|
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Settembru 2010
rigward il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran
(2010/631/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-Tniġġis, li sussegwentement ġiet imsemmija mill-ġdid bħala l-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Barċellona”) ġiet konkluża f’isem il-Komunità Ewropea mill-Kunsill bid-Deċiżjonijiet 77/585/KEE (1) u 1999/802/KE (2). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4.3(e) tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona, il-Partijiet Kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom li jippromwovu l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, filwaqt li jqisu l-ħarsien ta’ żoni ta’ interess ekoloġiku u tal-pajsaġġ kif ukoll l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali. |
|
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2002, dwar l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fl-Ewropa (3), u b’mod partikolari l-Kapitlu V tagħha, tħeġġeġ l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-ġestjoni integrata taż-żona kostali fil-kuntest tal-konvenzjonijiet eżistenti mal-pajjiżi ġirien, fosthom Stati li mhumiex Membri, fl-istess baħar reġjonali. |
|
(4) |
L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ il-ġestjoni integrata fuq skala ikbar permezz ta’ strumenti orizzontali, inkluż fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u billi tiżviluppa bażi xjentifika soda għaliha, permezz tal-programmi tagħha ta’ riċerka. Għalhekk, dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu għall-ġestjoni integrata taż-żona kostali. |
|
(5) |
Il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali hija komponent wieħed tal-Politika Integrata Marittima tal-UE kif approvata mill-Kunsill Ewropew f’Lisbona, fit-13 u l-14 ta’ Diċembru 2007 u kif spjegata wkoll fid-dettall fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn Politika Marittima Integrata għal tmexxija aħjar fil-Mediterran” u li iktar tard kienet milqugħa mill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu dwar Politika Marittima Integrata tas-16 ta’ Novembru 2009. |
|
(6) |
Bid-Deċiżjoni 2009/89/KE tal-4 ta’ Diċembru 2008 (4), il-Kunsill iffirma l-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ICZM”) f’isem il-Komunità, soġġett għal konklużjoni sussegwenti tal-Protokoll ICZM f’data aktar tard. |
|
(7) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea nnotifikat lill-Gvern ta’ Spanja dwar il-fatt li l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet il-Komunità Ewropea. |
|
(8) |
Iż-żoni kostali tal-Mediterran ikomplu jġarrbu pressjonijiet ambjentali mill-aktar ħorox degradazzjoni tar-riżorsi kostali. Il-Protokoll ICZM jipprovdi qafas biex jistimula approċċ aktar ikkonċertat u integrat, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati inklużi s-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi. Approċċ inklussiv bħal dan, ibbażat fuq l-aħjar osservazzjoni u għarfien xjentifiċi disponibbli, huwa mitlub sabiex dawn il-problemi jiġu indirizzati b’mod iktar effettiv u biex jinkiseb żvilupp iktar sostenibbli taż-żoni kostali tal-Mediterran. |
|
(9) |
Il-Protokoll ICZM ikopri firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu implimentati minn livelli differenti ta’ amministrazzjoni, b’kont meħud tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Filwaqt li huwa xieraq għall-Unjoni li tkun ta’ appoġġ għall-ġestjoni integrata taż-żona kostali, waqt li titqies, inter alia, in-natura transkonfinali tal-biċċa l-kbira tal-problemi ambjentali, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom se jkunu responsabbli għad-disinn u l-implimentazzjoni fit-territorju kostali ta’ ċerti miżuri dettaljati stipulati fil-Protokoll ICZM, bħalma hu l-istabbiliment taż-żoni fejn il-kostruzzjoni mhijiex permessa. |
|
(10) |
Il-Protokoll ICZM għandu jiġi approvat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali fil-Mediterran għall-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ICZM”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna mogħtija s-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għad-depożitu tal-istrument ta’ approvazzjoni, bil-Gvern ta’ Spanja li jassumi l-irwol ta’ Depożitarju, skont l-Artikolu 37 tal-Protokoll ICZM, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll ICZM.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ICZM għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Settembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 240, 19.9.1977, p. 1.
(2) ĠU L 322, 14.12.1999, p. 32.
(3) ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.
(5) Il-Protokoll ICZM ġie ppubblikat fil-ĠU L 34, 4.2.2009, p. 19 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.