|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1481 |
3.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1481
Tat-2 ta’ Lulju 2026
li tiddeżinja faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tessuti f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 (2) jipprevedi li l-faċilitajiet tal-ittestjar pubbliku tal-Istati Membri jridu jiġu ddeżinjati bħala faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni wara sejħa għal espressjoni ta’ interess. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nediet is-sejħa għal espressjoni ta’ interess CFEI/GRO/IMA/2025-2026 għal żewġ kategoriji: il-makkinarju u t-tessuti. |
|
(3) |
Fil-kuntest tas-sejħa għal espressjoni ta’ interess CFEI/GRO/IMA/2025-2026, id-Direttorat Ġenerali għal-Laboratorju Ġenerali Kimiku tal-Istat (GCSL), li huwa servizz fi ħdan l-Awtorità Indipendenti għad-Dħul Pubbliku tal-Greċja, applika biex jintgħażel bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tessuti. |
|
(4) |
Saret evalwazzjoni skont ir-regoli applikabbli u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess. |
|
(5) |
Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni, jenħtieġ li l-GCSL tiġi ddeżinjata bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tessuti. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2019/1020, il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni ddeżinjati jridu jipprovdu s-servizzi tagħhom biss lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, lin-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti, lill-Kummissjoni u lil entitajiet governattivi jew intergovernattivi oħra. Il-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni jridu jwettqu, fil-qasam tal-kompetenza tagħhom, l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 21(6) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1267, id-deżinjazzjoni ta’ faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni trid tiġi rieżaminata fuq bażi regolari u l-limitu ta’ żmien għal dak ir-rieżami jrid jiġi stabbilit f’deċiżjoni biex tiġi ddeżinjata l-faċilità tal-ittestjar, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tessuti
Id-Direttorat Ġenerali għal-Laboratorju Ġenerali Kimiku tal-Istat, fi ħdan l-Awtorità Indipendenti għad-Dħul Pubbliku, 16 Anastasiou Tsocha, 115 21, Ateni, il-Greċja, b’dan jiġi ddeżinjat bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni għat-tessuti.
Artikolu 2
Rieżami tad-deżinjazzjoni
Id-deżinjazzjoni bħala faċilità tal-ittestjar tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1267 sas-23 ta’ Lulju 2031, u kull 5 snin wara dan.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1267 tal-20 ta’ Lulju 2022 li jispeċifika l-proċeduri għad-deżinjazzjoni tal-faċilitajiet tal-ittestjar tal-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-verifika tal-konformità tal-prodotti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 192, 21.7.2022, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1267/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1481/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)