<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-607/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0607</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:510">EU:C:2019:510</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20190619">19.6.2019</DATE> – Kawża C-607/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Memira Holding</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Grupp ta’ kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-telf subit minn sussidjarja mhux residenti</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>telf definittiv<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>– Amalgamazzjoni-assorbiment tas-sussidjarja mill-kumpannija omm</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tipprovdi għat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni biss lill-entità li tkun sostnietu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-607/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171005">5 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20171024">24 ta’ Ottubru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Skatteverket</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Memira Holding AB,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali : J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Skatteverket, minn J. Anderberg u M. Andersson Berg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Memira Holding AB, minn L. Staberg, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, A. Alriksson, C. Meyer-Seitz, H. Shev, H. Eklinder, L. Zettergren u J. Lundberg, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, inizjalment minn T. Henze u sussegwentement minn R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. De Socio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn S. Hartikainen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon u G. Brown, bħala aġenti, assistiti minn D. Yates, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson kif ukoll minn N. Gossement, E. Ljung Rasmussen u G. Tolstoy, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 54 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn is-Skatteverket (Awtorità fiskali, l-Isvezja) u Memira Holding AB (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Memira<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar il-possibbiltà ta’ din tal-aħħar li tnaqqas, mit-taxxa fuq il-kumpanniji, it-telf ta’ sussidjarja stabbilita fi Stat Membru ieħor, f’każ ta’ assorbiment ta’ din is-sussidjarja permezz ta’ amalgamazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-sistema fiskali ta’ amalgamazzjonijiet ta’ impriżi hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 37 tal-Inkomstskattelag (1999:1229) (liġi (1229:1999) dwar it-taxxa fuq id-dħul, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikoli 16 sa 29 ta’ dan il-kapitolu jistabbilixxi regoli fiskali speċjali applikabbli għall-amalgamazzjonijiet imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ikkwalifikati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Sabiex amalgamazzjoni titqies bħala tali, l-Artikoli 11 u 12 tal-imsemmi kapitolu jirrikjedu li, minn naħa, immedjatament qabel l-amalgamazzjoni, l-impriża trasferitur tiġi intaxxata fuq id-dħul fl-Isvezja fuq tal-inqas parti mill-attività ekonomika tagħha, u, min-naħa l-oħra, immedjatament wara l-amalgamazzjoni, l-impriża benefiċċjarja tiġi intaxxata fl-Isvezja fuq id-dħul mill-attività ekonomika li fir-rigward tagħha l-impriża trasferitur ġiet intaxxata. Barra minn hekk, id-dħul inkwistjoni ma għandux ikun eżentat fl-Isvezja minħabba konvenzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>F’każ ta’ amalgamazzjoni kkwalifikata, l-Artikoli 17 u 18 tal-Kapitolu 37 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul jipprevedu li, inkonnessjoni mal-attività ekonomika prevista fl-Artikolu 11 ta’ dan il-kapitolu, il-kumpannija trasferitur la tista’ tiddikjara dħul u lanqas tnaqqas spejjeż marbuta mal-amalgamazzjoni, u li l-impriża benefiċjarja tissostitwixxi lill-impriża trasferitur għat-trattament fiskali ta’ din l-attività. Din is-sostituzzjoni timplika b’mod partikolari li l-kumpannija benefiċjarja tista’ tnaqqas it-telf tal-kumpannija trasferitur li jirriżulta mis-snin preċedenti, f’ċerti limiti speċifikati fl-Artikoli 21 sa 26 tal-imsemmi kapitolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 35 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul jipprovdi għal tnaqqis fiskali tal-grupp transkonfinali li jippermetti t-trasferiment ta’ telf definittiv subit minn sussidjarja barranija miżmuma 100 % li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li din tkun miżmuma direttament, li ġiet stralċjata u li l-kumpannija omm ma teżerċitax, permezz ta’ kumpannija relatata, attività fl-Istat tas-sussidjarja fid-data tal-istralċ. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tindika li dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-amalgamazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Minn konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, li ma ġewx ikkontestati mill-Gvern Ġermaniż, jirriżulta li d-dritt Ġermaniż jeskludi t-trasferiment ta’ telf bejn l-impriżi suġġetti għat-taxxa fil-Ġermanja fil-każ ta’ amalgamazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Memira hija kumpannija Svediża li permezz tas-sussidjarji tagħha, teżerċita attivitajiet fis-settur tal-kirurġija oftalmika. Hija għandha, fil-Ġermanja, kumpannija waħda, li għandha u tmexxi kliniki. Peress li din is-sussidjarja kienet qiegħda tagħmel it-telf, Memira tatha self sabiex tiffinanzja l-attività tagħha, iżda dan ma rnexxiex. Għaldaqstant, l-attività tas-sussidjarja waqfet u fil-karta tal-bilanċ tagħha ma kien fadal xejn ħlief djun u ċerti attivi likwidi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Memira għandha l-ħsieb li tassorbi s-sussidjarja Ġermaniża tagħha permezz ta’ amalgamazzjoni transkonfinali, fatt li jimplika x-xoljiment mingħajr stralċ ta’ din tal-aħħar, li warajha Memira ma teżeriċta l-ebda attività, diretta jew indiretta, fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Peress li t-telf tas-sussidjarja Ġermaniża ta’ Memira li ma setax jinqata’ minn profitti passati kien tela’ għal EUR 7.6 miljun. Dawn ma humiex eliġibbli għal tnaqqis skont it-taxxa fuq il-kumpanniji Ġermaniża relattiva għal din is-sussidjarja, permezz ta’ imputazzjoni, la fuq il-profitti kurrenti u lanqas indefinittivament fuq benefiċċji ulterjuri. Għall-kuntrarju, huma ma jinsabux fil-każ previst minn Memira msemmi fil-punt preċedenti, peress li d-dritt Ġermaniż jeskludi t-trasferiment ta’ tali telf lil impriża suġġetta għat-taxxa fil-Ġermanja fil-każ ta’ amalgamazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, Memira talbet deċiżjoni fiskali mingħand l-iSkatterättsnämnden (il-Kummissjoni tad-Dritt Fiskali, l-Isvezja) sabiex tkun taf jekk, fil-każ li tikkonkretizza il-proġett tagħha ta’ amalgamazzjoni, tistax tipprevalixxi ruħha mil-libertà ta’ stabbiliment sabiex tnaqqas it-telf tas-sussidjarja Ġermaniża tagħha mit-taxxa tagħha fuq il-kumpanniji fl-Isvezja, li ġiet imwieġba fin-negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni fiskali tindika li t-telf tas-sussidjarja Ġermaniża ta’ Memira ma setax jiġi assorbit mill-kumpannija omm abbażi tal-leġiżlazzjoni Svediża marbuta mat-taxxa tal-amalgamazzjonijiet ikkwalifikati, peress li ma kinitx issodidfatta l-kundizzjoni li tirrikjedi li din is-sussidjarja tkun suġġetta għat-taxxa fl-Isvezja. It-tnaqqis ma setax iktar u iktar jingħata abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqisijiet fiskali ta’ grupp, peress li dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux jikkonċernaw każ bħal dak previst minn Memira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-kummissjoni tad-dritt fiskali ammettiet li tali sitwazzjoni kienet twassal għal restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment, iżda qieset li, skont il-ġurisprudenza naxxenti mis-sentenza tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer (C-446/03, iktar ’il quddiem: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marks &amp; Spencer<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></NAME.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) din ir-restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata dment li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, u, għaldaqstant, li t-telf inkwistjoni ma jaqax taħt waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-punt 55 ta’ din is-sentenza, fejn it-telf ikun jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>definittiv<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Filwaqt li bbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kummissjoni tad-dritt fiskali qieset li, sabiex jiġi ddeterminat jekk it-telf inkwistjoni huwiex definittiv, kien jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni t-trattament applikabbli għal dan it-telf skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat tas-sussidjarja. F’dan ir-rigward hija rrilevat li d-dritt Ġermaniż ma kien jipprovdi għall-ebda possibbiltà sabiex it-telf fil-każ ta’ amalgamazzjoni ma’ impriża oħra suġġetta għat-taxxa fil-Ġermanja u minn dan hija ddeduċiet li t-telf ma kellux jitqies bħala definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Tliet membri tal-kummissjoni tad-dritt fiskali, permezz ta’ opinjoni kuntrarja, sostnew li t-telf tas-sussidjarja Ġermaniża ta’ Memira kellu jitqies bħala definittiv, sa fejn ma teżisti, fi ħdan Memira, l-ebda impriża Ġermaniża u l-ebda impriża oħra li għandha stabbiliment stabbli fil-Ġermanja li s-sussidjarja setgħet tiġi amalgamata fiha. Għaldaqstant, il-fatt li d-dritt Ġermaniż jeskludi t-trasferiment tat-telf fil-każ ta’ amalgamazzjoni ma’ impriża oħra suġġetta għat-taxxa fil-Ġermanja ma huwiex rilevanti sabiex titwarrab in-natura definittiva tat-telf tas-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni fiskali tal-kummissjoni tad-dritt fiskali ġiet ikkontestata quddiem il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema, l-Isvezja) kemm mill-awtorità fiskali kif ukoll minn Memira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-123/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:84">EU:C:2013:84</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma tispeċifikax jekk, sabiex tiġi evalwata n-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja, jeħtieġx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-possibbiltajiet offruti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja lil entitajiet legali oħra sabiex jieħdu dan it-telf inkunsiderazzjoni u, jekk fl-affermattiv, kif għandha tittieħed inkunsiderazzjoni din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Högsta förvaltningsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.P><TXT>Fl-evalwazzjoni dwar jekk telf f’kumpannija sussidjarja fi Stat Membru ieħor huwiex definittiv skont it-tifsira mogħtija, inter alia, fil-każ ta’ A, u l-kumpannija parent tista’ għalhekk tnaqqas it-telf fuq il-bażi tal-Artikolu 49 TFUE, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, taħt ir-regoli tal-Istat li fih tinsab is-sussidjarja, hemm restrizzjonijiet fuq il-possibbiltà li jitnaqqas it-telf għall-partijiet minbarra l-parti nnifisha li għamlet it-telf?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li restrizzjoni bħal dik imsemmija fid-domanda nru. 1 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, għandu jitqies jekk, fil-każ inkwistjoni, hemmx parti oħra fl-Istat li fih tinsab is-sussidjarja li setgħet naqqset it-telf li kieku dan kellu jkun permess hemmhekk?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, hemm lok jitfakkar li, fil-punti 43 sa 51 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment marbuta ma’ limitazzjoni għad-dritt ta’ kumpannija li tnaqqas it-telf ta’ sussidjarja barranija, filwaqt li din il-possibbiltà ta’ tnaqqis hija pprovduta għal sussidjarja residenti, hija ġġustfikata min-neċessità li jiġi ppreservat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u li jiġu ostakolati r-riskji ta’ invokazzjoni doppja tat-telf kif ukoll ta’ evażjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-punt 55 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja madakollu speċifikat li, anki jekk din kienet restrizzjoni li bħala prinċipju hija ġġustifikata, xorta jibqa’ sproporzjonat għall-Istat ta’ residenza tal-kumpannija omm li jeskludi l-possibbiltà ta’ din tal-aħħar li fiskalment tieħu inkunsiderazzjoni fil-livell tagħha, it-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, minkejja li kkwalifikat bħala definittiv, f’sitwazzjoni li fiha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>is-sussidjarja mhux residenti tkun eżawriet il-possibbiltajiet ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-telf li jeżisti fl-Istat ta’ residenza tagħha għall-perijodu ta’ taxxa kkonċernat mit-talba għal tnaqqis fiskali kif ukoll għal snin fiskali preċedenti, skont il-każ permezz ta’ trasferiment ta’ dan it-telf lil terz jew tal-imputazzjoni tal-imsemmi telf fuq il-profitti magħmula mis-sussidjarja matul is-snin preċedenti, u</P></ITEM><ITEM><P>ma hemmx possibbiltà li t-telf ta’ sussidjarja barranija jiġi kkunsidrat fl-Istat ta’ residenza tagħha għak snin futuri jew mis-sussidjarja nnifisha, jew minn terz, b’mod partikolari f’każ ta’ ċessjoni tas-sussidjarja lilu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf liema importanza jeħtieġ li tingħata, fl-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, liċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taħtu taqa’ s-sussidjarja ma jippermettix it-trasferiment ta’ telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, minkejja li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taħtu taqa’ l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tispeċifika jekk sitwazzjoni bħal dik prevista minn Memira hijiex waħda minn dawk imsemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-tieni inċiż tal-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, li fihom ma teżistix il-possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf tas-sussidjarja barranija fl-Istat ta’ residenza tagħha abbażi tas-snin futuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li r-raġunijiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-tieni inċiż tal-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer ipprevedew espressament li l-impossibbiltà li tikkundizzjona n-natura definittiva tat-telf tista’ tkun marbuta mat-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom għas-snin futuri minn terz, b’mod partikolari f’każ ta’ ċessjoni tas-sussidjarja lil dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik prevista minn Memira, u meta jkunu stabbiliti l-impossibiltajiet l-oħra kollha msemmija fil-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, it-telf ma jistax jiġi kkwalifikat bħala definittiv jekk jibqa’ possibbli li jsir sens ekonomiku minnu billi jiġi ttrasferit lil terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 65 sa 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jistax jiġi eskluż minn qabel li terz jista’ jieħu inkunsiderazzjoni fiskalment it-telf tas-sussidjarja fl-Istat ta’ residenza ta’ din tal-aħħar, pereżempju wara ċessjoni ta’ din tal-aħħar għal prezz li jiġbor fih il-valur tal-vantaġġ fiskali li tirrappreżenta il-possibbiltà tat-tnaqqis tat-telf għall-futur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130221">21 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-123/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:84">EU:C:2013:84</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>, kif ukoll is-sentenza tal-lum, Holmen, C-608/17, punt 38).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’sitwazzjonijiet bħal dawk previsti minn Memira, fin-nuqqas ta’ din tal-aħħar li turi li l-possibbiltà msemmija fil-punt preċedenti hija eskluża, iċ-ċirkustanza waħdiha li d-dritt tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja ma jippermettix it-trasferiment ta’ telf f’każ ta’ amalgamazzjoni ma tistax fiha nnifisha tkun suffiċjenti sabiex it-telf tas-sussidjarja jitqies bħala definittiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li tingħata risposta għall-ewwel domanda li, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taqa’ taħtu l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti, ma hijiex determinanti, dment li l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, jeħtieġx li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas it-telf fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni li kieku kien awtorizzat tnaqqis.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u kif intqal fil-kuntest tar-risposta għall-ewwel domanda, ir-restrizzjonijiet għat-trasferiment tat-telf permezz ta’ amalgamazzjoni naxxenti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja ma humiex determinanti dment li ma tiġix stabbilita mill-kumpannija omm, l-impossibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf minn terz, b’mod partikolari wara ċessjoni li l-prezz tagħha jkun jiġbor fih il-valur fiskali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Jekk tiġi prodotta tali prova, u jekk barra minn hekk, jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet l-oħra msemmija fil-punt 55 tas-sentenza Marks &amp; Spencer, l-awtoritajiet fiskali jkunu obbligati jqisu li t-telf ta’ sussidjarja mhux residenti huwa definittiv u li huwa, konsegwentement, sproporzjonat li l-kumpannija omm ma tiġix permessa tieħu inkunsiderazzjoni dan it-telf fil-livell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, hija irrilevanti, għall-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf, l-eżistenza jew in-nuqqas tagħha, fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja li tagħmel it-telf, ta’ entitajiet oħra li setgħu jittrasferixxu t-telf tas-sussidjarja permezz ta’ amalgamazzjoni kieku kienet offruta tali possibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, jeħtieġ li tingħata risposta għat-tieni domanda li, f’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, huwa indifferenti l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja, ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas dan it-telf f’każ ta’ amalgamazzjoni kieku tali tnaqqis kien awtorizzat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura definittiva tat-telf ta’ sussidjarja mhux residenti, fis-sens tal-punt 55 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), iċ-ċirkustanza li l-Istat Membru li taqa’ taħtu s-sussidjarja ma jippermettix li jiġi ttrasferit it-telf ta’ kumpannija lil persuna taxxabbli oħra f’każ ta’ amalgamazzjoni, filwaqt li tali trasferiment huwa previst mill-Istat Membru li taqa’ taħtu l-kumpannija omm f’każ ta’ amalgamazzjoni bejn kumpanniji residenti, ma hijiex determinanti, dment li<?PAGE NO="7"?> l-kumpannija omm ma turix li huwa impossibbli għaliha li tivvalorizza dan it-telf billi ssib mezz, b’mod partikolari permezz ta’ ċessjoni, sabiex dan jittieħed inkunsiderazzjoni fiskalment minn terz fi snin futuri.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’każ li ċ-ċirkustanza msemmija fl-ewwel domanda ssir rilevanti, huwa indifferenti l-fatt li fl-Istat ta’ residenza tas-sussidjarja, ma teżisti l-ebda entità oħra li setgħet tnaqqas dan it-telf f’każ ta’ amalgamazzjoni kieku tali tnaqqis kien awtorizzat.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>