2003R0047 — MT — 06.01.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA (KEE) Nru 47/2003 tal-10 ta’ Jannar 2003 li jemenda l-Anness ghar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (ĠU L 007, 11.1.2003, p.64) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 6/2005 ta' l-4 ta' Jannar 2005 |
L 2 |
3 |
5.1.2005 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA (KEE) Nru 47/2003
tal-10 ta’ Jannar 2003
li jemenda l-Anness ghar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament Nru 5 45/2002 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:|
(1) |
L-Anness I ghar-Regolament (KE) Nru 2200/96 jagħti lista ta’ prodotti li għandhom jiġu pprovduti friski lill-konsumatur u iridu jkunu ta’ċertu livell. |
|
(2) |
L-Ippakkjar għall-konsumatur li jkun fih diversi tipi ta’ frott u ħaxix qed isiru aktar komuni fis-suq u jissodisfaw id-domanda ta’ ċerti konsumaturi. |
|
(3) |
Il-kummerċ ġust jirrikjedi li frott u ħaxix mibjugħ fl-istess pakkett ikun tal-istess kwalitá. Dan jagħmilha neċessarju li tiġi estiża l-lista ta’ prodotti li huma suġġetti ghall-istandards ta’ marketing sabiex jinkludu prodotti oħrajn meta dawn ikunu mghaqqdin fil-pakketti li jinbigħu ma’ prodotti li diġá qegħdin fil-lista. |
|
(4) |
L-Anness I ghar-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandu għalhekk jiġi emendat. |
|
(5) |
Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
L-L-Artikolu 1
DDan li li ġejj huwa miżjud mal- anness I għar-Regolament (KE) Nru 2200/96:
“Prodotti oħrajn riferuti fl-Artikolu 1, meta magħquda f’pakkett ghall-bejgħ ►M1 ta' piż nett inqas jew daqs tliet kilogrammi ◄ għall-inqas wieħed mill-prodotti f’dan l-Anness.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.
( 2 ) ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 1.