|
19.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1907
tat-18 ta' Ottubru 2017
dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' żewġ varjanti ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u ta' Lactobacillus buchneri (KKP/907/p). Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) bħala addittiv fl-għalf għall-baqar u għan-nagħaġ li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta' Diċembru 2013 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) ma għandhiex effett avvers fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb il-produzzjoni ta' għalf insilat magħmul minn materjal li jista' jiġi pproċessat f'materjal għall-ħżin f'silos b'mod faċli, b'mod moderatament diffiċli u b'mod diffiċli. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf, fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
L-evalwazzjoni tal-preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum (KKP/593/p u KKP/788/p) u Lactobacillus buchneri (KKP/907/p) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf insilat”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2014; 12(1):3529.
ANNESS
|
Nru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
CFU tal-addittiv/kg ta' materjal frisk |
||||||||||||||
|
Addittivi teknoloġiċi: addittivi tas-silaġġ |
||||||||||||||
|
1k20754 |
Lactobacillus plantarum KKP/593/p Lactobacillus plantarum KKP/788/p Lactobacillus buchneri KKP/907/p |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' Lactobacillus plantarum KKP/593/p, Lactobacillus plantarum KKP/788/p u Lactobacillus buchneri KKP/907/p b'addittiv minimu ta' 1 × 109 CFU/g, bi proporzjon ta' 4:4:1 (Lactobacillus plantarum KKP/593/p: Lactobacillus plantarum KKP/788/p: Lactobacillus buchneri KKP/907/p) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Ċelloli vjabbli ta' Lactobacillus plantarum KKP/593/p, Lactobacillus plantarum KKP/788/p u Lactobacillus buchneri KKP/907p. Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni fl-addittiv fl-għalf: metodu tat-tifrix fuq MSR agar (EN 15787). Identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf: Elettroforeżi bil-Ġell f'Kamp Pulsat (PFGE) |
Baqar Nagħaġ |
— |
— |
— |
|
It-8 ta' Novembru 2027 |
||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports