<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-559/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CC0559</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:918">EU:C:2021:918</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez‑Bordona – Kawża C‑559/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Koch Media</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fil‑11 ta’ Novembru 2021<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑559/20</HT></P><P>Koch Media GmbH</P><P>vs</P><P>FU</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Proċedura għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż legali u spejjeż oħra</KEYWORD><KEYWORD>Onorarji tal‑avukat talli ħareġ intimazzjoni ekstraġudizzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjoni li tistabbilixxi limitazzjoni fuq l-onorarji li jistgħu jinġabru f’każ li l-ksur jitwettaq minn persuna fiżika barra minn kull ħajja professjonali jew kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Valur mhux ekwu fiċ‑ċirkustanzi partikolari tal-każ konkret</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 13</KEYWORD><KEYWORD>Danni</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Kumpannija bbażata fil-Ġermanja, detentriċi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq logħba tal-kompjuter, tat istruzzjonijiet lil avukat sabiex joħroġ mandat ta’ inibizzjoni kontra persuna li kienet kisret dawn id-drittijiet, u l-avukat aċċetta li jagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dritt Ġermaniż jipprevedi li, bħala prinċipju, il-persuna li twettaq il-ksur għandha tħallas l-onorarji dovuti minħabba l-intervent tal-avukat fid-difiża tad‑detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Madankollu, huwa jippermetti li l-ammont tagħhom jiġi limitat meta l-aġir illegali jkun twettaq minn persuna fiżika barra minn kull ħajja professjonali jew kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, din il-persuna tqis li l-onorarji mitluba minnha (EUR 984.60) huma eċċessivi u toġġezzjona għall-ħlas tagħhom. L-oġġezzjoni tagħha wasslet għal kawża li fiha l-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-onorarji tal-avukat fl-intimazzjoni ekstraġudizzjarja jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2004/48/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>F’każ li r-risposta tkun fl-affermattiv, jekk jistgħux jaqgħu taħt l-Artikolu 14 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>spejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jew taħt l-Artikolu 13 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kumpens għad‑danni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) tad-Direttiva 2004/48.</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>Jekk id-dispożizzjoni legali nazzjonali li timponi limitu fuq l-onorarji, sakemm raġunijiet ta’ ekwità ma jiġġustifikawx in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dan il‑limitu, tkunx konformi mad-Direttiva 2004/48 kif ukoll mad‑Direttivi 2001/29/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).</P></NOTE> u 2009/24/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 111, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, u liema jkunu l-fatturi li jistgħu jinfluwenzaw id-determinazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/48</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Materja tas-suġġett<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) jindika li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Din id-Direttiva tikkonċerna il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>diritijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> jinkludi id-drittijiet tal-proprjetà industrijali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) jipprevedi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti fil-Komunità jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il-mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet tal-Komunità u/jew bil-liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Obbligu ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji neċessarji biex jiġi assigurat l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti b’din id-Direttiva. Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikunu ġusti u m’għandhomx ikunu mhux neċessarjament kumplikati jew għaljin, jew li jwasslu għal-limiti ta’ ħin mhux raġjonevoli jew dewmien mhux ordnat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ikun wkoll effetttivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu applikati b’mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta’ barrieri biex jiġi leġitimiżżat il-kummerċ u biex jiġu provduti protezzjonijiet kontra l-abbuż tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-danni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, fuq l-applikazzjoni tal-parti li sarulha d-danni, jordnaw lill-kontravventur li kien jaf jew b’raġunijiet<?PAGE NO="3"?> validi li suppost kien jaf, daħal f’attività li tikkontravjeni, biex iħallas id-danni lid-detentur tad-dritt skond il-preġudizzju attwali soffert minnu/minnha riżultat tal-kontravvenzjoni.</ALINEA><ALINEA><P>Meta l-awtoritajiet ġudizzjarji jiffissaw id-danni:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Għandhom jikkunsidraw l-aspetti xierqa kollha, bħall-konsegwenzi negattivi ekonomiċi, li jinkludu qliegħ mitluf, li l-parti li sarulha d-danni, xi profitti inġusti li saru mill-kontravventur u, f’każijiet xierqa, elementi barra fatturi ekonomiċi, bħall-preġudizzju morali ikkawżat lid-detentur tad-dritt bil-kontravvenzjoni. jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bħala alternattiva għall-(a), huma jistgħu, f’każijiet xierqa, jistabbilixxu d-danni bħala somma waħda fuq bażi ta’ l-elementi bħal għall-inqas l-ammont ta’ <HT TYPE="ITALIC">royalties</HT> jew ħlasijiet li kieku riedu jitħallsu jekk il-kontravventur talab l-awtoriżazzjoni biex juża’ id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali in kwestjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-kontravventur daħal f’attività li tikkontravjenu, u ma kiex jaf jew kien jaf imma kellu raġjunijiet validi, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jordnaw li jiġu rkuprati l-profitti jew il-pagament tad-danni, li jistgħu jkunu stabbiliti minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-ispejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jistipula li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż legali u spejjeż oħra raġjonevoli u proprozjonati mħallsa mill-parti rebbieħa, bħala regola ġenerali, ikunu mħallsa mill-parti li tkun tilfet, sakemm jkun ekwità [sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-ekwità].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/29</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tagħha (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Sanzjonijiet u rimedji<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet u rimedji xierqa rigward ksur tad-drittijiet u obbligi stipulati f’din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet u rimedji jkunu applikati. Is-sanzjonijiet li hemm provdut dwarhom b’dan il-mod għandhom ikunu effettivi, xierqa u disswassivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li d-detenturi tad-drittijiet li l-interessi tagħhom ikunu affettwati minn attività illegali mwettqa fit-territorju tiegħu jistgħu jieħdu azzjoni għad-danni u/jew japplikaw għal restrizzjoni u, fejn hu xieraq, għall-konfiska tal-materjal illegali kif ukoll tat-tagħmir, prodotti, jew komponenti msemmija fl-Artikolu 6(2).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f’posizzjoni biex japplikaw għal restrizzjoni kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom jkunu użati minn terzi partijiet biex jiksru d-drittijiet ta’ l-awtur jew dritt relatat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/24</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Miżuri speċjali ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, rimedji xierqa kontra persuna li tikkommetti xi wieħed mill-atti li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jaf, jew li jkollu raġuni għalfejn jemmen, li hija kopja illegali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-pussess, għal finijiet kummerċjali, ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jkun jaf, jew ikollu raġuni għalfejn jemmen, li tkun kopja illegali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni, jew il-pussess għal finijiet kummerċjali ta’ kull mezz li l-uniku għan maħsub għalih hu li jħaffef, li jneħħi mingħajr awtorità jew li jeħles minn xi strument tekniku li jista’ jkun applikat biex jipproteġi programm tal-kompjuter.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull kopja illegali ta’ programm tal-kompjuter tista’ tiġi sekwestrata skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru interessat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għas-sekwestru b’kull mezz imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż. Il-Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte – Urheberrechtsgesetz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Relatati, tad‑9 ta’ Settembru 1965 (BGBI. 1965 I, p. 1273, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</P></NOTE></HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 jipprevedi li kwalunkwe persuna li tikser id-drittijiet tal‑proprjetà intellettwali jew dritt ieħor protett mill-UrhG jista’ jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni kontriha fir-rigward tal-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 97a, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma tinbeda proċedura ġudizzjarja, il-parti leża għandha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, dwar dan il-fatt, il-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> titlob li tinħareġ intimazzjoni sabiex il-persuna li twettaq il-ksur tiġi mistiedna tieqaf milli tagħmel dan u tiġi offruta l-possibbiltà ta’ soluzzjoni għat-tilwima billi jintlaħaq qbil sabiex tastjeni milli twettaq dawn l-azzjonijiet, flimkien ma’ penalizzazzjoni kuntrattwali xierqa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097A.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-intimazzjoni għandha, b’mod ċar u li jinftiehem:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>tindika l-isem jew l-isem tal-kumpannija tal-parti leża, jekk ma tkunx il-parti leża nnifisha iżda rappreżentant li joħroġ l-intimazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>tiddeskrivi preċiżament il-ksur ta’ dritt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>tippreżenta kalkolu ddettaljat tat-talbiet ta’ pagament skont jekk ikunux kumpens għal danni jew rimbors ta’ spejjeż; u</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>fil-każ li jkun meħtieġ li jintlaħaq qbil sabiex ma jitwettqux ċerti azzjonijiet, tindika sa fejn il-qbil propost imur lil hinn mill-ksur li jikkostitwixxi s‑suġġett tal-intimazzjoni.</TXT><P>Intimazzjoni li ma tadattax ruħha għall-ewwel frażi ma jkollha l-ebda effett.</P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097A.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa fejn l-intimazzjoni tkun iġġustifikata u konformi mal-punti 1 sa 4 tal‑ewwel sentenza tal-paragrafu 2, jista’ jintalab ir-rimbors tal-ispejjeż neċessarji. Fir-rigward tal-użu tas-servizzi ta’ avukat, ir-rimbors tal-ispejjeż neċessarji huwa limitat, sa fejn huma kkonċernati l-onorarji legali, għal ammont li jikkorrispondi għal valur kontenzjuż ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> għal azzjoni ta’ projbizzjoni u ta’ inibizzjoni, meta l-persuna mitluba:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>tkun persuna fiżika li ma tużax xogħlijiet protetti taħt din il-liġi jew suġġetti oħra protetti taħt din il-liġi għall-ħajja kummerċjali jew professjonali indipendenti tagħha, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ma tkunx diġà obbligata twaqqaf ċerti azzjonijiet bħala konsegwenza ta’ dritt kuntrattwali tal-persuna li toħroġ l-intimazzjoni jew minħabba deċiżjoni ġudizzjarja finali jew azzjoni ta’ inibizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Il-valur indikat fit-tieni sentenza għandu japplika wkoll jekk fl-istess ħin jiġi invokat dritt ta’ projbizzjoni u dritt għal azzjoni ta’ inibizzjoni. It-tieni sentenza ma għandhiex tapplika jekk dan il-valur ma jkunx ekwu fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ konkret<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Koch Media GmbH, impriża ddedikata għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ logħob tal-kompjuter, hija d-detentriċi, fit‑territorju Ġermaniż, ta’ drittijiet relatati ma’ drittijiet tal-awtur esklużivi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku tal-logħba tal-kompjuter żviluppata professjonalment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>This War of Mine<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-ebda waħda mill-partijiet ma tiddiskuti l-fatt li l-logħba fiha elementi li huma protetti mid‑drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Il-qorti tar-rinviju tiddikjara li l-logħbiet tal-kompjuter bħal din inkwistjoni hawnhekk huma protetti taħt il-liġi Ġermaniża dwar id-drittijiet tal-awtur, u għaldaqstant huma protetti mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>FU huwa persuna fiżika li, mingħajr ma jfittex interess kummerċjali jew professjonali, f’mill-inqas tlettax‑il okkażjoni, bejn is‑26 u t‑28 ta’ Novembru 2014, bi ksur tad-drittijiet ta’ Koch Media, ippubblika l-logħba fuq pjattaforma ta’ skambju ta’ fajls u offrieha lil persuni oħra pubblikament sabiex iniżżluha, billi jużaw il-konnessjoni tal-internet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Sabiex tinvoka d-drittijiet tagħha, Koch Media tat istruzzjonijiet lil uffiċċju ta’ avukati li, f’isimha, bagħat intimazzjoni lil FU fejn talbu jieqaf milli jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-logħba u li jikkumpensaha għad-danni kkawżati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-intimazzjoni rnexxiet: il-persuna li wettqet il-ksur aċċettat it-talba u ma kien hemm bżonn ta’ ebda azzjoni ġudizzjarja ulterjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Is-servizzi tal-avukat swew lil Koch Media EUR 984.60, li din il-kumpannija talbet mill-persuna li wettqet il-ksur. Dan l-ammont inkiseb permezz tal-applikazzjoni ta’ perċentwali fuq ammont tal-kawża b’valur ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Mal-ammont li rriżulta (EUR 964.60) kellhom jiżdiedu EUR 20 bħala spejjeż imġarrba.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>FU ma kienx issodisfatt biċ-ċifra tal-onorarji li ntalab iħallas, u nbdiet proċedura ġudizzjarja f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, permezz ta’ sentenza tat‑12 ta’ Marzu 2019, l-Amtsgericht Saarbrücken (il-Qorti Distrettwali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja) ikkundannat lill-persuna li wettqet il-ksur sabiex tħallas EUR 124 u ċaħdet it-talba ta’ Koch Media rigward l-aspetti kollha l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>L-ammont ta’ EUR 124 irriżulta billi ġiet ikkalkolata perċentwali fuq l-ammont allokat għall‑kawża ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> flimkien mal-ispejjeż addizzjonali (EUR 20).</P></NOTE>. Hija bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq l-Artikolu 97a(3) tal-UrhG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Koch Media ppreżentat rikors quddiem il-Landgericht Saarbrücken (il‑Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja), sabiex tfittex ir-rikonoxximent tad-dritt għal rimbors sħiħ tal-ispejjeż imġarrba minħabba l-intervent ta’ avukat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tal-appell, wara li esponiet l-interpretazzjoni tagħha tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punti 29 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, għandha dubju jekk id-direttivi rilevanti f’dan il-qasam jippermettux limitazzjoni tal-onorarji li għandhom jiġu rrimborsati mill-persuna li twettaq il‑ksur, meta din tkun persuna fiżika li ma teżerċitax ħajja kummerċjali jew professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tagħha, fis-sentenza United Video Properties<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat‑28 ta’ Lulju 2016, (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:611">EU:C:2016:611</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sentenza United Video Properties<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, f’ċerti ċirkustanzi, regola li l-għan tagħha hu li tipprekludi r‑rimbors tal-ispejjeż eċċessivi tista’ tkun iġġustifikata. Madankollu, is-soluzzjoni ta’ din il-kawża teħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-prinċipji ta’ dik is-sentenza humiex applikabbli għal persuna fiżika involuta bħala parti opposta, li ma taġixxix f’kapaċità kummerċjali jew professjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tal-appell, ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 97a(3) tal-UrhG qalbet it-termini tal-eċċezzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48: jekk il-parti opposta tkun persuna fiżika, fil-Ġermanja r-rimbors sħiħ tal-ispejjeż huwa permess biss meta dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ekwità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tesponi li fil-Ġermanja, il-qrati ma jaqblux dwar jekk huwiex possibbli li l-eċċezzjoni fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 97a(3) tal-UrhG tistax tiġi interpretata b’mod konformi mad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, il-Landgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken) tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni teżiġi li l-onorarji tal-avukat jkopru <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>spejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> sostnuti minn detentur ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, peress li d-detentur jinvoka, b’mod extraġudizzjarju, id-dritt għal talba għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra terz li jikser dawk id-drittijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-punt a tal-ewwel domanda: l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni tkopri l-onorarji tal-avukat imsemmija fil-punt a tal-ewwel domanda bħala danni?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>– l-Artikoli 3, 13 u 14 tad-Direttiva 2004/48;</P></ITEM><ITEM><P>– l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni u</P><P>– l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter</P></ITEM></LIST></P><P>għandu jiġi interpretat fis-sens li detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48 huwa bħala prinċipju intitolat għal rimbors tal-onorarji tal-avukat kollha msemmija fil-punt a tal-ewwel domanda jew għall-inqas għal parti raġonevoli u sostanzjali tagħhom, anki jekk:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-allegat ksur ikun sar minn persuna fiżika barra mill-ħajja professjonali jew kummerċjali tagħha, u</P></ITEM><ITEM><P>leġiżlazzjoni nazzjonali tipprovdi f’każ bħal dan sabiex tali onorarji tal-avukat ikunu jistgħu ġeneralment jinġabru biss wara li jkun tnaqqas l-ammont fit-tilwima?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-punt a tal-tieni domanda: id-dritt tal-Unjoni msemmi fil-punt a tat-tieni domanda għandu jiġi interpretat bħala li jfisser deroga mill-prinċipju msemmi fil-punt a tat-tieni domanda, li d-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi rrimborsat għall-onorarji tal-avukat kollha msemmija fil-punt a tal-ewwel domanda jew għall-inqas għal parti raġonevoli u sostanzjali tagħhom, it-teħid [bit-teħid] inkunsiderazzjoni ta’ fatturi oħra (bħal kemm ix-xogħol huwa attwali, it-tul tal-pubblikazzjoni u d-dannu sostnut minn persuna fiżika minbarra l-interessi kummerċjali jew professjonali tagħha) jista’ jiġi kkunsidrat [l-interessi kummerċjali jew professjonali tagħha)], anki jekk il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48 jikkonsisti f’kondiviżjoni ta’ fajls, jiġifieri li xogħol ikun aċċessibbli għall-pubbliku billi jiġi offrut għat-tniżżil bla ħlas lill-membri kollha ta’ pjattaforma ta’ skambju li hija aċċessibbli liberament u li ma għandha l-ebda ġestjoni tad-drittijiet diġitali?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ġiet irreġistrata fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑26 ta’ Ottubru 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Koch Media, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Ma ġiex ikkunsidrat meħtieġ li ssir seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kjarifika dwar id-dritt nazzjonali applikabbli, skont id-digriet tar‑rinviju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinterpreta r-regoli interni rilevanti u tiddeskrivi l-prattika nazzjonali fit-termini li ġejjin. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bħala prinċipju, issegwi din id-deskrizzjoni, peress li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddefinixxi l-portata tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’konformità mal-Artikolu 97a, moqri flimkien mal-Artikolu 97(1) tal‑UrhG, id-detentur leż tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jista’ jitlob lill‑persuna li twettaq il-ksur sabiex twaqqaf l-attività illegali kif ukoll kumpens għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Bħala regola ġenerali, id-detentur tad-dritt, bl-użu tas-servizzi ta’ avukat, għandu, fl-ewwel lok, isostni d-dritt tiegħu sabiex jitlob li jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni tal-attività illegali. L-avukat ħareġ intimazzjoni skont l-Artikolu 97a(1) tal-UrhG, li l-għan tagħha huwa li l-persuna li twettaq il-ksur toħroġ dikjarazzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ta’ inibizzjoni taħt piena penali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-ħruġ ta’ tali dikjarazzjoni telimina r-riskju ta’ repetizzjoni u tissodisfa d‑dritt għal azzjoni ta’ inibizzjoni. Sussegwentement, mhux ser jibqa’ jkun indispensabbli, jew possibbli, li jiġi eżerċitat dan id-dritt b’mod ġudizzjarju. F’dan is-sens, l-intimazzjoni tissodisfa l-funzjoni li tiġi evitata proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 97a(3) tal-UrhG, f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-awtur, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ispejjeż indispensabbli<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kkawżati lid-detentur ta’ dawn id-drittijiet jiġu rrimborsati, bħala prinċipju, mill-persuna li twettaq il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ddeterminata s-sistema tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>ispejjeż indispensabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tal‑intimazzjoni ekstraġudizzjarja li jistgħu jiġu kklassifikati bħala onorarji tal‑avukat, għandu jsir riferiment għall-Gesetz über die Vergütung der Rechtsanwältinnen und Rechtsanwälte (Rechtsanwaltsvergütungsgesetz)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Il‑Liġi dwar ir-Remunerazzjoni tal-Avukati, iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>RVG<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Skont ir-RVG:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Ir-rimbors tal-onorarji tal-avukat għandu jsir skont it-tariffa stabbilita mil-liġi nnifisha. Normalment, il-qrati jiddikjaraw bħala mhux rimborsabbli dawk it‑tariffi li jkunu ogħla minn dawk stabbiliti fir-RVG.</P></ITEM><ITEM><P>L-onorarji li jista’ jitlob avukat lill-klijent tiegħu jiddependu mill-ammont tal‑proċedura. Iktar ma jkun għoli dan l-ammont, iktar ser ikunu għoljin l‑onorarji.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għall-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), l‑ammont ta’ tilwima, fil-każ tad-dritt għal azzjoni ta’ inibizzjoni eżerċitat mid‑detentur tad-drittijiet relatati ma’ films, mużika jew DVDs, għandu jkun, mill-inqas, EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, it-tieni sentenza tal-Artikolu 97a(3) tal-UrhG tillimita l‑ammont tal-proċedura, li fuqu tiġi applikata perċentwali, għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> jekk il‑persuna li tirċievi l-mandat ta’ inibizzjoni: (1) tkun persuna fiżika li ma tużax ix-xogħlijiet jew l-oġġetti tal-protezzjoni<?PAGE NO="9"?> għall-ħajja kummerċjali jew professjonali tagħha għaliha nnifisha; u (2) ma tkunx diġà obbligata twaqqaf l‑azzjonijiet tagħha minħabba dritt kuntrattwali tal-applikant jew minħabba deċiżjoni ġudizzjarja finali jew miżura kawtelatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-limitazzjoni tal-ammont tal-kawża tħalli effetti fuq ir-relazzjonijiet bejn id-detentur tad-drittijiet u l-persuna li twettaq il-ksur, iżda mhux bejn id-detentur tad-drittijiet u l-avukat tiegħu stess. L-avukat għandu joħroġ fattura lid-detentur tad-dritt għall-onorarji tiegħu abbażi tal-ammont <HT TYPE="ITALIC">reali</HT> tal-proċedura (jiġifieri, mingħajr limitazzjoni tal-ammont), li jista’ jwassal għal differenzi kunsiderevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>B’hekk, pereżempju, f’kawża fejn l-ammont ikun stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, id-detentur tad‑drittijiet għandu jħallas lill-avukat tiegħu l-onorarji ta’ EUR 745, iżda jiġbor biss EUR 124 mill-persuna li twettaq il-ksur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 97a(3) tal-UrhG, madankollu, fiha eċċezzjoni li tippermetti, f’każijiet partikolari, li ma tiġix osservata l-limitazzjoni tal-ammont jekk, minħabba ċ-ċirkustanzi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ma jkunx ekwu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li l-ammont jiġi stabbilit għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-onorarji tal-intervent tal-avukat, li għandhom jitħallsu mid-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u li huma dovuti minħabba l-ħruġ ta’ intimazzjoni ekstraġudizzjarja kontra persuna li twettaq il-ksur fejn tistedinha tieqaf milli tikser dawn id-drittijiet, jaqgħux fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48 (b’mod partikolari, l-Artikolu 14 tagħha jew, alternattivament, l-Artikolu 13 tagħha).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Proċedura ekstraġudizzjarja ta’ soluzzjoni ta’ tilwim tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48, sa fejn tkun waħda iktar mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>miżuri, il‑proċeduri u r-rimedji neċessarji biex tassigura l-infurzar tad-drittijiet tal‑proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fis-sentenza M.I.C.M., il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>t-tfittxija ta’ soluzzjoni bonarja tikkostitwixxi ta’ spiss prerekwiżit għat-tressiq tal-azzjoni għal kumpens għad-danni fiha nnifisha<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tas‑17 ta’ Ġunju 2021 (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑597/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:492">EU:C:2021:492</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’din l-istess sentenza ġie enfasizzat li d-Direttiva 2004/48 hija applikata għal proċedura awtonoma, immexxija taħt l-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva, li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>talba għal informazzjoni […] ifformulata f’fażi prekontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punti 82 u 84. F’din il-kawża, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>rikorrent jitlob [kien talab] lil persuna li tipprovdi aċċess għall-internet, […] l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-klijenti tiegħu bil-għan, preċiżament, li jkun jista’ jressaq azzjoni ġudizzjarja kontra l-persuni li allegatament ikunu qegħdin iwettqu ksur<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Billi din it-talba – u l-proċedura awtonoma li tirriżulta minnha – tressqet quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, l-analoġija, fl-intier tagħha, mal-intimazzjonijiet ekstraġudizzjarji ma tistax tiġi sempliċement applikata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-kuntest tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-Direttiva 2004/48 tikkostitwixxi l-qafas legali ta’ riferiment, bħala prinċipju, għal azzjonijiet li l-għan tagħhom – fil-qorti jew b’mod ekstraġudizzjarju – ma huwiex biss l-identifikazzjoni tal-persuna li twettaq il-ksur, iżda wkoll il-waqfien tal-aġir tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Bl-istabbiliment ta’ din il-premessa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-onorarji għall-intervent tal-avukat fl-intimazzjoni għal inibizzjoni humiex koperti: a) mill-ispejjeż legali jew spejjeż oħra msemmija fl-Artikolu 14 tad‑Direttiva 2004/48; jew b), alternattivament, mid-danni msemmija fl‑Artikolu 13 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Bħalma indikajt fil-konklużjonijiet United Video Properties, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[m]ill‑perspettiva sistematika, id-Direttiva [2004/48] tinkludi fl-istess taqsima (is-sitt waħda) id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>danni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> u l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[i]spejjeż legali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/>. Għalkemm il-premessa 26 tagħha, li tirreferi għall-kumpens tal-ħsara li tkun saret, ma tagħmel ebda riferiment għall‑ispejjeż legali, madankollu jista’ jiġi argumentat li l-pożizzjoni komuni tippermetti li dawn jiġu kkategorizzati bħala element ieħor li d-Direttiva tipprovdi favur il-kumpens tad-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:201">EU:C:2016:201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħha tista’ tieħu diversi azzjonijiet qabel il-proċedura ġudizzjarja sabiex tiddefendihom, mingħajr ma l-ispiża ta’ <HT TYPE="ITALIC">kull waħda minnhom</HT> ikollha tiġi inkluża fl-ispejjeż tal-proċedura, fis-sens tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Sabiex proċedura ekstraġudizzjarja ta’ protezzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48 huwa neċessarju li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi uniċi tagħha; imbagħad, għandha ssir distinzjoni bejn il-kunċetti ta’ spejjeż legali u danni, billi, minħabba l-prossimità tagħhom, hemm riskju ta’ konfużjoni bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-klassifika tal-ispejjeż inerenti ta’ intimazzjoni ekstraġudizzjarja bħala waħda mill-komponenti tad-danni tal-Artikolu 13 tad-direttiva tista’ tirriżulta fit‑telf ta’ parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>interpretazzjoni estensiva tal-Artikolu 14 tad‑Direttiva 2004/48 fis-sens li dan jipprevedi li l-parti li titlef għandha tħallas, bħala regola ġenerali, l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ispejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="2019" ID="QE0039"/> mġarrba mill-parti rebbieħa, mingħajr ma tippreċiża n-natura ta’ dawn l-ispejjeż, iġġib magħha r-riskju li tagħti lil dan l‑artikolu kamp ta’ applikazzjoni eċċessiv, u b’hekk iċċaħħad lill-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva mill-effettività tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza United Video Properties, punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tfittxija ta’ bilanċ wasslet sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>interpretat [tinterpreta] strettament [dan il-kunċett] u għandhom jitqiesu biss <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>spejjeż oħra<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="2019" ID="QE0041"/> skont l-Artikolu 14, l-ispejjeż li huma direttament u strettament marbutin mal‑proċedura ġudizzjarja kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 36 <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’din l-istess linja, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet, fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>l-ispejjeż extraġudizzjarji, marbuta b’mod partikolari mal-ħin iddedikat mill-vittima tal-ksur sabiex isostni d-drittijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, li jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal‑Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, sa fejn din id-dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>huwa intiż li jsaħħaħ [hija intiża li ssaħħaħ] il-livell ta’ protezzjoni<?PAGE NO="11"?> tal-proprjetà intellettwali, billi jevita [tevita] li parti leża taqta’ qalbha milli tiftaħ proċedura ġudizzjarja għall-finijiet li tissalvagwardja d-drittijiet tagħha (ara s-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Diageo Brands</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑681/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:471">EU:C:2015:471</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tad‑9 ta’ Ġunju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Hansson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑481/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:419">EU:C:2016:419</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Skont il-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza, l-Artikolu 94(2) tar-Regolament [tal-Kunsill] (KE) Nru 2100/94 [tas‑27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390)] jippermetti li ma jitqisux l-ispejjeż ekstraġudizzjarji sostnuti fil-proċedura fuq il-mertu. Madankollu, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[l]-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż hija, madankollu, suġġetta għall-kundizzjoni li l-ammont ta’ dawn l-ispejjeż ġudizzjarji li jista’ jiġi allokat lill-vittima tal-ksur ma huwiex tali li jista’ jiddisswadiha milli tasserixxi d-drittijiet tagħha fil-qorti, minħabba l-ammonti li jifdal a spejjeż tagħha bħala spejjeż extraġudizzjarji minfuqa kif ukoll l-utilità tagħhom għall-azzjoni prinċipali għal kumpens<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Intimazzjoni ekstraġudizzjarja sabiex jitwaqqaf l-aġir illegali tmur lil hinn minn azzjonijiet preproċedurali possibbli oħra, bl-għan li l-vittma tkun tista’ tippreċiża l-limiti u l-portata tal-ksur u tidentifika l-persuna responsabbli għalih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Huwa għal dan it-tip ta’ azzjonijiet li tagħmel riferiment il-premessa 26 tad-Direttiva 2004/48, meta tagħmel riferiment għall-għan <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>biex tħalli għall-kumpens ibbażat fuq kriterji oġġettivi waqt li tikkunsidra l-ispejjeż maħluqa lid-detentur tad-drittijiet, bħal spejjeż ta’ identifikazzjoni u riċerka<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Jekk il-liġi nazzjonali tikkunsidra din l-intimazzjoni bħala d-direzzjoni <HT TYPE="ITALIC">normali</HT> (għalkemm mhux strettament obbligatorja) sabiex jinkiseb it-twaqqif ta’ ksur, u fil-prattika tintuża b’mod komuni għal dan il-għan, hija tista’ tiġi kklassifikata bħala predeċessur immedjat u dirett tal-proċedura. Meta mekkaniżmu bħal dan jinbidel <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> f’wieħed neċessarju fir-realtà ġuridika nazzjonali, tista’ tiġi attribwita lilu dimensjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>marbuta mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> mal-proċedura ġudizzjarja li qiegħed jipprova jevita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ iktar meta mhux biss fil-prattika, iżda l-liġi nazzjonali nnifisha timponi li tali mekkaniżmu jintuża b’<HT TYPE="ITALIC">mod obbligatorju</HT> bħala prekundizzjoni għal rikors għal proċedura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Suġġett għall-interpretazzjoni tal-qorti tar-rinviju tad-dritt tagħha stess, l-Artikolu 97a(1) tal-UrhG jista’ jinqara b’żewġ modi fir-rigward tan-natura tal-intimazzjoni: a) tkun tikkostitwixxi obbligu imperattiv, jekk il-parti leża tipproponi li tippreżenta talba ġudizzjarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>Qabel ma tinbeda proċedura ġudizzjarja, il-parti leża <HT TYPE="ITALIC">għandha</HT> tibgħat intimazzjoni lill-persuna li twettaq il-ksur sabiex twaqqaf l-aġir tagħha<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</P></NOTE>; jew b) tkun sempliċement parir jew twiddiba mhux vinkolanti, fil-konfront tat-tressiq ta’ din it-talba<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>Qabel ma tinbeda proċedura ġudizzjarja, il-parti leża <HT TYPE="ITALIC">kellha</HT> tibgħat intimazzjoni lill-persuna li twettaq il-ksur sabiex twaqqaf l-aġir tagħha<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju, b’mod impliċitu, jidher li jiffavorixxi t-tieni waħda minn dawn l-interpretazzjonijiet. Madankollu, fil-verità, kwalunkwe waħda mit‑tnejn li huma twassal għall-istess riżultat:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk l-intimazzjoni preċedenti għall-inibizzjoni tal-aġir li jikser id-drittijiet kienet, fid-dritt proċedurali Ġermaniż, kundizzjoni indispensabbli għall‑ammissjoni ta’ talba ġudizzjarja bl-istess għan, ir-rabta bejn il-proċedura ġudizzjarja u dik ekstraġudizzjarja ma tistax tkun iktar ċara minn hekk.</P></ITEM><ITEM><P>Tali rabta teżisti wkoll (għalkemm mhux b’mod daqshekk ċar) fl-ipoteżi li l‑intimazzjoni ekstraġudizzjarja kienet – abbażi tal-indikazzjoni tal-UrhG – it‑triq issuġġerita jew<?PAGE NO="12"?> irrakkomandata mid-dritt nazzjonali, qabel il-proċedura ġudizzjarja, f’termini li jagħmluha, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, kważi neċessarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Din ir-rabta hija msaħħa minn argument li għamlu allużjoni għalih l-osservazzjonijiet tal‑partijiet: l-intimazzjoni, apparti li għandha l-għan li tevita proċedura ġudizzjarja, hija utli sabiex tiġi evitata kundanna potenzjali għall-ħlas tal-ispejjeż tad-detentur tad-drittijiet jekk huwa jressaq direttament azzjoni ġudizzjarja. Huma jargumentaw li, skont id-dritt Ġermaniż, jekk il-parti leża sempliċement tagħżel li tressaq kawża quddiem il-qorti, hija tkun esposta għall-aċċettazzjoni prevedibbli min-naħa tal-persuna li twettaq il-ksur, li għad-detentur tad-dritt (u l-vittma tal-ksur) jista’ jimplika mhux biss il-ħlas tal-ispejjeż tiegħu nnifsu tal-proċedura ġudizzjarja, iżda wkoll tal-ispejjeż tal-persuna li twettaq il-ksur. Il-parti leża tista’, f’dawn il‑każijiet, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>tiġi dissważa milli tibda proċedura ġudizzjarja sabiex tħares id-drittijiet […] tagħha<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Minn din il-premessa huwa dedott li, għall-finijiet tal-Artikolu 14 tad‑Direttiva 2004/48:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-ispejjeż inerenti għall-intimazzjoni ekstraġudizzjarja għall-inibizzjoni tal-aġir li jikser id-drittijiet huma marbutin direttament u mill-qrib mal-proċedura ġudizzjarja sussegwenti, anki jekk, minħabba s-suċċess tal-proċedura preċedenti, it-tieni waħda ma tinbediex.</P></ITEM><ITEM><P>Il-persuna li twettaq il-ksur, bħala parti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>li tkun tilfet<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (minħabba li tkun aċċettat l-intimazzjoni li tistedinha twaqqaf l-aġir tagħha), għandha tħallas l‑ispejjeż li seta’ ġarrab id-detentur tad-drittijiet (il-parti rebbieħa), sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-ekwità.</P></ITEM><ITEM><P>Id-dmir li jitħallsu l-ispejjeż tal-parti l-oħra jiġi impost fuq il-persuna li twettaq il-ksur għaliex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>l-awtur tal-ksur tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandu ġeneralment isostni l-konsegwenzi finanzjarji kollha tal-aġir tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Realchemie Nederland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:668">EU:C:2011:668</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fost l-ispejjeż inerenti għall-intimazzjoni – li ser jitħallsu, nirrepeti, mill‑persuna li twettaq il-ksur – jista’ jkun hemm, bħala prinċipju, l-onorarji tal‑avukat li jkun intervjena fil-proċeduri, anki jekk il-liġi nazzjonali ma tkunx teħtieġ b’mod perentorju li din l-intimazzjoni li nħarġet qabel il-proċedura ġudizzjarja ssir minn avukat. Ser nagħmel riferiment għal dan il-punt meta nindirizza t-tieni domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-qosor, ma nara l-ebda ostakolu sabiex, minħabba l-konnessjoni tagħhom ma’ proċedura ġudizzjarja possibbli u immedjata (li tkun immirata wkoll lejn it‑twaqqif ta’ ksur stabbilit u attribwibbli għal persuna partikolari), l-onorarji – fosthom, l-ispejjeż tal-avukat – ta’ intimazzjoni ekstraġudizzjarja li tistieden lill‑persuna li twettaq il-ksur twaqqaf l-aġir tagħha jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari fiha żewġ mistoqsijiet li jistgħu jiġu indirizzati flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk id-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>huwa bħala prinċipju intitolat għal rimbors tal-onorarji tal-avukat kollha […] jew għall-inqas għal parti raġonevoli u sostanzjali tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, meta:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-persuna li twettaq il-ksur tkun persuna fiżika li taġixxi barra mill-ħajja professjonali jew intraprenditorjali tagħha; u</P></ITEM><ITEM><P>il-liġi nazzjonali tindika li, f’każ bħal dan, l-ispejjeż għall-intervent ta’ avukat għandhom ikunu rimborsabbli, b’mod ġenerali, skont ammont imnaqqas tal‑proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlob, għal dan l-għan, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikoli 3, 13 u 14 tad-Direttiva 2004/48, tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/29 u tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/24 […]<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-artikoli msemmija tad-Direttiva 2001/29 u tad‑Direttiva 2009/24 jipprevedu miżuri dwar il-protezzjoni tad-detentur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali li huwa s-suġġett tal-aġir illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Madankollu, in-natura ġenerika tal-formulazzjoni tagħhom, meta mqabbla mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, li speċifikament jirregola l-ispejjeż u l‑ispejjeż l-oħra tal-proċedura f’dan it-tip ta’ proċeduri, tagħti l-parir li tingħata attenzjoni lil dan tal-aħħar, filwaqt li jiġu esklużi l-oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, bħalma indikajt fil-konklużjonijiet (tal-istess data) tal-kawża Nova Text<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Punt 34 tal-konklużjonijiet tal-kawża Nova Text (C‑531/20 ECLI).</P></NOTE>, ma huwiex mingħajr kundizzjonijiet, billi, apparti li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>regola ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, jobbliga lill-Istati Membri jiggarantixxu biss ir‑rimbors tal-ispejjeż legali raġonevoli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza United Video Properties, punt 24: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>[…] [L]-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jimponi fuq l-Istati Membri li jiżguraw ir-rimbors tal-ispejjeż legali <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="2019" ID="QE0056"/> biss. Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jiddisponi, b’mod partikolari, li l-proċeduri previsti mill-Istati Membri ma għandhomx ikunu inutilment għaljin<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</P></NOTE> u proporzjonati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 29: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>[L]-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jipprevedi li l-ispejjeż legali li għandhom jitħallsu mill-parti li titlef għandhom ikunu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>proporzjonati<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="2019" ID="QE0058"/>. Issa, il-kwistjoni dwar jekk dawn l-ispejjeż humiex proporzjonati ma tistax tiġi evalwata indipendentement mill‑ispjejjeż li l-parti rebbieħa effettivament tkun ħallset għall-assistenza ta’ avukat, sakemm dawn ikunu raġonevoli […]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-Artikolu 97a(3) tal-UrhG ma qgħadx lura milli jikklassifika bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>spejjeż indispensabbli<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Fir-rigward tan-neċessità tal-ispejjeż, ser nagħmel riferiment għall-konklużjonijiet tiegħi fil‑kawża Nova Text (C‑531/20).</P></NOTE> l-ispejjeż imġarrba għas-servizzi ta’ avukat li ngħata istruzzjonijiet sabiex joħroġ l-intimazzjoni (sa fejn, naturalment, din l‑intimazzjoni tkun iġġustifikata). Il-qorti tar-rinviju tidher ukoll li tqis li tali spejjeż huma neċessarji fil-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>L-istess dispożizzjoni tal-UrhG, madankollu, tirrestrinġi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>fir-rigward tal‑użu tas-servizzi ta’ avukat, ir-rimbors tal-<HT TYPE="ITALIC">ispejjeż indispensabbli</HT><QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> għall‑onorarji legali li jirriżultaw mill-kunsiderazzjoni ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> bħala valur tal-kawża, għal kull azzjoni ta’ projbizzjoni jew inibizzjoni mressqa kontra individwu li jaġixxi bħala tali (jiġifieri, mhux bħala professjonist jew bħala persuna li timpjega).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni maħluqa hija simili għal dik li rriżultat fil-kawża United Video Properties. Filwaqt li hemmhekk il-leġiżlazzjoni Belġjana introduċiet limitu massimu tal-ispejjeż li jikkorrispondu għall-assistenza tal-avukat, hawnhekk jintlaħaq riżultat simili permezz ta’ triq oħra, jiġifieri l-istabbiliment tal-ammont tal-proċedura għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, meta l-persuna li tikser id-dritt tal-proprjetà intellettwali tkun individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, inqis li l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 jistabbilixxi prinċipju suxxettibbli għal eċċezzjonijiet, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>permezz ta’ standards ta’ raġonevolezza u ta’ proporzjonalità li jagħtu lill-Istati Membri livell għoli ta’ libertà ta’ konfigurazzjoni regolatorja. Il-leġiżlatur nazzjonali, fil-fehma tiegħi, jista’ jevalwa hu stess, b’kont meħud tal-kultura legali u s-sitwazzjoni tal‑assistenza ta’ avukat fil-Belġju, fost fatturi oħra, il-limitu li minnu l-onorarji legali rekuperabbli mill-parti li tkun tilfet ma jibqgħux ikunu raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Konklużjonijiet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>United Video Properties</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑57/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:201">EU:C:2016:201</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fis-sentenza United Video Properties, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li s‑sistema ta’ tariffi massimi għall-istabbiliment tal-onorarji tal-avukat li għandhom jgħaddu għand il-parti li tkun tilfet ma tmurx kontra, bħala prinċipju, id-Direttiva 2004/48, iżda kkwalifikat din id-dikjarazzjoni billi sostniet li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Ir-rekwiżit ta’ raġonevolezza <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>għall-fini ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 fi Stat Membru, ma jistax jiġġustifika leġiżlazzjoni li timponi tariffi fissi <HT TYPE="ITALIC">sostanzjalment inqas</HT> mit-tariffi medji effettivament applikati għas-servizzi ta’ avukat f’dan l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza United Video Properties, punt 26. Mingħajr korsiv fl-oriġinali.</P></NOTE>.</P></ITEM><ITEM><P>Leġiżlazzjoni li tistabbilixxi din il-limitazzjoni għandha tiggarantixxi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>minn naħa, li dan il-limitu jirrifletti r-realtà tat-tariffi għas-servizzi ta’ avukat fil‑qasam tal-proprjetà intellettwali u, min-naħa l-oħra, [mill-perspettiva tal‑proporzjonalità] li mill-inqas, <HT TYPE="ITALIC">parti sinjifikattiva u xierqa tal-ispejjeż raġonevoli</HT> effettivament imġarrba mill-parti rebbieħa jitħallsu mill-parti li titlef<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 30. Mingħajr korsiv fl-oriġinali.</P></NOTE>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kundizzjonijiet legali tista’ tiġi inferita r-risposta għall-ewwel parti tat-tieni domanda preliminari: il-parti leża għandha d-dritt, bħala prinċipju, għar-rimbors tal-ispejjeż kollha, jew mill-inqas għal parti sinjifikattiva tagħhom, tal-intervent tal-avukat fil-ħruġ ta’ intimazzjoni għall-inibizzjoni, meta dan l‑intervent ikun ikkunsidrat bħala neċessarju u l-ammont mitlub ikun raġonevoli u proporzjonat (sentenzi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-persuna li tikser id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tkun persuna fiżika li taġixxi barra mill-ħajja professjonali jew intraprenditorjali tagħha ma huwiex ta’ ostakolu għal din ir-risposta. Din iċ-ċirkustanza jidhirli li hija irrilevanti, meta wieħed jikkunsidraha mill-perspettiva tal-Artikolu 14 tad‑Direttiva 2004/48/KE, li jikkonċerna l-protezzjoni tad-drittijiet tal-parti leża, li l-operat kummerċjali tagħha jonqos ukoll f’dawn il-każijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-vittma tal-ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali tista’ ssofri d-dannu li jirriżulta jekk il-ksur ikun ġej minn persuna fiżika li taġixxi barra mill-ħajja professjonali jew intraprenditorjali tagħha, jew matul l-eżerċizzju ta’ din il-ħajja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-intensità ta’ dan id-dannu tista’ tvarja skont il-każijiet (huwa loġiku li wieħed jassumi li fit-tieni ipoteżi d-dannu jkun ikbar), iżda huwa l-kumpens previst fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48, u mhux l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>ispejjeż tal-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> tal‑Artikolu 14 tagħha, li huwa maħsub sabiex jikkumpensah b’mod sħiħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Għal darba oħra, ara s-sentenza tat‑18 ta’ Ottubru 2011, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Realchemie Nederland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑406/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:668">EU:C:2011:668</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, fil-punt 58.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Jekk ir-regola applikabbli, skont l-Artikolu 97a(3) tal-UrhG, għall-persuni fiżiċi li jwettqu l-ksur u li jaġixxu barra mill-ħajja professjonali jew intraprenditorjali tagħhom ma taċċettax eċċezzjonijiet, din tkun inkompatibbli mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48, interpretat fis-sens li għadni kif esponejt. Hija twassal, mhux ftit drabi, għar-rimbors ta’ ammonti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>ferm inqas<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> minn dawk l-onorarji li huma normalment applikabbli, u għaldaqstant ma tosservax il-kriterji tas-sentenza United Video Properties<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>F’din il-kawża, Koch Media ssostni li għandha tħallas lill-avukati tagħha t-tariffa stretta kkalkolata fuq l-ammont reali tal-kawża (EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>), filwaqt li ser tiġbor biss il-parti li tikkorrispondi għall-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Madankollu, din ir-regola ma hijiex riġida u l-qrati Ġermaniżi għandhom is-setgħa li ma japplikawhiex, u biex jistabbilixxu ammont ogħla bħala valur ta’ riferiment (sabiex jikkalkolaw il-perċentwali korrispondenti fuqha), jekk raġunijiet ta’ ekwità jagħtu parir li jsir dan abbażi taċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>ċirkustanzi partikolari tal-każ konkret<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Tista’ ssir oġġezzjoni li, minkejja dan, id-dispożizzjoni legali nazzjonali ma tikkonformax mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48: skont din id-dispożizzjoni, il-parti rebbieħa għandha tiġi rrimborsata għall-ispejjeż tal-proċedura li jkunu raġonevoli, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>sakemm jkun ekwità [sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-ekwità]<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, filwaqt li, bħalma tindika l-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 97a(3) tal-UrhG, preċiżament jaqleb ir-regola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ma nemminx li din l-oġġezzjoni hija suffiċjenti sabiex teskludi l‑applikazzjoni tad-dispożizzjoni legali nazzjonali, jekk l-interpretazzjoni tagħha tista’ ssir f’termini li jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod li, fl-aħħar nett, tikkoinċidi fir-riżultat tagħha mar-riżultat preskritt minn dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-talba għall-ekwità, li hija preżenti fiż-żewġ dispożizzjonijiet (l‑Artikolu 97a(3) tal-UrhG u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48), tippermetti lill‑qorti nazzjonali taġġusta l-onorarji li għandhom jitħallsu ’l fuq, jekk dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni stretta tar-regola nazzjonali jippermettu biss ir‑rimbors tagħhom f’ammont ferm inqas minn dak raġonevoli u proporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, naqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni meta ssostni li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>[…] l-Artikolu 97a tal-UrhG jagħti marġni ta’ manuvra suffiċjenti lill-qorti nazzjonali sabiex tevalwa, f’kull każ, jekk il-fatti tal-kawża jagħmlux l-applikazzjoni tal‑limitu mhux ekwa<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Punt 33 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għaldaqstant għandha twettaq verifika doppja, li fiha ma tistax tissostitwixxiha l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Fl-ewwel lok, għandha tivverifika jekk il-limitazzjoni tal-ammont tal‑proċedura, f’dawn il-każijiet, tfissirx li l-onorarji tal-avukat li għandhom jitħallsu mill-persuna li twettaq il-ksur huma ħafna inqas mit-tariffa normali (jew it-tariffa medja) għall-intimazzjonijiet ekstraġudizzjarji.</P></ITEM><ITEM><P>Fit-tieni lok, jekk tirriżulta tali ċirkustanza, hija tista’, għal raġunijiet ta’ ekwità, iżżid l-ammont ta’ dawn l-onorarji sakemm jilħqu livell raġonevoli u proporzjonat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fit-twettiq ta’ dawn l-evalwazzjonijiet, ma hemm xejn li jista’ jipprekludi lill-qorti tar-rinviju milli tikkunsidra l-impatt, fost l-oħrajn, tal-fatturi li hija nnifisha tidentifika fit-tieni parti tat-tieni domanda preliminari: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>kemm ix-xogħol huwa attwali, it-tul tal-pubblikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> jew il-fatt li l-ksur ikkonsista fit-tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol protett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>għat-tniżżil bla ħlas lill‑membri kollha ta’ pjattaforma ta’ skambju li hija aċċessibbli liberament u li ma għandha l-ebda ġestjoni tad-drittijiet diġitali<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lil-Landesgericht Saarbrücken (il-Qorti Reġjonali ta’ Saarbrücken, il-Ġermanja) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-ispejjeż (onorarji) għall-intervent ta’ avukat, imġarrba mid-detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali minħabba l-ħruġ ta’ intimazzjoni ekstraġudizzjarja kontra persuna li twettaq il-ksur sabiex tistedinha twaqqaf il-ksur ta’ dawn id-drittijiet, bħala pass preliminari għat-tressiq ta’ talba ġudizzjarja b’dan l-istess għan.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex inkompatibbli ma’ dispożizzjoni legali nazzjonali li, għall-kalkolu tal-onorarji li jistgħu jinġabru mingħand il-persuna li twettaq il-ksur għal intervent ta’ avukat fl-intimazzjoni ekstraġudizzjarja għall-inibizzjoni, tillimita l‑ammont tal-proċedura għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>, meta l-ksur tad-drittijiet ikun twettaq minn persuna fiżika li taġixxi barra l-ħajja professjonali jew kummerċjali tagħha, dejjem jekk id-dispożizzjoni legali nazzjonali ma tawtorizzax lill-qorti sabiex ma tikkonformax ma’ dan il-limitu, għal raġunijiet ta’ ekwità, f’każ partikolari.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-onorarji dovuti għall-intervent ta’ avukat, li jistgħu jinġabru mingħand il-persuna li twettaq il-ksur, humiex raġonevoli u proporzjonati, il-qorti għandha tikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha. Dawn jistgħu jinkludu kemm ix-xogħol protett huwa attwali, it-tul tal‑pubblikazzjoni jew il-fatt li l-ksur ikkonsista fit-tqegħid għad‑dispożizzjoni tal-pubbliku ta’ dan ix-xogħol protett, għat-tniżżil bla ħlas tiegħu fuq pjattaforma ta’ skambju ta’ servizzi ta’ aċċess liberu mingħajr ebda ġestjoni tad-drittijiet diġitali<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>