15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 306/98


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/862/PESK

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EUBAM Rafah) (1).

(2)

Il-mandat ta’ dik il-Missjoni kien estiż sal-24 ta’ Novembru 2008 bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/379/PESK (2).

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sal-24 ta’ Novembru 2009,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Novembru 2008 sal-24 ta’ Novembru 2009 għandu jkun ta’ EUR 2.5 miljun”;

(2)

L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiskadi fl-24 ta’ Novembru 2009.”

(3)

L-Artikolu 17 għandhu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Reviżjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sat-30 ta’ Settembru 2009.”

(4)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 18:

“Id-Deċiżjonijiet tal-KPS skont l-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)   ĠU L 130, 20.5.2008, p. 24.