32000R0323



Official Journal L 037 , 12/02/2000 P. 0012 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2000

tal-11 ta' Frar 2000

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Kombinata

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1] kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 254/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu.

Billi:

(1) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kollha jew f'parti bażata fuqu jew li żżid xi suddiviżjoni oħra magħha u li hi stabbilita b'dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan ta' l-applikazzjoni tat-tariffa u miżuri oħra dwar il-kummerċ f'oġġetti.

(3) Skond ir-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament preżenti, iridu jkunu klassifikati skond il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3.

(4) Huwa aċċettat li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista’ tibqa' tiġi nvokata, skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 955/1999 [4], għal perijodu ta' tliet xhur mid-detentur.

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda skond il-kodiċi CN indikata fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

L-Artikolu 2

L-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi nvokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Frar 2000.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 16.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Kodiċi tan-NK | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

— materja nixfa (105 °C) | 87,5 |

— rmied (800 °C) | 2,1 |

—lamtu (ddeterminat mill-metodu Ewers polarimetric) | 47,2 |

| | 23099051 | Klassifikazzjoni hi ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata u bil-kliem tal-Kodiċi ta' NK 2309, 230990 u 23099051 Dan il-prodott li hu taħlita ta' prodotti li jitħnu l-qamħ u dqiq tax-xgħir għal għalf għandu jiġi kkunsidrat bħala preparazzjonita' tip użat f’ l-għalf ta' l-annimali ta' sottotitolu 2309 |

--------------------------------------------------