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu mingħajr il-ftehim espress ta’ l-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawhom.”
L-Artikolu 5
Dawn li ġejjin għandhom ikunu inkorporati:
▼M1 —————
— fid-Direttiva 92/49/KEE, l-Artikolu 16a,
▼M2 —————
— fid-Direttiva 93/22/KEE, l-Artikolu 25a,
— u fid-Direttiva 85/611/KEE, l-Artikolu 50a,
li jinqraw hekk:
“1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw mill-anqas li:
— tikkostitwixxi ksur materjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjoniijiet amministrattivi li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament tirregola l-eżerċizzju ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew
— jaffettwa il-funzjonament kontinwu ta’ l-impriża finanzjarja, jew
— twassal għal ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riservi;
(b) dik il-persuna għandha wkoll ikollha d-dover li tirraporta xi fatt jew deċiżjonijiet li dwarhom issir konxja matul it-twettiq ta’ dover kif deskritt f’ (a) f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-impriżi finanzjarji li fiha jkun qiegħed iwettaq id-dover imsemmi hawn fuq.
2. Dan l-iżvelar inbona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati fil-qofol ta’ dak li tfisser id-Direttiva 84/253/KEE, ta’ xi fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 m’għandux jikkonstitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoniijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi u m’għandux tinvolvi lil dawn il-persuni f’xi responsabilità ta’ kwalunke tip.
L-Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjoniijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sat-18 ta’ Lulju 1996. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjoniijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.
L-Artikolu 7
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) ĠU C 229, tal-25.8.1993, p. 10.
( 2 ) ĠU C 52, ta’ l-14.2.1994, p. 15.
( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 1994 (ĠU C 91, tat-28.3.1994, p. 61), Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 1994 (ĠU C 213, tat-3.8.1994, p. 29), id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 1994 (ĠU C 323, tal-21.11.1994, p. 56).
( 4 ) ĠU L 322, tas-17.12.1977, p. 30. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/646/KEE (ĠU L 386, tat-30.12.1989, p. 1).
( 5 ) ĠU L 228, tas-16.8.1973, p. 3. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/49/KEE (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1).
( 6 ) ĠU L 63, tat-13.3.1979, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/96/KEE (ĠU L 360, tad-9.12.1992, p. 1).
( 7 ) ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27.
( 8 ) ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 88/220/KEE (ĠU L 100, tad-19.4.1988, p. 31).
( 9 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L. 317, tas-16.11.1990, p. 60).”
( 10 ) ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 20.
( 11 ) ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/605/KEE (ĠU L 317, tas-16.11.1990, p. 60).”