|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2450 |
30.10.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2450
tas-25 ta’ Lulju 2023
li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista ta’ servizzi essenzjali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2022/2557 għandha l-għan li tiżgura li s-servizzi essenzjali għaż-żamma ta’ funzjonijiet vitali tas-soċjetà jew ta’ attivitajiet ekonomiċi jiġu pprovduti b’mod mhux ostakolat fis-suq intern u li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li jipprovdu tali servizzi. |
|
(2) |
Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2557, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat li jistabbilixxi lista mhux eżawrjenti ta’ servizzi essenzjali fis-setturi u s-subsetturi stabbiliti fl-Anness ta’ dik id-Direttiva. Il-lista trid tintuża mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini li jwettqu valutazzjoni tar-riskju u wara l-valutazzjoni tar-riskju trid tintuża biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-lista ta’ servizzi essenzjali titfassal b’mod ġeneriku, sabiex jiġu akkomodati l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri bħad-daqs, id-densità tal-popolazzjoni, jew il-lokazzjoni ġeografika. Madankollu, jenħtieġ li tkun tkopri s-servizzi essenzjali tal-kategoriji ta’ entitajiet stabbiliti fl-Anness tad-Direttiva (UE) 2022/2557 biss. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-servizzi pprovduti minn entitajiet li jaqgħu f’dawk il-kategoriji biss jitqiesu bħala servizzi essenzjali, kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2022/2557. |
|
(4) |
B’mod aktar ġenerali, jenħtieġ li l-lista ta’ servizzi essenzjali tintuża fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-Direttiva (UE) 2022/2557. Dan jinkludi d-definizzjoni ta’ servizzi essenzjali bħala servizzi li huma kruċjali għaż-żamma tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, l-attivitajiet ekonomiċi, is-saħħa u s-sikurezza pubblika, jew l-ambjent, kif ukoll id-definizzjoni ta’ entità tal-amministrazzjoni pubblika u d-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 1(6) tad-Direttiva (UE) 2022/2557, l-entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika, id-difiża jew l-infurzar tal-liġi, inklużi l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali huma esklużi. |
|
(5) |
Konsegwentement, l-attivitajiet ekonomiċi elenkati, fuq bażi mhux eżawrjenti, f’dan ir-Regolament delegat, jenħtieġ li jitqiesu biss bħala servizzi essenzjali, għall-fini ta’ dan ir-Regolament delegat u d-Direttiva (UE) 2022/2557, fejn jikkwalifikaw bħala servizzi essenzjali kif definiti f’dik id-Direttiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2557, lista mhux eżawrjenti tas-servizzi essenzjali, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) ta’ dik id-Direttiva, fis-setturi u s-subsetturi stipulati fl-Anness ta’ dik id-Direttiva.
Artikolu 2
Lista mhux eżawrjenti ta’ servizzi essenzjali
Il-lista mhux eżawrjenti ta’ servizzi essenzjali msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun kif ġej:
|
(1) |
is-settur tal-enerġija:
|
|
(2) |
is-settur tat-trasport:
|
|
(3) |
is-settur bankarju:
|
|
(4) |
is-settur tal-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji:
|
|
(5) |
is-settur tas-saħħa:
|
|
(6) |
is-settur tal-ilma tax-xorb: il-provvista tal-ilma tax-xorb u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb minbarra d-distribuzzjoni tal-ilma għall-konsum mill-bniedem meta dan is-servizz ikun parti mhux essenzjali mill-attività ġenerali tad-distributuri li jiddistribwixxu komoditajiet u oġġetti oħra (fornituri u distributuri tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem); |
|
(7) |
is-settur tal-ilma tax-xorb: il-ġbir, it-trattament u r-rimi tal-ilma mormi minbarra l-ġbir, ir-rimi jew it-trattament ta’ ilma mormi urban, ilma mormi domestiku jew ilma mormi industrijali fejn ma jkunux parti essenzjali mill-attivitajiet ġenerali tal-impriżi (impriżi li jiġbru, jarmu jew jittrattaw ilma urban mormi, ilma domestiku mormi u ilma industrijali mormi); |
|
(8) |
is-settur tal-infrastruttura diġitali:
|
|
(9) |
is-settur tal-amministrazzjoni pubblika: servizzi pprovduti minn entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 2, punt (10), tad-Direttiva (UE) 2022/2557, ta’ gvernijiet ċentrali kif definiti mill-Istati Membri f’konformità mal-liġi nazzjonali (entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-gvernijiet ċentrali); |
|
(10) |
is-settur tal-ispazju: it-tħaddim ta’ infrastruttura terrestri li tkun proprjetà ta’ Stati Membri ġestita u mħaddma minnhom jew minn partijiet privati li jappoġġaw il-forniment ta’ servizzi spazjali, esklużi l-fornituri ta’ netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni elettronika (operaturi ta’ infrastruttura terrestri); |
|
(11) |
il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tas-settur tal-ikel (negozji tal-ikel li huma involuti esklussivament fil-loġistika u d-distribuzzjoni bl-ingrossa u l-produzzjoni u l-ipproċessar industrijali fuq skala kbira):
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-25 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2450/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)