|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1711 |
5.8.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1711
tal-4 ta’ Awwissu 2025
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2024 minn ħames kumpaniji, Cylinders Holding a.s., Dalmine S.p.A. (Tenaris), Eurocylinder Systems AG, Faber Industrie S.p.A., u Worthington Cylinders GmbH (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni taċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/531 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3) . |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lill-kummerċjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Kampjunar
|
(6) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni |
|
(7) |
Fin-Notifika tal-Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi ta’ rappreżentattività f’termini tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-kampjun ikkonsista minn żewġ produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 47 % tal-produzzjoni totali stmata tal-UE u 42 % tal-kwantità tal-bejgħ totali stmata tal-UE tal-prodott simili. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati |
|
(8) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(9) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Kampjunar tal-produtturi esportaturi |
|
(10) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(11) |
Għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat li jirrappreżentaw 54,4 % tal-esportazzjonijiet totali stmata lejn l-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
|
(12) |
Filwaqt li qablu mal-għażla tal-ewwel produttur esportatur li għandu l-akbar produzzjoni miż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji magħżula, l-ilmentaturi kkummentaw li jenħtieġ li t-tieni wieħed jiġi sostitwit fid-dawl tal-fatt li pproduċa l-aktar tagħmir tat-tifi tan-nar bħal apparati tat-tifi tan-nar. L-ilmentaturi b’hekk ippreżentaw żewġ kumpaniji alternattivi li kkooperaw abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:
|
|
(13) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi enfasizzaw ir-riskji inerenti li jintgħażlu żewġ kumpaniji fil-kampjun f’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni minn waħda minnhom. |
|
(14) |
Madankollu, skont l-informazzjoni disponibbli, it-tieni grupp ta’ kumpaniji magħżul ipproduċa firxa usa’ ta’ prodotti u mhux biss tagħmir għat-tifi tan-nar. Il-kummenti li saru rigward il-kapaċità tal-produzzjoni disponibbli u l-preżenza fis-suq tal-UE taż-żewġ kumpaniji alternattivi proposti jew ma setgħux jiġu vverifikati f’dan l-istadju jew ma kinux appoġġati b’evidenza sottostanti. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi esportaturi magħżula b’mod proviżorju kkonfermaw l-intenzjoni soda tagħhom li jikkooperaw fl-investigazzjoni. |
|
(15) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma kienx hemm bżonn li jiġi emendat il-kampjun propost. Il-kampjun definittiv jirrappreżenta 37,5 % tal-kwantità totali stmata tal-esportazzjoni taċ-ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja lejn l-Unjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
1.5. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(16) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(17) |
Barra minn hekk, fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet tal-materja prima fiċ-Ċina fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi, lill-importaturi, lill-utenti u lill-produtturi esportaturi tal-Unjoni fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lil kummerċjant mhux relatat li permezz tiegħu wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien qed ibigħ il-prodott ikkonċernat għall-esportazzjoni lejn l-UE. Dawn il-kwestjonarji saru disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.6. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(20) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(21) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa ċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja vojta (“HPSC”, high-pressure seamless cylinders), inklużi l-apparati tat-tifi tan-nar, għall-gass ikkompressat jew likwifikat, tal-azzar, tad-dijametri u l-kapaċitajiet tal-volum kollha, kemm jekk bil-kamin kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-kisi jew mill-kisi intern, irrispettivament mill-irfinar u l-forma esterni, kemm jekk b’bużżieqa tal-gass inserita jew le, irrispettivament minn jekk iċ-ċilindri ġewx attrezzati b’valv, b’ċirku tal-għonq, b’ċirku tas-sieq jew b’pajpijiet, kemm jekk imwaħħlin flimkien biex jiffurmaw mazz kif ukoll jekk le (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
|
(22) |
Ċilindri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew ta’ kapaċitajiet sa 120 ml, koperti mill-istandard Ewropew EN 16509:2014 u/jew numru-NU 2037 assenjat mill-Kumitat ta’ Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi, huma esklużi mill-ambitu tal-prodott. |
|
(23) |
Iċ-ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet: għal apparati tat-tifi tan-nar, gassijiet industrijali (pereż. l-iwweldjar u l-qtugħ, l-ikel u x-xorb), gassijiet mediċi għall-isptarijiet u għall-kura tas-saħħa, gassijiet elettroniċi u ta’ speċjalità, arja respirabbli għat-tifi tan-nar, trażżin tan-nar, scuba-diving u fjuwils alternattivi inkluż il-gass naturali kkompressat (CNG, compressed natural gas) u l-idroġenu. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(24) |
Il-prodott ikkonċernat huwa ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja għall-gass ikkompressat jew likwifikat, tal-azzar, tad-dijametri u l-kapaċitajiet tal-volum kollha, kemm jekk bil-kamin kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-kisi jew mill-kisi intern, irrispettivament mill-irfinar u l-forma esterni, kemm jekk b’bużżieqa tal-gass inserita jew le, irrispettivament minn jekk iċ-ċilindri ġewx attrezzati b’valv, b’ċirku tal-għonq, b’ċirku tas-sieq jew b’pajpijiet, kemm jekk imwaħħlin flimkien biex jiffurmaw mazz kif ukoll jekk le, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċi NM ex 7311 00 11 , ex 7311 00 13 , ex 7311 00 19 u x 7311 00 30 (il-kodiċi TARIC 7311 00 11 15, 7311 00 11 80, 7311 00 13 15, 7311 00 13 80, 7311 00 19 15, 7311 00 19 80, 7311 00 30 15 u 7311 00 30 80) (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(25) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(26) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
2.4.1. Talba għall-esklużjoni ta’ apparati tat-tifi tan-nar u ċilindri mimlija
|
(27) |
Skont id-definizzjoni tal-prodott imsemmija hawn fuq, il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja għall-gass ikkompressat jew likwifikat. |
|
(28) |
Wara l-bidu tal-investigazzjoni, produttur esportatur wieħed, Zhejiang Winner Fire Fighting Equipment Co., Ltd., argumenta li l-apparati tat-tifi tan-nar, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 8424 10 00 , ma waqgħux fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni fakkret li l-kodiċijiet NM u TARIC ingħataw għall-informazzjoni biss. Għalhekk, l-ambitu ta’ din l-investigazzjoni kien soġġett għad-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kif tinsab fit-Taqsima 2 tan-Notifika tal-Bidu. Konsegwentement, l-apparati tat-tifi tan-nar li kellhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bħaċ-ċilindri mingħajr weldjatura bi pressjoni għolja tqiesu li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat. |
|
(29) |
Zhejiang Winner Fire Fighting Equipment Co., Ltd., iddikjarat ukoll li l-apparati tat-tifi tan-nar ikkargati, jiġifieri mimlija b’diversi sustanzi kimiċi xotti u mxarrba, jenħtieġ li ma jitqisux li jaqgħu fl-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
|
(30) |
Fis-6 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni ppubblikat nota ta’ informazzjoni (5) li tiċċara li:
|
|
(31) |
L-ilmentaturi ppreżentaw li l-apparati tat-tifi tan-nar mimlija jew ikkargati x’aktarx kienu magħmula l-aktar minn ċilindri wweldjati jew ċilindri oħrajn mhux tal-azzar, u għalhekk ma waqgħux fl-ambitu tal-investigazzjoni. Filwaqt li rrikonoxxew li ma hemm l-ebda differenza bejn iċ-ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja użati għall-applikazzjonijiet tat-tifi tan-nar u dawk użati għal finijiet oħra (bħal ċilindri tas-CO2 għall-industrija tal-ikel u x-xorb), u li l-istess standards tekniċi japplikaw għat-tnejn li huma, l-ilmentaturi, madankollu, argumentaw li ċ-ċilindri mimlija mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tal-prodott. Huma sostnew li l-esklużjoni ta’ dawn iċ-ċilindri tillimita bla bżonn l-ambitu tal-prodott ikkonċernat fl-investigazzjoni attwali u toħloq riskju ta’ ċirkomvenzjoni |
|
(32) |
L-ilmentaturi nnotaw b’mod speċifiku li l-pakketti taċ-ċilindri huma koperti mid-definizzjoni tal-prodott, għalkemm il-qafas użat biex iċ-ċilindri jiġu assemblati f’mazz ma huwiex. Bl-istess mod, iċ-ċilindri tal-aċetilen kienu koperti taħt id-definizzjoni tal-prodott, għalkemm fihom materjal poruż biex jinżamm il-mili tal-aċeton peress li l-prodott issodisfa l-kriterji kollha tal-prodott kif definit fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat bħalma hu stabbilit fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(33) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentaturi qiesu li l-kjarifika dwar il-prodott mill-Kummissjoni kif imsemmi hawn fuq jenħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li la l-ilment, u lanqas in-Notifika tal-Bidu sussegwenti ma speċifikaw li l-prodott taħt investigazzjoni għamel referenza għal ċilindri mimlija. |
|
(35) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-klijenti ta’ ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja spiss wettqu l-operazzjoni ta’ assemblaġġ u ta’ mili biex jagħmlu l-prodott ikkonċernat adattat għall-użu finali tiegħu, kemm jekk bħala ċilindru tat-tifi tan-nar kif ukoll jekk bħala kontenitur għal prodotti kimiċi. |
|
(36) |
Barra minn hekk, meta jitqiesu r-rekwiżiti partikolarment għaljin u kkumplikati ta’ sikurezza u sigurtà applikabbli għat-trasport interkontinentali ta’ oġġetti perikolużi ħafna bħal ċilindri mimlija mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja, l-allegati riskji ta’ ċirkomvenzjoni nstabu li kienu limitati. |
|
(37) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet ippreżentati mill-ilmentaturi ġew miċħuda. |
2.4.2. Talba għall-esklużjoni tal-qxur tal-akkumulaturi mill-ambitu tal-investigazzjoni.
|
(38) |
Produttur esportatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun, Leebucc (Tianjin) Hydraulics Equipment Co., Ltd, talab l-esklużjoni tal-qxur tal-akkumulaturi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Din il-parti ressqet l-argumenti li ġejjin:
|
|
(39) |
L-ilmentaturi argumentaw li:
|
|
(40) |
Leebucc (Tianjin) Hydraulics Equipment Co., Ltd argumentat li qajmet il-kwistjoni dwar l-esklużjoni tal-qxur tal-akkumulaturi mill-ambitu tal-investigazzjoni wara verifika fuq il-post, u li l-iskadenzi għall-kummenti dwar l-ambitu tal-prodott jenħtieġ li jitqiesu bħala skadenza “flessibbli” għall-kuntrarju ta’ skadenza statutorja aktar stretta kif speċifikat fir-Regolament bażiku. |
|
(41) |
Leebucc (Tianjin) Hydraulics Equipment Co., Ltd saħqet fuq id-differenzi bejn prodott nofsu lest (qoxra tal-akkumulatur) u prodott lest (akkumulatur), li kien fattur kritiku biex tiġi ddeterminata s-similarità ta’ qoxra tal-akkumulatur ma’ akkumulatur u ċilindru għall-industrija tal-gass. Barra minn hekk, hija sostniet li jenħtieġ li prodott nofsu lest ma jitqabbilx ma’ prodott lest għall-fini tal-kalkolu tad-dumping. Fl-aħħar nett, din il-kumpanija ddikjarat li qoxra tal-akkumulaturi hija mfassla speċifikament biex toqgħod f’akkumulatur imfassal, li t-tnejn li huma jirrikjedu ċertifikati speċifiċi rispettivament, u kkonkludiet li qoxra tal-akkumulatur ma tistax tiġi sostitwita b’HPSC għall-industrija tal-gass u ma tistax tintuża bħala prodott kummerċjali rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni fis-suq tal-UE. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni analizzat it-talba għall-esklużjoni abbażi tal-elementi ppreżentati mill-parti inkwistjoni u kkonkludiet b’mod proviżorju li l-qxur tal-akkumulaturi jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ prodott skont il-premessa (21) u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħaċ-ċilindri l-oħrajn. Barra minn hekk, dawn kienu koperti mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u ġew identifikati fiċ-ċifri tal-kontroll tal-prodott użati mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu, li jidentifikaw kif xieraq il-qxur tal-akkumulaturi u jippermettu b’mod adegwat lill-Kummissjoni twettaq tqabbil ġust tal-prezzijiet bejn il-produtturi tal-Unjoni u dawk Ċiniżi. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(43) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”), l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(44) |
Konsegwentement, sabiex tinġabar id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott. Disa’ produtturi esportaturi ssottomettew l-informazzjoni relevanti. |
|
(45) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sal-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(46) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, kienet għażlet b’mod proviżorju lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn possibbilment xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(47) |
Fit-13 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet u parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, l-Arġentina u t-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota kif imsemmi fil-premessi (116) sa (131) |
|
(48) |
Fis-7 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni infurmat bit-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi kostijiet ta’ bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“kostijiet SG&A”, selling, general and administrative costs) u profitti bbażati fuq l-informazzjoni disponibbli għas-settur. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota kif imsemmi fil-premessi (132) sa (145). |
3.2. Valur normali
|
(49) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(50) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat … li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “kostijiet SG&A”). |
|
(51) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.3. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(52) |
F’investigazzjonijiet riċenti dwar is-settur tal-azzar fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) (6), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (7). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-azzar, li huwa l-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku (8), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku (9). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista tal-materja prima u tal-inputs, iħallu effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (10). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jinżammu ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (11). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (12), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (13). |
|
(54) |
Bħal fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar is-settur tal-azzar fir-RPĊ, fl-investigazzjoni attwali l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fl-ilment, kif ukoll fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defence Investigations” (14) (ir-“Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, kif instab ukoll mill-investigazzjonijiet preċedenti tagħha f’dan ir-rigward. |
|
(55) |
L-ilment ipprovda eżempji ta’ elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet, kif elenkati mill-ewwel sas-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, u allega li l-kundizzjonijiet tas-suq, b’mod partikolari l-kostijiet u l-prezzijiet, fl-industrija Ċiniża tal-azzar ma humiex xprunati mill-forzi tas-suq tal-provvista u tad-domanda, iżda minflok huma distorti mill-intervent mill-Istat fl-ekonomija. |
|
(56) |
L-ilment ipprovda wkoll referenzi għall-partijiet rilevanti tar-Rapport, u indika dan li ġej: |
|
(57) |
is-settur tal-azzar, inkluż is-suq tal-prodott ikkonċernat, huwa servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. Fir-rigward ta’ dan, l-ilmentaturi innotaw l-influwenza eżerċitata mill-Istat kemm permezz tal-preżenza ġenerali tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) fl-intrapriżi Ċiniżi kif ukoll permezz tar-rwol prominenti tagħhom fl-assoċjazzjonijiet. |
|
(58) |
L-ewwel nett, fl-ilment ġie msemmi li l-ekonomija Ċiniża topera prinċipalment permezz tal-SOEs, li jikkontribwixxu għal 25 % tal-PDG taċ-Ċina (15). Biex isaħħaħ dan, l-ilmentaturi innotaw li l-SOEs huma wkoll l-ixpruni ewlenin li jippermettu lill-Istat jimplimenta direttament il-politiki tiegħu fis-suq. Barra minn hekk, fir-rigward tas-settur tal-azzar, li jipproduċi l-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-prodott ikkonċernat, issemma li l-SOEs jirrappreżentaw 40 % tal-produzzjoni tas-settur. Fil-fatt, erbgħa mill-akbar għaxar produtturi tal-azzar huma SOEs, fosthom Baowu Steel Group, HBIS Group, Ansteel Group u Shougang (16). L-ilmentaturi innotaw wkoll SOEs iżgħar oħra, bħal Maanshan iron & Steel Company Limited, Batou Steel Group u CITIC Pacific Special Steel, li huma importanti ħafna wkoll, bħala sors dirett tal-azzar għall-produtturi tal-HPSC fiċ-Ċina. |
|
(59) |
It-tieni nett, l-ilmentaturi semmew ir-rwol ewlieni tal-intervenzjoniżmu tal-GTĊ, permezz ta’ assoċjazzjonijiet. Dan ġie nnotat li huwa partikolarment minnu għas-settur tal-azzar u konsegwentement anke għas-suq tal-HPSC. Dan minħabba li fis-settur tal-azzar, l-assoċjazzjonijiet huma magħrufa li “għandhom ir-rwol ta’ pont u rabta bejn il-gvern u l-membri” (17). Fir-rigward ta’ dan, l-ilmentaturi semmew li għalkemm ma hemm l-ebda assoċjazzjoni kummerċjali speċifika tal-industrija tal-HPSC li timplimenta politiki industrijali, hemm atturi oħrajn, bħall-Kumitat Tekniku Nazzjonali għall-Istandardizzazzjoni taċ-Ċilindri tal-Gass (“TC31”) u l-Assoċjazzjoni taċ-Ċina tat-Tagħmir Speċjali ta’ Spezzjoni (“CASEI”, China Association of Special Equipment Inspection) li jeżegwixxu direttament l-istandards u r-regolamenti nazzjonali applikabbli għall-produtturi tal-HPSC (18). |
|
(60) |
L-influwenza tal-GTĊ fis-settur tal-azzar hija riflessa fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, li tippermettilu jeżerċita influwenza u kontroll tul il-katina tal-valur kollha. |
|
(61) |
Rigward il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet, l-ilmentaturi innotaw li kemm il-kumpaniji pubbliċi kif ukoll dawk privati involuti fil-produzzjoni tal-azzar b’mod ġenerali u tal-HPSC b’mod partikolari, huma taħt il-kontroll wiesa’ tal-GTĊ, u f’tali setturi dan jirriżulta f’distorsjoni tal-prezzijiet u tal-kostijiet tal-Istat. L-ilmentaturi iddikjaraw preżenza ġenerali ta’ membri tas-CCP kemm fl-SOEs kif ukoll f’kumpaniji privati, li tirriżulta speċifikament fl-involviment tas-CCP mhux biss fl-għażla tal-eżekuttivi iżda wkoll tar-riżorsi umani. |
|
(62) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi innotaw li fl-SOEs, l-organizzazzjonijiet fil-livell tal-partit għandhom l-obbligi li jimplimentaw il-prinċipji u l-politiki tal-partit. Dan huwa żgurat bl-eżistenza ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji, li huma meħtieġa joħolqu taqsima dixxiplinarja biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-istruzzjonijiet tal-GTĊ. Minbarra dan, l-ilment innota sitwazzjoni simili għal kumpaniji privati. Fil-fatt, ġie nnotat li fl-2017, 70 % tal-1,86 miljun kumpanija privata kienu jinkludu ċelloli tas-CCP, li fihom kien hemm “pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tal-PKĊ ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (19)”. |
|
(63) |
Barra minn hekk, ġie nnotat li s-CCP jitlob l-implimentazzjoni ta’ unitajiet magħrufa bħala “Fronti Magħquda” biex ikompli javvanza l-influwenza u l-ideoloġija tal-PKĊ f’kumpaniji privati permezz tal-istabbiliment ta’ “sistema moderna ta’ intrapriża b’karatteristiċi Ċiniżi.” B’mod partikolari, l-ilmentaturi ikkwotaw lill-Viċi President tal-All-China Federation of Industry and Commerce, li spjega li tali sistema għandha “tintegra t-tmexxija tal-Partit fl-aspetti kollha tal-pubbliku u tinkorpora l-organizzazzjoni tal-partit fl-istruttura tal-governanza korporattiva”. Huwa nnota wkoll li min-naħa tas-sistema tal-ekonomija privata, hija “trid taderixxi u ssaħħaħ it-tmexxija ġenerali tal-Partit”. Fl-2023, l-ilmentaturi rrapportaw li 92 % tal-aqwa 500 intrapriża privata taċ-Ċina jospitaw unitajiet tal-partit. |
|
(64) |
L-ilmentaturi semmew ukoll li l-GTĊ jinfluwenza wkoll il-ħatra ta’ eżekuttivi ewlenin u impjegati tar-riżorsi umani kemm fl-SOEs kif ukoll f’kumpaniji privati. |
|
(65) |
Fl-SOEs, pereżempju, is-CCP jestendi l-kontroll tiegħu permezz tal-proċedura ta’ ħatra ta’ eżekuttivi maniġerjali ewlenin. B’mod preċiż, l-ilmentaturi ddikjaraw li f’konformità mar-Regolamenti dwar il-Ħidma tal-Organizzazzjonijiet ta’ Bażi tal-Intrapriżi tal-Istat tal-Partit Komunista Ċiniż, “il-pożizzjonijiet tas-segretarju u l-president tal-kumitat tal-partit (grupp tal-partit) ġeneralment jinżammu minn persuna waħda, u l-maniġer ġenerali tal-membru tal-partit iservi bħala l-viċi segretarju (20).” Ir-regolamenti jirrikjedu bl-istess mod li f’kumpanija “mingħajr bord ta’ diretturi u diretturi eżekuttivi biss,” is-segretarju tal-kumitat tal-Partit għandu jkun id-direttur eżekuttiv u f’ “intrapriżi korporattivi mhux indipendenti” għandu jkun viċi maniġer ġenerali. |
|
(66) |
Fir-rigward tal-kumpaniji privati, l-ilment innota li dawk huma wkoll tal-parir li jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ superviżjoni mmexxi miċ-ċellola tal-Partit b’setgħat dixxiplinarji biex jiġu żgurati “l-implimentazzjoni tal-konformità korporattiva u s-sistema ta’ ġestjoni korporattiva, it-twissija u l-edukazzjoni tal-maniġment tat-tmexxija u tal-persunal, is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-persunal.” Jenħtieġ li l-mekkaniżmu ta’ superviżjoni jkollu wkoll is-setgħa fuq il-cadres u l-impjegati ewlenin biex “jirregolaw […] l-użu tas-setgħa (21).” |
|
(67) |
L-ilmentaturi żvelaw li tali distorsjonijiet ma humiex preżenti biss f’kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni iżda wkoll fl-industrija upstream tiegħu, jiġifieri fis-settur tal-azzar. Dan ma huwiex biss minħabba s-sjieda u l-preżenza tal-Istat iżda wkoll minħabba politiki ta’ konsolidazzjoni differenti li rriżultaw f’fużjonijiet kbar bħal dik li saret fl-2016 li tinvolvi lill-Boasteel Group Corp u Wuhan Iron and Steel Group Corp li ngħaqdu f’Baowu Steel Group. F’dan il-każ, il-president tal-bord tal-maniġers ma huwiex biss is-segretarju tas-CCP iżda wkoll il-president tat-trade union tal-kumpanija. |
|
(68) |
B’riżultat ta’ dan, l-ilmentaturi ikkonkludew li l-kumpaniji attivi fis-setturi tal-HPSC u tal-azzar huma ristretti ħafna għall-GTĊ. Tali interventiżmu jfixkel id-dinamika tas-suq, u jaffettwa l-iffissar tal-prezzijiet u l-kostijiet. |
|
(69) |
L-ilmentaturi iddikjaraw ukoll li politiki jew miżuri pubbliċi jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-ilmentaturi allegaw li l-GTĊ stabbilixxa sistema ta’ ppjanar li tinċentiva direttament lill-industrija tal-prodott ikkonċernat u lis-setturi upstream, fosthom dak tal-azzar, li tirriżulta f’influwenza qawwija fuq il-forzi tas-suq. L-ilmentaturi saħqu fuq in-natura vinkolanti ta’ tali pjanijiet, peress li l-implimentazzjoni hija awtorizzata mil-liġi, inkluż fil-livell kostituzzjonali. L-ilmentaturi nnotaw li tali sistema tal-ippjanar tirriżulta f’“riżorsi jiġu allokati lil setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq” (22). |
|
(70) |
Fir-rigward tas-settur tal-azzar, l-ilmentaturi ddikjaraw mill-ġdid diversi regolamenti tal-Kummissjoni li jirrikonoxxu d-distorsjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-komponenti ewlenin tal-HPSC. B’mod partikolari, l-ilmentaturi rreferew għar-Rapport dwar l-importanza strateġika tal-pjan għall-iżvilupp tal-materja prima u l-14-il FYP (“l-14-il FYP”, Five-Year Plan) għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku. |
|
(71) |
L-ilmentaturi allegaw ukoll li hemm nuqqas ta’ applikazzjoni jew infurzar diskriminatorju u inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà. L-ilmentaturi ddikjaraw li l-liġijiet dwar il-falliment fiċ-Ċina ma humiex infurzati biżżejjed. Dan ġie ddikjarat li huwa r-riżultat tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-amministraturi tal-insolvenza u l-gvern lokali, u tal-influwenza ġenerali tal-gvern fl-affarijiet korporattivi. Ġie nnotat li dan iffavorixxa wkoll il-ħolqien ta’ “negozji ekonomikament mhux disponibbli, normalment f’industriji b’kapaċità żejda gravi ħafna (23) .” Dan huwa partikolarment evidenti għall-produtturi tal-HPSC (jiġifieri Bohai Iron and Steel Group), f’kuntest li fih l-eċċess tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni jinżamm mill-Istat. |
|
(72) |
Barra minn hekk, l-ilmentaturi nnotaw sejbiet preċedenti tal-Kummissjoni rigward is-setturi upstream tal-prodott ikkonċernat (jiġifieri s-settur tal-azzar u s-suq tal-HPSC b’mod partikolari), li bbenefikaw minn allokazzjoni selettiva tal-art. Huma nnotaw li l-art hija proprjetà tal-Istat biss, u li l-allokazzjoni tagħha hija fil-kompetenza esklużiva tal-Istat (24). Dan iwassal biex l-Istat jingrana l-liġijiet tiegħu dwar il-proprjetà favur il-produtturi domestiċi tal-HPSC u fis-settur tal-azzar. |
|
(73) |
L-ilmentaturi nnotaw ukoll interventi sinifikanti tar-RPĊ fuq il-pagi, li jaffettwaw il-katina tal-valur kollha u jsiru aktar severi hekk kif il-katina tal-valur tittawwal. Tali distorsjonijiet huma ddikjarati li huma doppji, l-ewwel iseħħu meta jiġu prodotti l-HPSC jew l-inputs ewlenin tagħhom, u t-tieni indirettament meta jiġu aċċessati l-inputs minn kumpaniji li joperaw taħt l-istess sistema lavorattiva Ċiniża. |
|
(74) |
Fl-aħħar nett, l-ilmentaturi ddikjaraw li s-swieq finanzjarji fiċ-Ċina joperaw biex “jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (25) .” Huma nnotaw li l-Istat jikkontrolla erbgħa mill-akbar banek, u jipprovdi finanzjament preferenzjali lill-SOEs għal raġunijiet ta’ politika. Huma ddikjaraw ukoll id-distorsjonijiet tal-bonds u tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, peress li ħafna kumpaniji jirċievu rata aktar baxxa fuq livell internazzjonali meta mqabbla ma’ dik Ċiniża. Dan għaliex ħafna aġenziji tal-klassifikazzjoni jippermettu lill-mutwatarji jagħżlu l-aktar klassifikazzjoni ta’ benefiċċju, u rarament jirriżultaw f’inadempjenzi. Meta titqies id-dominanza tal-SOEs fl-industrija, dan huwa ta’ rilevanza partikolari għas-settur tal-azzar u għall-produzzjoni tal-HPSC li tirriżulta. |
|
(75) |
Barra minn hekk, fl-ilment ġie nnotat li l-preżenza tal-Istat fis-suq twassal għal ipprezzar sostanzjalment aktar baxx fl-IPOs. Dan huwa kkawżat mit-tentattiv tal-Istat li jsegwi għanijiet ta’ politika permezz tal-IPOs. Permezz ta’ tali aċċess preferenzjali għall-finanzjament, l-assi miżmuma mill-SOEs ikkontrollati mis-SASAC żdiedu b’ħames darbiet bejn l-2005 u l-2017 u laħqu EUR 7,1 triljun (26). Fl-aħħar nett, l-ilmentaturi żvelaw li, peress li huwa s-settur tal-azzar fost l-industriji mħeġġa, dan jibbenefika minn finanzjament aktar aċċessibbli, li huwa wkoll ta’ benefiċċju indirett għas-suq tal-prodott ikkonċernat. |
|
(76) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentaturi kkunsidraw li, minħabba dawn id-distorsjonijiet minn intervent sostanzjali tal-gvern, il-kostijiet u l-prezzijiet fiċ-Ċina ma humiex affidabbli għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali. Bħala tali, il-valur normali jenħtieġ li jiġi stabbilit bl-użu ta’ kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(77) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni kkonfermat li fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni, li huwa parti mis-settur tal-azzar downstream, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Pereżempju, Tianjin Tianhai High Pressure Container Corp., Ltd. (27), produttur u esportatur tal-prodott taħt investigazzjoni, hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Beijing Jingcheng Machinery Electric Company Ltd. (28), SOE li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Beijing (29). Eżempju ieħor huwa Sinoma Science & Technology Co., Ltd. (30) li hija kkontrollata miċ-China National Building Materials Group Co., Ltd. (31), SOE taħt SASAC (32). Filwaqt li l-Kummissjoni ma identifikatx informazzjoni estensiva dwar is-sjieda tal-Istat fost il-produtturi tal-HPSC, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-settur tal-azzar Ċiniż, li jipproduċi l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-HPSC. Ħafna mill-akbar produtturi tal-azzar huma proprjetà tal-Istat. Eżempji ta’ SOEs attivi fis-settur tal-azzar jinkludu: l-Ansteel Group (33) u l-Baowu Steel Group (34), li t-tnejn huma SOEs taħt il-Kummissjoni Ċentrali għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”, State-owned Assets Supervision and Administration Commission of the State Council); il-Baotou Steel Group, SOE proprjetà tal-Gvern tal-Mongolja Interna (35); kif ukoll Shougang Group (36), SOE proprjetà sħiħa tal-Beijing State-Owned Asset Management Ltd. (37) |
|
(78) |
Barra minn hekk, l-aktar dokumenti ta’ politika Ċiniżi reċenti dwar is-settur tal-azzar jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex jifformah f’konformità mal-politiki tal-gvern. Dan jidher mill-Opinjoni Gwida tal-Ministeru għall-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni (“MIIT”, Ministry of Industry and Information Technology) dwar it-Trawwim ta’ Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar, li titlob għal aktar konsolidazzjoni tal-pedament industrijali u titjib sinifikanti fil-livell ta’ modernizzazzjoni tal-katina industrijali (38), inkluża l-provvista ta’ azzar speċjali, input użat għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. B’mod speċifiku, din l-Opinjoni Gwida tirrikjedi “il-promozzjoni tal-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet tal-intrapriżi. Tinkoraġġixxi intrapriżi ewlenin fl-industrija biex jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet u joħolqu għadd ta’ gruppi ta’ intrapriżi tal-azzar kbar ħafna ta’ klassi dinjija. Filwaqt li jiddependu fuq l-intrapriżi dominanti tal-industrija, jikkultivaw intrapriża waħda jew tnejn speċjalizzati fl-oqsma tal-azzar inossidabbli, l-azzar speċjali, pajpijiet tal-azzar mingħajr weldjatura (...).” Barra minn hekk, din tirrikjedi b’mod espliċitu li “[L-]impriżi tal-azzar jiġu megħjuna biex jimmiraw lejn li jtejbu l-industriji downstream u d-direzzjoni tal-iżvilupp ta’ industriji emerġenti strateġiċi, jiffokaw fuq l-iżvilupp ta’ lottijiet żgħar u diversi varjetajiet ta’ azzar ewlenin bħal azzar speċjali ta’ kwalità għolja, azzar illigat speċjali għal tagħmir ta’ livell għoli (39).” |
|
(79) |
Eżempju ieħor tal-intenzjoni tal-GTĊ li jintervjeni fis-settur tal-azzar jinstab fl-14-il FYP li skontu s-settur se “jaderixxi mal-kombinazzjoni tat-tmexxija tas-suq u l-promozzjoni tal-gvern” u se “jikkultiva grupp ta’ kumpaniji ewlenin bi tmexxija ekoloġika u kompetittività ewlenija” (40). |
|
(80) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma tal-MIIT 2023 dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (41) jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Fl-2023, [...] l-investiment f’assi fissi fl-industrija kollha għandu jżomm tkabbir kostanti, u l-benefiċċji ekonomiċi għandhom jittejbu b’mod sinifikanti; l-investiment fir-R&Ż tal-industrija għandu eventwalment jilħaq il-1,5 %; it-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jilħaq madwar it-3,5 %; fl-2024, l-ambjent tal-iżvilupp tal-industrija u l-istruttura tal-industrija għandhom jiġu ottimizzati aktar, il-bidla lejn prodotti ta’ livell għoli, intelliġenti u ekoloġiċi għandha tkompli, u t-tkabbir tal-valur miżjud tal-industrija għandu jaqbeż l-4 %”, u jipprevedi konsolidazzjoni korporattiva obbligatorja tas-settur tal-azzar min-naħa tal-gvern: “[it-]tħeġġiġ lill-intrapriżi ewlenin fl-industrija biex jimplimentaw fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, jibnu gruppi ta’ intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar kbar ħafna ta’ klassi dinjija, u t-trawwim tal-aħjar tqassim tal-kapaċità nazzjonali tal-produzzjoni tal-ħadid u tal-azzar. L-appoġġ għall-intrapriżi speċjalizzati b’setgħa ewlenija b’mod partikolari segmenti tas-suq tal-azzar sabiex ikomplu jintegraw ir-riżorsi u joħolqu ekosistema tal-industrija tal-azzar. It-tħeġġiġ lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar sabiex iwettqu attivitajiet transreġjonali […] fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet […]. Il-kunsiderazzjoni tal-għoti ta’ appoġġ politiku akbar għas-sostituzzjoni tal-kapaċità lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar li wettqu fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet sostantivi.” |
|
(81) |
Eżempji simili tal-intenzjoni tal-GTĊ li jwettaq superviżjoni u jiggwida l-iżviluppi tas-settur tal-azzar jistgħu jidhru fil-livell provinċjali, bħal f’Hebei fejn il-gvern provinċjali ħareġ il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppamenti fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar fl-2020. Dan il-pjan jirrikjedi “l-implimentazzjoni b’mod kostanti tal-iżvilupp tal-grupp ta’ organizzazzjonijiet, jaċċellera r-riforma tas-sjieda mħallta ta’ intrapriżi tal-Istat, jiffoka fuq il-promozzjoni tal-fużjoni u r-riorganizzazzjoni interreġjonali tal-intrapriżi privati tal-ħadid u tal-azzar, u jistinka biex jistabbilixxi minn 1–2 gruppi kbar ta’ klassi dinjija, minn 3–5 gruppi kbar b’influwenza domestika.” (42) Barra minn hekk, il-pjan ta’ Hebei fis-settur tal-azzar jiddikjara li: “ikun hemm konformità mal-aġġustament strutturali u tiġi enfasizzata d-diversifikazzjoni tal-prodott. Jiġu promossi bla waqfien l-aġġustament strutturali u l-ottimizzazzjoni tat-tqassim tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar, jiġu promossi l-konsolidazzjoni, ir-riorganizzazzjoni, it-trasformazzjoni u t-titjib tal-intrapriżi, u jiġu promossi b’mod komprensiv l-iżvilupp tal-industrija tal-ħadid u tal-azzar fid-direzzjoni ta’ intrapriżi fuq skala kbira, il-modernizzazzjoni tat-tagħmir tekniku, id-diversifikazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni, u d-diversifikazzjoni tal-prodotti downstream (43) .” |
|
(82) |
B’mod aktar speċifiku fir-rigward tal-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, il-Pjan ta’ Hebei jirrikjedi li jiġu aċċellerati l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ materjali tal-azzar ġodda ta’ livell għoli u ewlenin, jiżdied il-proporzjon ta’ varjetajiet tal-azzar ta’ kwalità għolja u speċjali, tissaħħaħ l-istabbiltà tal-kwalità ta’ prodotti vantaġġużi fuq skala kbira u fuq firxa wiesgħa, u tinħoloq struttura tal-prodott “piramida”. Sa tmiem l-2020, il-proporzjon tal-azzar ordinarju b’liga baxxa u tal-azzar illigat se jiżdied għal 20 %, u sa tmiem l-2022, se jilħaq madwar 25 %, u se jipprovdi appoġġ u garanzija għat-titjib tal-industriji downstream.” (44) |
|
(83) |
Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP jirrikjedi li “jiffoka fuq il-ħtiġijiet strateġiċi nazzjonali, jiggwida lill-intrapriżi biex jippromwovu l-ottimizzazzjoni u l-aġġornament tal-istruttura tal-prodott, jiżviluppaw azzar speċjali ta’ kwalità għolja, azzar tal-inġinerija marittima ta’ prestazzjoni għolja, azzar illigat speċjali għal tagħmir ta’ livell għoli, partijiet bażiċi ewlenin tal-azzar u varjetajiet ewlenin oħra “speċjali, fini, għoljin”, u jtejbu l-valur miżjud u l-kompetittività tal-prodotti tal-azzar.” (45) |
|
(84) |
B’mod aktar speċifiku, f’Zhejiang, fejn tinsab Zhejiang Winner Fire Fighting Equipment Co., Ltd., il-GTĊ ifittex li “jesplora u jistabbilixxi integrazzjoni innovattiva ta’ intrapriżi upstream u downstream fil-qasam tal-azzar ewlieni għat-tagħmir. (46)” |
|
(85) |
Objettivi tal-politika industrijali simili jistgħu jinstabu wkoll fid-dokumenti tal-ippjanar ta’ provinċji oħra, bħal Jiangsu (47), Shandong (48), jew Shanxi (49). |
|
(86) |
Barra minn hekk, il-GTĊ jintervjeni wkoll fil-livell lokali fl-industrija tal-azzar. Pereżempju, “il-ħames bliet fin-Nofsinhar ta’ Jiangsu, inkluż Nanjing, Wuxi, Suzhou, Changzhou u Zhenjiang, gradwalment stabbilew sistema tal-industrija ta’ azzar speċjali u ta’ liga ta’ livell għoli bi skala ewlenija, varjetajiet ta’ livell għoli u faċilitajiet ta’ appoġġ kompluti, li jiffurmaw ħames ktajjen industrijali vantaġġuża inkluż pjanċi tal-azzar speċjali ta’ prestazzjoni għolja ta’ Nanjing, staneg tal-azzar speċjali ta’ livell għoli ta’ Wuxi, wajers tal-azzar speċjali ta’ kwalità għolja ta’ Suzhou, azzar inossidabbli ta’ livell għoli ta’ Changzhou, u ligi ta’ livell għoli ta’ Zhenjiang. L-iskala industrijali u l-kompetittività komprensiva jikklassifikaw l-ewwel fil-pajjiż (50) .” |
|
(87) |
Barra minn hekk, eżempju ieħor ta’ gwida effettiva mill-GTĊ permezz tal-pjanijiet hija n-Notifika tal-Kumitat tal-Partit tal-Ansteel Group Co., Ltd. dwar l-istudju, il-pubbliċità u l-implimentazzjoni b’mod kuxjenzjuż tal-ispirtu tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit (51). In-notifika tiddikjara li l-Ansteel Group se jimplimenta b’mod kuxjenzjuż il-pjanijiet ta’ gwida u jintroduċihom aħjar lill-membri tal-Partit, lill-cadres u lill-impjegati tal-grupp kollu. |
|
(88) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll duplikazzjonijiet bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fis-CCP / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur taħt investigazzjoni. Pereżempju, il-President ta’ Beijing Jingcheng Machinery Electric Company Ltd. iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (52) u jiżgura li s-sussidjarja tiegħu, Tianjin Tianhai High Pressure Container Corp., Ltd. “tippromwovi l-implimentazzjoni tal-istrateġija (…), u tagħmel dak kollu li tista’ biex tirbaħ il-battalja finali tal-“14-il Pjan ta’ 5 Snin (53) .” Barra minn hekk, il-President ta’ China National Building Materials Group Co., Ltd. iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (54). |
|
(89) |
Barra minn hekk, China National Building Materials Group Co., Ltd. “tieħu bħala r-responsabbiltà [tagħha] li (…) taqdi l-proġetti nazzjonali ewlenin, taqdi l-kamp tal-battalja tal-ekonomija nazzjonali” u flimkien mas-sussidjarji tagħha “għamlet sforzi bla waqfien biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-ħżin u t-trasport tal-gass (55).” |
|
(90) |
Barra minn hekk, minħabba li l-prodott taħt investigazzjoni jirrappreżenta sottosettur tas-settur tal-azzar, l-informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-produtturi tal-azzar hija rilevanti wkoll għall-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(91) |
Pereżempju, il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-Maniġer Ġenerali ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd., produttur tal-azzar li l-azzjonist kontrollanti tiegħu huwa l-Baowu Steel Group, iservu wkoll bħala s-Segretarju u l-Viċi Segretarju, rispettivament, tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (56). Bl-istess mod, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Wuhan Iron and Steel Group, ikkontrollat ukoll mill-Baowu Steel Group, iservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (57). Barra minn hekk, “Wuhan Iron and Steel Group organizza l-għaxar studju ċentralizzat u diskussjoni tal-Grupp ta’ Studju tat-Teorija tal-Kumitat tal-Partit fl-2022 biex iwassal u jistudja l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali u jippromwovi l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti tal-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit u l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali fil-Wuhan Iron and Steel Group. [Ir-]Rappreżentant Ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali ta’ China Baowu Wuhan, is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit u l-President ta’ Wuhan Iron and Steel Group, ippresedew il-laqgħa u ppreżentaw rekwiżiti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, il-Kumitat tal-Partit Provinċjali ta’ Hubei u l-Kumitat tal-Partit ta’ China Baowu, u komplew jimplimentaw l-ispirtu tal-Konferenza ta’ Ħidma Ekonomika Ċentrali (58)”. |
|
(92) |
Barra minn hekk, il-President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Baotou Steel Union, li jappartjeni għal Baotou Steel Group, iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Partit tal-kumpanija. Bl-istess mod, il-Maniġer Eżekuttiv ta’ Baotou Steel Union kif ukoll il-President tat-trade union tal-kumpanija, it-tnejn huma Viċi Segretarji tal-Partit (59). Barra minn hekk, f’Shougang Group, il-President tal-Bord tad-Diretturi jservi bħala s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit, filwaqt li l-Maniġer Eżekuttiv huwa l-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tal-kumpanija (60). Fl-aħħar nett, f’CITIC Pacific Special Steel, il-President tal-Bord tad-Diretturi u l-President tal-Bord Superviżorju huma rispettivament Segretarju u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit (61). |
|
(93) |
Iċ-China Industrial Gases Industry Association (62) (“CIGIA”) hija rilevanti għall-prodott taħt investigazzjoni peress li stabbiliet taqsima ddedikata għall-apparat ta’ pressjoni (63). Is-CIGIA hija membru taċ-China Petroleum and Chemical Industry Federation (“CPCIF”) u tokkupa l-Viċi Presidenza eżekuttiva tas-CPCIF (64). Is-CPCIF taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-CCP, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-partit (65). Barra minn hekk, “l-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (66) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPCIF jinkludu li “jaderixxi mat-tmexxija tas-CCP, jappoġġa s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, jimplimenta b’mod riżolut il-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u jħaddan kwalitajiet politiċi tajbin” (67). |
|
(94) |
Beijing Jingcheng Machinery Electric Company Ltd. hija membru tas-CIGIA (68). |
|
(95) |
Bl-istess mod, l-Artikolu 2 tal-Artikoli taċ-China Iron and Steel Association (69) (“CISA”), li l-produtturi ewlenin tal-ħadid u tal-azzar huma membri tagħha, jistipula li “l-għan tal-Assoċjazzjoni huwa li tkun iggwidata mil-linja, mill-prinċipji u mill-politiki tal-Partit” u l-Artikolu 3 jiddikjara li l-Assoċjazzjoni “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, tistabbilixxi l-organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-Partit. (70)” |
|
(96) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-azzar Ċiniż hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku, u dawn huma ġeneralment applikabbli għall-prodott taħt investigazzjoni minħabba li l-industrija tal-HPSC hija sottosettur tas-settur tal-azzar. |
|
(97) |
L-industrija tal-azzar titqies b’mod konsistenti bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (71). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq is-settur, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYP, il-GTĊ immarka lill-industrija tal-azzar għat-trasformazzjoni u għall-aġġornament, kif ukoll għall-ottimizzazzjoni u għall-aġġustament strutturali (72). Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima, applikabbli wkoll għall-industrija tal-azzar, jelenka s-settur bħala l-“pedament tal-ekonomija reali” u “qasam ewlieni li jsawwar il-vantaġġ kompetittiv internazzjonali taċ-Ċina” u jistabbilixxi għadd ta’ objettivi u metodi ta’ ħidma li jixprunaw l-iżvilupp tas-settur fil-perjodu ta’ żmien mill-2021 sal-2025, bħall-aġġornament teknoloġiku, it-titjib tal-istruttura tas-settur (mhux l-inqas permezz ta’ aktar konċentrazzjonijiet korporattivi) jew it-trasformazzjoni diġitali (73). |
|
(98) |
Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq dwar it-Tkabbir Stabbli tal-Industrija tal-Azzar (ara l-premessa (80)) juri kif l-enfasi tal-awtoritajiet Ċiniżi fuq is-settur titqiegħed fil-kuntest usa’ tal-GTĊ li jmexxi l-ekonomija Ċiniża: “l-appoġġ lill-kumpaniji tal-azzar sabiex isegwu mill-qrib il-ħtiġijiet ta’ infrastruttura ġdida, ta’ urbanizzazzjoni ġdida, ta’ rivitalizzazzjoni rurali, u ta’ industriji emerġenti, l-allinjament ma’ proġetti tal-inġinerija kbar li huma marbutin mal-‘14-il Pjan ta’ 5 Snin’ f’diversi reġjuni, u t-twettiq ta’ kull sforz biex tiġi żgurata l-provvista tal-azzar. L-istabbiliment u l-approfondiment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni upstream u downstream bejn l-azzar u s-setturi ewlenin li jużaw l-azzar bħall-bini tal-bastimenti, it-trasport, il-kostruzzjoni, l-enerġija, il-karozzi, l-apparati domestiċi, il-makkinarju agrikolu, u t-tagħmir tqil, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ allinjament bejn il-produzzjoni u d-domanda, u l-espansjoni b’mod attiv tal-oqsma ta’ applikazzjoni tal-azzar” (74). |
|
(99) |
Fil-livell lokali, l-14-il FYP ta’ Shandong għall-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ħadid u l-Azzar (75) jirrikjedi dan li ġej: “azzar għal żejt u tagħmir kimiku: f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp tas-settur taż-żejt u tas-sustanzi kimiċi, tiżdied il-prestazzjoni tal-azzar użat għall-apparat ta’ pressjoni (76) (…)”. |
|
(100) |
Barra minn hekk, fil-livell lokali, f’Jiangsu jfittex li “[j]iffoka fuq l-iżvilupp tal-azzar għall-karozzi, il-ferroviji b’veloċità għolja, il-vapuri, l-elettriku, it-trasport taż-żejt u tal-gass […]. Sal-2025, l-iskala tal-industrija se tilħaq madwar 90 biljun yuan (77)” u għadd ta’ muniċipalitajiet stabbilew ir-“Ragruppament ta’ Materjali ta’ Azzar Speċjali […] li jistinka biex sal-2027 jintlaħaq il-valur tal-output ta’ RMB 1 triljun tal-industriji mmexxija mir-raggruppamenti (78).” |
|
(101) |
Minbarra dan ta’ hawn fuq, Sinoma Science & Technology Co., Ltd. ġiet elenkata bħala “ġgant żgħir” (79). Il-GTĊ jiddefinixxi kumpaniji “ġganti żgħar” bħala “l-eliti ġodda ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju taċ-Ċina li huma involuti fil-manifattura, jispeċjalizzaw f’suq niċċa u li għandhom teknoloġiji mill-aktar avvanzati” u għandu l-ħsieb li “jżid l-appoġġ għall-‘ġganti żgħar’ matul il-perjodu mill-2024 sal-2026, b’enfasi fuq ktajjen industrijali ewlenin, industriji emerġenti strateġiċi u setturi oħrajn. Dawn il-fondi se jintużaw biex iħeġġu lil dawn id-ditti jindirizzaw l-isfidi teknoloġiċi, jiżviluppaw prodotti ġodda, jibnu l-kapaċitajiet ta’ appoġġ tal-katina industrijali, u jappoġġaw lill-gvernijiet lokali fit-trawwim ta’ ‘ġganti żgħar’ ” (80). |
|
(102) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-materja prima ewlenija użata għall-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
|
(103) |
L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda evidenza li l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-azzar, skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, ma jaffettwawx lill-manifatturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(104) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (53)(53). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm b’mod dirett (meta jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni jew l-inputs ewlenin), kif ukoll b’mod indirett (meta jkollu aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fir-RPĊ) (81). |
|
(105) |
Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott taħt investigazzjoni ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (53). Il-Pjan ta’ Ħidma msemmi hawn fuq (ara l-premessa (78)) dwar it-Tkabbir Stabbli juri tajjeb ħafna wkoll dan it-tip ta’ intervent mill-gvern: “l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu mħeġġa jipprovdu b’mod attiv servizzi finanzjarji lill-kumpaniji tal-azzar li jimplimentaw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet, aġġustamenti tat-tqassim, trasformazzjoni u aġġornament, f’konformità mal-prinċipji tal-kontroll tar-riskju u tas-sostenibbiltà tan-negozju.” Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
|
(106) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott taħt investigazzjoni, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(107) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott taħt investigazzjoni ma humiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fit-Taqsimiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ billi ġew ikkombinati firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni, huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(108) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt investigazzjoni, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħielsa minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(109) |
Il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentaturi, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
|
(110) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati b’rabta mal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(111) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.4.1. Kummenti ġenerali
|
(112) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(113) |
Kif spjegat fil-premessi (47) sa (48), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tat-13 ta’ Frar 2025 (minn hawn ’il quddiem “l-Ewwel Nota”) u t-tieni nota tas-7 ta’ Marzu 2025 dwar il-fatturi ta’ produzzjoni (“FOP”, factors of production) bħall-materja prima ewlenija, l-enerġija, l-ilma, l-istim, il-materjal konsumabbli u l-manodopera użati fil-produzzjoni taċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja (minn hawn ’il quddiem “it-Tieni Nota”). Dawn in-noti dwar id-determinazzjoni tal-valur normali u l-fatturi ta’ produzzjoni ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti msemmija fil-premessa (112), u indirizzaw ukoll il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati dwar dawn il-fatturi u dwar is-sorsi rilevanti maħsuba għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
3.4.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(114) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, l-Arġentina u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq il-bażi tal-introjtu gross nazzjonali fejn kien magħruf li ssir il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(115) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li finalment tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.4.3. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
(a) L-ewwel Nota
|
(116) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materja prima, l-enerġija, l-ilma u l-manodopera użati fil-produzzjoni taċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja. |
|
(117) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand iż-żewġ produtturi inklużi fil-kampjun Tianjin Tianhai High Pressure Container Corp., Ltd., Zhejiang Winner Fire Fighting Equipment Co., Ltd. kif ukoll mill-ilmentaturi. |
|
(118) |
L-ilmentaturi qiesu lill-Brażil bħala l-aktar għażla adegwata peress li kien hemm informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli għall-produttur ta’ prodotti tal-azzar li huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ (pereż. Arcelor Mittal S.A. (il-Brażil)), segwit mit-Turkija, li ġiet ikkunsidrata wkoll bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali. L-ilmentaturi qiesu li l-Arġentina ma kinitx tikkwalifika bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(119) |
Tianjin Tianhai High Pressure Container Corp., Ltd. (“Tianjin Tianhai”) qieset ukoll li fin-nuqqas ta’ data finanzjarja rilevanti faċilment disponibbli dwar il-produttur lokali identifikat, jenħtieġ li l-Arġentina tiġi skartata. Hija esprimiet ukoll preferenza għat-Turkija bħala l-aktar għażla xierqa. Tianjin Tianhai nnotat ukoll li, wara l-eżami tad-data finanzjarja ta’ Arcelor Mittal S.A., din il-kumpanija operat f’settur relatat iżda differenti (NACE 24) mill-prodott taħt investigazzjoni (NACE 25). Barra minn hekk, din il-kumpanija qieset li l-marġni ta’ profitt ikkalkolat ma huwiex raġonevoli, u li tali marġni ta’ profitt inkluda b’mod mhux xieraq xi elementi li jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kalkolu tal-marġni tad-dumping. |
|
(120) |
Fir-rigward tal-Brażil, il-Kummissjoni sabet li, abbażi tal-kodiċi tas-settur NACE 24, din il-kumpanija, tabilħaqq, ma kinitx attiva fis-settur tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li r-rapporti finanzjarji disponibbli għall-produttur Brażiljan tal-prodott taħt investigazzjoni, Mat Equipamentos Para Gases Ltda., kienu skaduti peress li kienu jappartjenu għas-sena 2016, jiġifieri ħafna qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ dan il-proċediment. |
|
(121) |
Zhejiang Winner Fire Fighting Equipment Co., Ltd. (“Winner”) qieset li la l-Brażil, l-Arġentina u lanqas it-Turkija ma setgħu jikkwalifikaw bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali għal din l-investigazzjoni. Alternattivament, Winner ipproponiet lill-Kolombja bħala pajjiż rappreżentattiv kemm fil-kumment tagħha għall-Ewwel Nota kif ukoll għat-Tieni Nota. |
|
(122) |
Fir-rigward tat-Turkija, filwaqt li tirrikonoxxi li ma kien hemm l-ebda informazzjoni faċilment disponibbli dwar kumpaniji speċifiċi li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’, madankollu, tidentifika informazzjoni finanzjarja xierqa disponibbli għas-settur li jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni għas-sena 2023 (C-Manifattura > 25.2-Manifattura ta’ tankijiet, reservoirs u kontenituri tal-metall) (83). Tali informazzjoni kkoinċidiet parzjalment mal-perjodu ta’ investigazzjoni u tista’ tkun pertinenti għal dik il-kumpanija waħda li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri CMV Cylinders Endustri Sanayi Ve Ticaret A.S. (“CMV”) (84), li tappartjeni għal dan is-settur speċifiku. |
|
(123) |
Winner argumentat ukoll kontra l-għażla tat-Turkija minħabba li din daħħlet fis-seħħ ukoll miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet tal-azzar mingħajr weldjatura (inkluż prodott taħt il-kodiċi SA 730439 u 730459) mill-2016. |
|
(124) |
L-ilmentaturi ddikjaraw ukoll li l-inflazzjoni fit-Turkija kienet għolja u dan irriżulta f’volatilità għolja tal-prezzijiet u wassal għal interventi ripetuti tal-gvern. L-ilmentaturi argumentaw li r-rata tal-inflazzjoni fil-Brażil kienet biss ta’ 4,6 % fl-2023. |
|
(125) |
Winner argumentat li r-rata għolja tal-inflazzjoni fit-Turkija u d-deprezzament kontinwu tal-Lira Torka kontra d-dollaru Amerikan jistgħu jżidu l-prezzijiet domestiċi permezz tal-importazzjonijiet ta’ oġġetti bħall-enerġija u l-materja prima, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni komplew jiżdiedu minkejja l-politiki monetarji stabbiliti mill-Gvern biex titnaqqas l-inflazzjoni. |
|
(126) |
Il-Kummissjoni nnotat li, kemm il-Brażil kif ukoll it-Turkija esperjenzaw pressjonijiet inflazzjonarji sinifikanti fl-2022, bir-rata tat-Turkija tilħaq livell ħafna ogħla minn dak tal-Brażil, li xorta kienet għadha għolja fil-livell ta’ 9,2 % fl-2022. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ż-żewġ nazzjonijiet raw tnaqqis gradwali fir-rati tal-inflazzjoni fis-snin sussegwenti, bir-rata tat-Turkija tonqos b’mod aktar qawwi minn dik tal-Brażil. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li filwaqt li l-inflazzjoni tista’ taffettwa l-kost lavorattiv jew tal-enerġija, il-prezzijiet tal-importazzjoni li kienu l-bażi għall-istabbiliment tal-valuri ta’ riferiment għall-biċċa l-kbira tal-FOPs, kienu bbażati fuq tranżazzjonijiet transfruntiera li normalment saru f’muniti oħra għajr dawk tal-pajjiż importatur, u għalhekk ma kinux affettwati mill-inflazzjoni. Barra minn hekk, il-valuri ta’ riferiment jiġu kkonvertiti fil-munita tal-pajjiż ikkonċernat, fejn l-impatt tal-inflazzjoni, li spiss ikun relatat mal-iżvalutazzjoni tal-munita, ma jkunx sinifikanti. |
|
(128) |
Fir-rigward tal-Kolombja, li ġiet proposta bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli minn Winner, il-Kummissjoni nnotat li, b’mod simili għar-RPĊ, dan il-pajjiż jaqa’ taħt il-kategorija ta’ pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” skont il-klassifikazzjoni tal-Bank Dinji. |
|
(129) |
Winner identifikat wkoll lil Ternium S.A. (85), kumpanija elenkata li timmanifattura prodotti tal-azzar fil-Kolombja. Madankollu, ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li turi li l-output ta’ din il-kumpanija kien qrib il-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, b’mod simili għal Arcelor Mittal S.A., il-Kummissjoni nnotat li din il-kumpanija operat f’settur relatat iżda differenti (NACE 24) mill-prodott taħt investigazzjoni. Fl-aħħar nett, Winner ipprovdiet rapporti finanzjarji li jkopru l-grupp Ternium kollu u mhux speċifikament lil Ternium Colombia S.A.S. |
|
(130) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-Kolombja kellha restrizzjonijiet u regolamenti kummerċjali speċifiċi fil-forma ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti FOPs irrapportati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina; jiġifieri:
|
|
(131) |
Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li la l-Kolombja f’dan il-każ, u lanqas il-kumpanija ppreżentata minn Winner ma setgħu jitqiesu fl-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(b) It-Tieni Nota
|
(132) |
Il-kummenti kollha dwar l-Ewwel Nota ġew indirizzati f’din it-Tieni Nota u ġew ikkonfermati s-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. It-Tieni Nota informat lill-partijiet interessati dwar l-għażla tat-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. L-Anness II tat-Tieni Nota pprovda ħarsa ġenerali lejn l-istatistika dwar l-importazzjoni fit-Turkija bbażata fuq Global Trade Atlas (“GTA”, Global Trade Atlas) għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni elenkati fl-Anness I (ara l-premessa (149)). Informat ukoll lill-partijiet interessati li se jistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“kostijiet SG&A”) u l-profitti abbażi tad-data mill-bażi ta’ data ta’ Türkiye Cumhuriyet Merkez Bankasi (TCMB) (88) għas-Settur 25.2 (il-manifattura ta’ tankijiet, reservoirs u kontenituri tal-metall) biex jinħadem il-valur normali. Madankollu, peress li l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura ma ġewx identifikati separatament fiċ-ċifri tal-kont tal-profitt u t-telf disponibbli u peress li dawn tqiesu li kienu inklużi fil-kost tal-oġġetti mibjugħa, il-valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura kien ibbażat fuq id-data speċifika tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun u ġie applikat fuq il-kost “ikkalkulat mill-ġdid” tal-manifattura. |
|
(133) |
F’din it-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tuża l-istatistika ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika (89) fir-rigward tal-manodopera, bħala l-aktar sors statistiku affidabbli għal dan il-fattur. Tabilħaqq, dan l-istitut ippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet lavorattivi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni ddikjarat li beħsiebha tistabbilixxi l-valuri ta’ riferiment abbażi tal-kostijiet lavorattivi medji fis-siegħa għall-2022 għall-attività ekonomika “Manifattura ta’ metalli bażiċi”, il-kodiċi NACE 24 skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valuri se jiġu aġġustati aktar għall-inflazzjoni permezz tal-indiċi domestiku tal-prezzijiet għall-konsumatur (90) sabiex jirriflettu l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(134) |
L-ilmentaturi argumentaw li għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-kostijiet lavorattivi li kienu rappreżentattivi tal-ammont sħiħ tal-kost lavorattiv fil-pajjiż rappreżentattiv, b’mod partikolari billi jintużaw ċifri li kienu jidhru affidabbli, bħall-Eurostat. B’hekk, l-Ilmentaturi sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddependi fuq iċ-ċifri tal-Eurostat, li tqiesu li huma aktar affidabbli mill-istatistika ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika. |
|
(135) |
Madankollu, l-ilmentaturi ddikjaraw li jekk dan l-approċċ jinżamm xorta waħda, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-aħħar informazzjoni disponibbli dwar is-sigħat tax-xogħol reali fil-ġimgħa u l-kost lavorattiv medju fix-xahar skont l-attività ekonomika, u mhux is-“Sigħat medji mħallsa fix-xahar, il-pagi grossi u l-qligħ skont l-attività ekonomika” tal-2022 kif deskritt fit-Tieni Nota (91). L-Ilmentaturi nnotaw ukoll li l-kostijiet tal-impjegaturi għall-kontribuzzjonijiet tal-fond tas-sigurtà soċjali u tal-qgħad kienu sottovalutati fit-Turkija, peress li l-obbligazzjoni totali tal-assigurazzjoni tal-impjegaturi mill-kostijiet lavorattivi totali kienet ta’ 22,75 % biss. |
|
(136) |
Il-Kummissjoni sostniet li l-użu tal-istatistiċi ppubblikati mill-Istitut Statistiku Tork fir-rigward tax-xogħol, kif aġġustat għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-prezz tal-konsumatur domestiku biex jiġu riflessi l-kostijiet għall-perjodu ta’ investigazzjoni baqa’ l-aktar sors statistiku affidabbli għal dan il-fattur ta’ produzzjoni. |
|
(137) |
L-ilmentaturi tennew li l-Brażil kellu livell aktar baxx ta’ importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni miċ-Ċina milli t-Turkija u l-Arġentina. Għalhekk, argumentaw li l-prezzijiet ġenerali tal-FOP ikunu l-inqas affettwati minn kwalunkwe distorsjoni tal-prezz tal-inputs. |
|
(138) |
Fir-rigward tal-Brażil u l-kumpanija li ġiet identifikata fl-Ewwel Nota bħala produttur, jiġifieri Arcelor Mittal S.A., il-Kummissjoni nnotat li ma kinitx qed tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni u għalhekk ma kinitx kandidat adattat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt. |
|
(139) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra fil-fajl disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-preżenza ta’ kumpaniji oħrajn li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pajjiż ma setax jibqa’ jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(140) |
Fir-rigward tal-inflazzjoni, filwaqt li qablu mal-affermazzjoni tal-Kummissjoni li kemm it-Turkija kif ukoll il-Brażil esperjenzaw tnaqqis sinifikanti fl-inflazzjoni fl-2023, l-ilmentaturi argumentaw li r-rata tal-inflazzjoni fil-Brażil kienet biss ta’ 4,6 % fl-2023. Barra minn hekk, l-ilmentaturi qiesu li l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet denominati f’munita għajr dik tal-pajjiż importatur xorta jistgħu jiġu affettwati minn tendenzi inflazzjonarji. |
|
(141) |
Fin-nuqqas ta’ unitajiet supplimentari fl-istatistiċi tal-importazzjoni relatati mal-parts tal-attrezzatura taċ-ċilindri bħal valvi li jippermettu l-kalkolu ta’ valuri ta’ riferiment sinifikanti fuq bażi ta’ kull biċċa, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li terġa’ teżamina s-sitwazzjoni matul l-investigazzjoni. Filwaqt li nnotaw li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni verifikabbli faċilment dwar il-metodoloġija ta’ konverżjoni, l-Ilmentaturi esprimew tħassib fir-rigward tal-approċċ propost għad-determinazzjoni tal-prezz tal-valvi. L-Ilmentaturi fakkru li l-konverżjonijiet tal-piż unitarju kienu fost dawk l-elementi li setgħu jintużaw faċilment sabiex jiġu distorti ċ-ċifri rrapportati bil-għan li jfittxu li jiksbu marġnijiet tad-dumping aktar baxxi. |
|
(142) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post li saru fil-bini tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li t-tabelli ta’ konverżjoni tal-valvi f’kg kienu jaqblu mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kif spjegat fil-premessa (155), il-valvi ġew ittrasferiti taħt “materjal konsumabbli” sabiex ma ġie kkalkolat l-ebda valur ta’ riferiment għal dan il-fattur partikolari tal-produzzjoni. |
|
(143) |
Fir-rigward tal-Arġentina, fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra fil-fajl disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-preżenza ta’ kumpaniji oħrajn li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkonkludiet li dak il-pajjiż ma setax jibqa’ jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(144) |
Fil-kummenti tagħha għat-Tieni Nota, Winner tenniet li l-Kolombja baqgħet il-pajjiż rappreżentattiv ottimali peress li pprovdiet kundizzjonijiet ekonomiċi aktar stabbli u data affidabbli dwar il-kummerċ. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni fil-Kolombja. L-analiżi tad-data tal-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet f’dan il-pajjiż tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni kienu affettwati mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u, għalhekk ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv adattat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija identifikata minn Winner: Ternium Colombia S.A.S., operat f’settur relatat iżda differenti (NACE 24) mill-prodott taħt investigazzjoni kif spjegat fil-premessa (129). Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet kontra l-għażla tat-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv ġew miċħuda. |
|
(145) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, kif imsemmi fil-premessa (150), il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bit-tieni nota li kellha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-bażi ta’ data ta’ TCMB għas-Settur 25.2 (il-manifattura ta’ tankijiet, reservoirs u kontenituri tal-metall) f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
3.4.4. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(146) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. |
3.4.5. Konklużjoni
|
(147) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.5. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(148) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(149) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika (92) biex tistabbilixxi kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni u t-tabelli tat-tariffi tal-elettriku bbażati fuq il-kontijiet tal-elettriku ppubblikati mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA, Energy Market Regulatory Authority) (93) kif ukoll il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika (94). |
|
(150) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni sħiħa u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-oġġetti negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjali konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat li hija se tikkalkula l-persentaġġ tal-materjali konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u se tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni kellha wkoll l-intenzjoni li tuża t-tariffa tal-ilma imposta mid-Direttorat Ġenerali tal-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir (CMV tinsab f’din il-belt) li huwa responsabbli għall-provvista tal-ilma, għall-ġbir u t-trattament tad-drenaġġ fil-Muniċipalità Metropolitana ta’ Izmir. |
3.6. Kostijiet u valuri valur ta’ riferiment mingħajr distorsjoni
|
(151) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni ta’ ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(152) |
Il-Kummissjoni kkalkolat proporzjon għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura abbażi tad-data speċifika għall-kumpanija u applikatu fuq il-kost “ikkalkolat mill-ġdid” tal-manifattura. |
3.6.1.1.
|
(153) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (95). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif ikkonkludiet fil-premessa (108) li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(154) |
Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni taħt rieżami. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjali konsumabbli kif spjegat fil-premessa (150). |
|
(155) |
Fin-nuqqas ta’ statistika dwar il-volum tal-importazzjoni għal valvi, ċrieki tal-għonq u tappijiet rrapportati f’biċċiet, u meta titqies id-diversità ta’ tali fatturi ta’ produzzjoni għal elementi bħall-forma, id-daqs u l-piż unitarju, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkalkula valur ta’ riferiment sinifikanti għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni. Għalhekk, meta jitqies ukoll is-sehem limitat tagħhom fil-kost totali tal-manifattura, il-Kummissjoni ddeċidiet li tmexxi dawn il-fatturi ta’ produzzjoni taħt materjali konsumabbli. |
|
(156) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst mill-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni żiedet id-dazji tal-importazzjoni relevanti mal-valur tal-kost, assigurazzjoni u nol (il-valur CIF, cost, insurance, freight) irreġistrat fl-istatistika tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, kif disponibbli fil-GTA. |
|
(157) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.6.1.2.
|
(158) |
L-Uffiċċju tal-Investiment u l-Finanzi jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-kost tal-ilma għal użu industrijali għall-kumpaniji li jinsabu fiż-żona industrijali ta’ Izmir, fejn tinsab CMV, produttur tal-prodott taħt investigazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli kif ippubblikata minn din l-organizzazzjoni. Il-valur ta’ riferiment huwa bbażat fuq il-kost tal-ilma u tal-ilma mormi fuq bażi għal kull m3 (96). |
3.6.1.3.
|
(159) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kost lavorattiv medju fl-attività ekonomika “Manifattura ta’ metalli bażiċi”, il-klassifikazzjoni tal-KODIĊI NACE 2.0 Rev.2 (97). |
3.6.1.4.
|
(160) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Turkija huwa ppubblikat mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA) fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti fil-munita/kWh kif ippubblikata mill-EMRA. |
3.6.1.5.
|
(161) |
Il-prezz tal-gass naturali għall-kumpaniji fis-settur tal-azzar, bħall-utenti industrijali fit-Turkija huwa ppubblikat mill-uffiċċju Tork tal-Investiment u l-Finanzi (98). Il-Kummissjoni użat l-istatistika disponibbli abbażi tal-Prezz tal-Bejgħ bl-Ingrossa tal-Gass Naturali ta’ Marzu tal-2024 li jikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.6.1.6.
|
(162) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(163) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura mġarrba effettivament mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(164) |
Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għas-settur li jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni għas-sena 2023 (C-Manifattura > 25.2-Manifattura ta’ tankijiet, reservoirs u kontenituri tal-metall) (99), kif spjegat fil-premessa (122). |
3.7. Kalkolu
3.7.1. Valur normali
|
(165) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(166) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.6.1.1. |
|
(167) |
Ma’ dan il-kost, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura kif spjegat fil-premessa (163). |
|
(168) |
Il-kostijiet SG&A u l-profitt ddeterminati fuq il-bażi tal-informazzjoni finanzjarja disponibbli għas-settur li jipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni għas-sena 2023 (C-Manifattura > 25.2-Manifattura ta’ tankijiet, reservoirs u kontenituri tal-metall) kif spjegat fil-premessa (122) ġew applikati għas-somma tal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura u għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura; jiġifieri l-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(169) |
Il-kostijiet SG&A espressi bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”, Costs of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 19,4 %. Il-profitt, espress bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 12,6 %. |
|
(170) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.7.2. Prezz tal-esportazzjoni
|
(171) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew b’mod dirett lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati domestiċi li jaġixxu bħala kummerċjanti. |
|
(172) |
Fiż-żewġ każijiet, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
3.7.3. Tqabbil
|
(173) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun xieraq bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel aġġustamenti għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.7.3.1.
|
(174) |
Kif huwa spjegat fil-premessi (165) sa (170), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-kostijiet SG&A u tal-profitt, li tqiesu li huma raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinnettja lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
3.7.3.2.
|
(176) |
Sabiex isir netting tal-prezz tal-esportazzjoni lura għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti fil-kont tad-dazju doganali, imposti oħra fuq l-importazzjoni, nol, assigurazzjoni, immaniġġjar tat-tagħbija u spejjeż anċillari. |
|
(177) |
Sar ukoll aġġustament għall-kummissjonijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għall-kummerċjant relatat ta’ Winner u Tianjin Tianhai billi tnaqqsu l-kostijiet SG&A tan-negozjanti relatati u profitt nozzjonali ta’ 5 %. Tali aġġustament instab li kien iġġustifikat permezz ta’ kuntratt bejn il-produttur esportatur u l-kummerċjant relatat tiegħu li juri l-eżistenza ta’ klawsola ta’ arbitraġġ f’każ ta’ kunflitt bejniethom it-tnejn. Il-profitt nozzjonali ta’ 5 %, kien allinjat mal-profitt dedott f’każijiet tal-azzar reċenti oħrajn li jikkonċernaw prodotti li jintegraw l-inputs tal-azzar fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-importaturi mhux relatati. |
3.7.4. Marġnijiet tad-dumping
|
(178) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(179) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(180) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet medji ponderati tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet tad-dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(181) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 74,5 %. |
|
(182) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti abbażi tal-istatistika tal-Eurostat kif spjegata fit-Taqsima 4.3.1. |
|
(183) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa baxx għaliex l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 54 % tal-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PI. |
|
(184) |
Il-Kummissjoni fakkret li t-Taqsima 10 tan-Notifika tal-Bidu (100) kienet infurmat lill-partijiet li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, jew kooperazzjoni parzjali biss, jistgħu jwasslu għal sejbiet ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, li potenzjalment jirriżultaw f’eżiti inqas favorevoli għal dawk il-partijiet. Minħabba li l-partijiet interessati ġew avżati b’mod ċar dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni, u li l-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien partikolarment baxx, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li jiġi ddeterminat id-dazju tad-dumping residwu bbażat fuq subsett rappreżentattiv ta’ bejgħ mill-BTIC Group li, huwa stess, jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-volum totali tal-esportazzjoni tal-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-bejgħ tqies bħala indikatur raġonevoli u rappreżentattiv għall-imġiba tad-dumping tal-esportaturi li ma kkooperawx. |
|
(185) |
Għalhekk, il-marġni tad-dumping residwu ġie stabbilit għal 119 %. |
|
(186) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(187) |
Il-prodott simili ġie manifatturat minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(188) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbiltà għal madwar 6 782 k unità/biċċa. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-kwestjonarju makro, l-informazzjoni miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika lill-produtturi inklużi fil-kampjun, il-kwestjonarji ppreżentati minn produtturi oħrajn li kkooperaw u l-istatistika uffiċjali tal-Eurostat. Kif indikat fil-premessa (7), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irrappreżentaw 47 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 42 % tal-kwantità totali stmata ta’ bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(189) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju makro li waslet mingħand l-ilmentatur, kontroverifikata, fejn possibbli, mat-tweġibiet vverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi terzi abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. |
|
(190) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (unità/biċċiet)
|
||||||||||||||||||||||
|
(191) |
Abbażi ta’ dan, wara tkabbir qawwi fl-2021 u tnaqqis sussegwenti li seta’ ġie kkawżat mill-kumulazzjoni ta’ riżervi minħabba l-biża’ ta’ nuqqas ta’ provvista fil-kuntest tal-COVID-19 jew imġiba mhux mistennija tal-konsumatur, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(192) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(193) |
Permezz tal-valutazzjoni tal-akkuratezza tal-istatistika dwar l-importazzjoni, ġie identifikat li reċipjenti żgħar tal-gass li ma jistgħux jerġgħu jimtlew—li jaqgħu barra mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat—tipikament ikollhom piż unitarju ferm inqas minn 1 kg. B’kuntrast ma’ dan, il-prodott ikkonċernat għandu piż unitarju minimu ta’ 1 kg. Għar-referenza, l-iżgħar ċilindru prodott mill-industrija tal-Unjoni, b’volum ta’ 0,8 litru, jiżen madwar 1,5 kg. Għalhekk, intuża metodu ta’ filtrazzjoni li eskluda l-entrati kollha tal-importazzjoni b’piż unitarju ta’ inqas minn 1 kg biex tiġi evitata l-inklużjoni ta’ prodotti barra mill-ambitu. |
|
(194) |
Sabiex ittejjeb l-akkuratezza, il-Kummissjoni applikat il-metodu ta’ filtrazzjoni bbażat fuq il-piż għad-data tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet għall-kodiċijiet NM 7311 00 11 u 7311 00 30 , li għalihom kien disponibbli rappurtar ta’ kuljum. Għall-kodiċijiet NM 7311 00 13 u 7311 00 19 , hija qagħdet fuq id-data tal-Eurostat ta’ kull xahar u applikat l-istess limitu ta’ esklużjoni bbażat fuq il-piż unitarju. |
|
(195) |
Is-sett ta’ data li jirriżulta, iffiltrat fl-ogħla livell ta’ granularità possibbli bl-użu tal-limiti tal-piż, ipprovda l-aktar stima preċiża tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, li turi xejriet ċari u sinifikanti tal-importazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward taċ-Ċina. |
|
(196) |
Għal apparati tat-tifi tan-nar vojta ikklassifikati taħt il-kodiċijiet TARIC 8424 10 00 11 u 8424 10 00 21, id-data dwar l-importazzjoni kienet disponibbli biss għal 3 xhur (minn Marzu sa Mejju 2025), barra mill-perjodu ta’ investigazzjoni, u ġiet espressa f’kilogrammi minflok f’biċċiet. Minħabba din id-data limitata u inkonsistenti, kif ukoll ir-rappreżentattività baxxa ħafna ta’ dan it-tip ta’ prodott, li jirrappreżenta biss madwar 2 % tal-volum totali taħt il-kodiċi NM rilevanti, dan it-tip ta’ prodott ma ġiex ikkunsidrat fl-istadju proviżorju, iżda se jiġi inkluż fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ladarba tkun disponibbli informazzjoni aktar kompluta u affidabbli. |
|
(197) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tas-suq tal-Unjoni: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni (unitajiet/biċċiet) u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(198) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni wrew xejra ċara u sinifikanti ’l fuq kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem mis-suq, speċjalment meta jitqiesu flimkien mal-konsum ġenerali tal-Unjoni. B’mod simili għall-konsum, l-importazzjonijiet Ċiniżi wrew tkabbir qawwi fl-2021 segwit minn tnaqqis, li seta’ kien ikkawżat minn kumulazzjoni ta’ riżerva minħabba l-biżgħat ta’ nuqqas ta’ provvista matul il-pandemija tal-COVID-19 jew bidliet mhux mistennija fl-imġiba tal-konsumatur. L-importazzjonijiet imbagħad irpiljaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u laħqu livell ta’ 33 % ogħla mill-2021. |
|
(199) |
Dan it-tkabbir qawwi ġie rifless fis-sehem mis-suq taċ-Ċina li qed jiżdied b’mod kostanti fl-Unjoni. Minn 60 % fl-2021, is-sehem mis-suq taċ-Ċina żdied għal 65 % fl-2022 u baqa’ stabbli sal-2023, qabel ma kompla jiżdied għal 70 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Anke meta l-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’mod temporanju, iċ-Ċina żammet pożizzjoni dominanti fis-suq, filwaqt li ddominat is-suq għad-detriment, b’mod partikolari, tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(200) |
L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu ħafna aktar malajr mill-konsum ġenerali tas-suq, u espandew b’aktar mid-doppju tar-rata matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(201) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet CIF li nkisbu mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(202) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/biċċa)
|
||||||||||||||||||||||
|
(203) |
Il-prezz medju baxx tal-importazzjonijiet għaċ-Ċina huwa primarjament xprunat mill-importazzjonijiet iddikjarati taħt il-kodiċi NM 7311001190, li rrappreżentaw aktar minn 80 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet Ċiniżi, imkejla f’biċċiet, matul il-perjodu kkunsidrat. Dan il-kodiċi NM jikkorrispondi għal tipi ta’ prodotti iżgħar, eħfef, u għalhekk inqas għaljin. Barra minn hekk, il-prezz medju huwa influwenzat ukoll mit-taħlita tal-prodott, li hija ffurmata mix-xejriet tad-domanda u tista’ tvarja maż-żmien. |
|
(204) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina segwew xejra ċara ’l isfel, u b’mod ġenerali naqsu b’31 %. Il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b’4 % fl-2022, b’6 % oħra fl-2023, u mbagħad, fil-perjodu ta’ investigazzjoni naqsu b’22 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. |
|
(205) |
Dan it-tnaqqis stabbli u dejjem aktar mgħaġġel fil-prezzijiet ħoloq pressjoni dejjem akbar fuq il-prezzijiet mill-esportaturi Ċiniżi fuq l-industrija tal-Unjoni, li ġiegħlet lil din tal-aħħar biex tnaqqas il-prezzijiet tagħha b’mod sinifikanti. It-tnaqqis qawwi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni indika strateġija ta’ pprezzar aggressiv li x’aktarx intensifikat il-pressjoni kompetittiva fuq il-produtturi tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-prezzijiet ikkoinċida ma’ żieda qawwija fil-volum u fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, li juri li importazzjonijiet orħos kellhom rwol ewlieni fis-sostituzzjoni tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(206) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(207) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 29 % u 76 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
4.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(208) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(209) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju ppreżentata mill-ilmentaturi, sussegwentement aġġornata biex tinkludi l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li tkopri d-data relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(210) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(211) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(212) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(213) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’24 %, u l-użu tal-kapaċità naqas minn 65 % għal 48 %, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 15 %. Dan issuġġerixxa li t-tnaqqis fil-produzzjoni ma kienx dovut għat-tnaqqis fid-domanda, iżda pjuttost għal żieda fil-pressjoni kompetittiva mill-importazzjonijiet. |
|
(214) |
B’mod partikolari, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu bi 33 % matul l-istess perjodu, bis-sehem mis-suq tagħhom kiber minn 60 % fl-2021 għal 70 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda sinifikanti kemm fil-volum kif ukoll fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi indikat li porzjon dejjem jikber tad-domanda tal-Unjoni kien qed jiġi ssodisfat minn prodotti importati aktar milli minn produzzjoni domestika. |
4.5.2.2.
|
(215) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(216) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni wera tnaqqis kostanti u kontinwu, kemm fil-kwantità assoluta kif ukoll fis-sehem mis-suq. |
|
(217) |
Fl-2022, il-volumi tal-bejgħ naqsu bi ftit meta mqabbla mal-2021, u dan jissuġġerixxi staġnar inizjali. Madankollu, is-sitwazzjoni marret għall-agħar b’mod sinifikanti fl-2023, meta l-bejgħ naqas drastikament b’20 %, livell li baqa’ l-istess fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan indika li t-tnaqqis fil-bejgħ ma kienx fluttwazzjoni temporanja iżda parti minn xejra sostnuta ta’ tnaqqis. |
|
(218) |
Is-sehem mis-suq segwa trajettorja negattiva ugwalment persistenti. Dan naqas minn 32 % fl-2021 għal 27 % fl-2022, imbagħad kompla għal 25 % fl-2023, u fl-aħħar laħaq biss 22 % fil-PI. L-erożjoni sena wara sena fis-sehem mis-suq uriet it-telf progressiv tal-preżenza tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tagħhom stess. |
|
(219) |
Ta’ min jinnota li dan it-tnaqqis kontinwu seħħ fl-isfond taż-żieda fil-konsum tal-Unjoni, li żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess ħin, l-importazzjonijiet miċ-Ċina espandew b’mod sinifikanti fil-volum u fis-sehem mis-suq. Għaldaqstant, il-produtturi tal-Unjoni ma kinux qed jitilfu l-bejgħ minħabba suq li qed jiċkien, iżda minflok il-bejgħ tagħhom ġie sostitwit dejjem aktar mill-importazzjonijiet, b’mod partikolari mir-RPĊ. |
4.5.2.3.
|
(220) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 15 %, u dan jirrifletti suq li qed jespandi b’domanda dejjem akbar. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn dan it-tkabbir. Il-volum tal-bejgħ tagħhom naqas b’20 %, is-sehem mis-suq naqas minn 32 % għal 22 %, filwaqt li l-produzzjoni naqset b’24 %. Minkejja żieda żgħira fil-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas drastikament minn 65 % għal 48 %. Sadanittant, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi 33 %, u kisbu 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq, u laħqu 70 % fil-PI. Din ix-xejra kontrastanti wriet li l-produtturi tal-Unjoni waqgħu lura mhux minħabba t-tnaqqis fid-domanda, iżda b’riżultat ta’ pressjoni dejjem akbar minn importazzjonijiet Ċiniżi li qed jiżdiedu malajr u possibbilment inġusti. |
|
(221) |
Il-kombinazzjoni ta’ tnaqqis persistenti fil-bejgħ, tnaqqis fis-sehem mis-suq, u produzzjoni staġnata minkejja żieda fid-domanda, tipprovdi evidenza ċara ta’ dannu, filwaqt li tirrifletti dgħufija strutturali tal-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq. |
|
(222) |
Din ix-xejra kontrastanti tindika li l-produtturi tal-Unjoni kienu dejjem aktar imbuttati ’l barra mis-suq, mhux minħabba t-tnaqqis fid-domanda, iżda minħabba pressjoni dejjem akbar mit-tkabbir rapidu tal-importazzjonijiet Ċiniżi. |
4.5.2.4.
|
(223) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(224) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni wrew tnaqqis gradwali iżda konsistenti, li jirrifletti d-deterjorament fil-prestazzjoni tas-settur. L-għadd ta’ impjegati ekwivalenti għall-full-time (FTE, full-time equivalent) naqas sena b’sena: naqas bi 3 % fl-2022, naqas bi ftit oħra fl-2023, u laħaq tnaqqis totali ta’ 6 % fil-PI meta mqabbel mal-2021. Dan it-tnaqqis kostanti jissuġġerixxi li l-produtturi kienu qed jadattaw b’mod inkrementali għall-attività tal-produzzjoni li kienet qed tiddgħajjef billi naqqsu l-input tax-xogħol. |
|
(225) |
Fl-istess ħin, il-produttività naqset drastikament, speċjalment bejn l-2022 u l-2023, u naqset b’19 % wara tnaqqis modest ta’ 2 % fl-2022 u baqgħet f’dak il-livell baxx matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan jirrifletti kapaċità mhux utilizzata biżżejjed u ineffiċjenzi operazzjonali, peress li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jaġġustaw il-forza tax-xogħol tagħhom malajr jew b’mod proporzjonali għat-tnaqqis sostnut fil-produzzjoni kkawżat minn tnaqqis fil-bejgħ u żieda fil-pressjoni fuq l-importazzjoni. |
|
(226) |
Fil-qosor, ix-xejra fl-impjiegi tiżvela aġġustament kawt ’l isfel fil-forza tax-xogħol, filwaqt li t-tnaqqis qawwi fil-produttività jenfasizza l-pressjoni ekonomika usa’ fuq l-industrija peress li din ma wrietx l-aħjar effiċjenza fl-operat tagħha minħabba output li qed jonqos u l-kompetizzjoni intensifikata tas-suq. |
4.5.2.5.
|
(227) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-kwantità u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(228) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(229) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(230) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-bejgħ unitarju fis-suq tal-Unjoni inizjalment żdiedu b’mod sinifikanti, żieda ta’ 34 % fl-2022 meta mqabbla mal-2021. Din ix-xejra ’l fuq kompliet kemxejn fl-2023, bil-prezzijiet jilħqu l-ogħla livell b’żieda ta’ 37 % meta mqabbla mal-2021. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet naqsu b’14 % meta mqabbla mal-2023, għalkemm baqgħu 18 % ogħla mil-livell tal-2021. Din ix-xejra ssuġġeriet li l-produtturi tal-Unjoni inizjalment għaddew parti miż-żieda fil-kostijiet lill-klijenti, iżda aktar tard kienu mġiegħla jnaqqsu l-prezzijiet, minħabba pressjoni kompetittiva dejjem akbar minn importazzjonijiet bi prezz baxx, speċjalment miċ-Ċina. |
|
(231) |
B’mod parallel, il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni segwew xejra simili iżda saħansitra aktar evidenti. Il-kostijiet żdiedu b’35 % fl-2022 u laħqu l-ogħla livell fl-2023 b’żieda ta’ 50 % meta mqabbla mas-sena bażi. Għalkemm il-kostijiet naqsu xi ftit fil-PI, dawn baqgħu 28 % ogħla mil-livelli tal-2021. Iż-żieda inizjali x’aktarx irriflettiet il-pressjonijiet inflazzjonarji, iż-żieda fil-prezzijiet tal-input (pereż. l-enerġija, il-materjali), u t-tnaqqis fl-ekonomiji ta’ skala minħabba tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni. |
|
(232) |
B’mod partikolari, għall-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu aktar malajr mill-prezzijiet tal-bejgħ, b’mod partikolari fl-2023, fejn id-diskrepanza bejn il-kost u l-prezz kienet l-akbar waħda, li ddeterjorat is-sitwazzjoni ekonomika tal-produtturi tal-Unjoni. Fil-PI, kemm il-prezzijiet kif ukoll il-kostijiet naqsu, iżda l-kostijiet xorta qabżu l-prezzijiet tal-bejgħ. |
|
(233) |
It-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni u s-sehem dejjem jikber tal-importazzjonijiet Ċiniżi għamluha aktar diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni li jżommu l-prezzijiet tagħhom għoljin biżżejjed biex ikopru l-kostijiet li qed jiżdiedu. Iż-żieda fl-importazzjonijiet orħos, speċjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, naqqset b’mod qawwi l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni. |
4.5.3.2.
|
(234) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(235) |
Bejn l-2021 u l-PI, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’mod kostanti. L-aktar żieda sinifikanti seħħet fl-ewwel sena tal-perjodu, meta l-kostijiet lavorattivi żdiedu b’9 %. Din iż-żieda bikrija qawwija x’aktarx li rriżultat minn pressjonijiet inflazzjonarji li rriżultaw wara l-pandemija tal-COVID-19, li matulha l-produtturi ffaċċjaw żieda fid-domandi tal-pagi u, f’xi Stati Membri, taw mandat legali jew innegozjaw b’mod kollettiv l-aġġustamenti fil-pagi. |
|
(236) |
Fis-sena ta’ wara, il-kostijiet lavorattivi komplew jiżdiedu, għalkemm b’pass kemxejn aktar bil-mod ta’ madwar 5 %. Dan it-tkabbir indika effetti inflazzjonarji sostnuti iżda moderati, flimkien ma’ sforzi biex tinżamm forza tax-xogħol kwalifikata f’suq kompetittiv. Fil-PI, ir-rata taż-żieda kompliet tonqos għal madwar 2 %, u dan jindika tnaqqis potenzjali fil-pressjonijiet għal żieda fil-pagi jew l-impatt tal-miżuri ta’ konteniment tal-kostijiet u ta’ effiċjenza introdotti mill-produtturi. |
4.5.3.3.
|
(237) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Stokks
|
|||||||||||||||||||||||||||
|
(238) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-inventarji segwew xejra li tvarja iżda fl-aħħar mill-aħħar ’l isfel, li tirrifletti l-livelli ta’ produzzjoni u l-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu. Fl-2022, l-istokks baqgħu relattivament stabbli, bi tnaqqis żgħir biss ta’ 4 % meta mqabbel mal-2021. Madankollu, fl-2023, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 17 %, u laħqu l-ogħla punt tagħhom matul il-perjodu. Din iż-żieda x’aktarx kienet dovuta għal bejgħ aktar baxx u għal sehem mis-suq li qed jiċkien, li wasslu għall-ħżin ta’ aktar prodotti mhux mibjugħa. |
|
(239) |
Sal-PI, l-istokks naqsu drastikament, bi tnaqqis ta’ 44 punt perċentwali meta mqabbla mal-2023, u reġgħu lura għal livell ferm aktar baxx minn dak tas-sena tal-bidu. Meta wieħed iħares lejn l-istokks bħala sehem tal-produzzjoni, ġie osservat li l-inventarji baqgħu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat, u dan jissuġġerixxi li l-produtturi kienu qed jimmaniġġjaw l-istokk b’kawtela. |
4.5.3.4.
|
(240) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(241) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat. Il-profittabbiltà naqset b’mod kostanti matul il-perjodu, b’bidu pożittiv iżda mbagħad naqset gradwalment kull sena. Din saret negattiva ħafna fit-tielet sena u baqgħet negattiva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din ix-xejra ’l isfel irriflettiet il-kostijiet li qed jiżdiedu, il-volumi tal-bejgħ aktar baxxi, u s-sehem mis-suq li qed jiċkien minħabba żieda fil-kompetizzjoni tal-importazzjoni, li għafset b’mod sinifikanti l-marġnijiet tal-profitt. |
|
(242) |
Il-fluss tal-flus nett, li jirrifletti l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw lilhom infushom, naqas minn madwar EUR 14,8–15,2 miljun fl-ewwel sena għal madwar EUR 14,0–14,5 miljun fit-tieni sena, qabel ma niżel għal madwar EUR 2,3–2,6 miljun fit-tielet sena u kompla jonqos għal madwar EUR 1,7–1,85 miljun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ madwar 88 % mill-ewwel sena. Dan it-tnaqqis qawwi enfasizza l-pressjoni finanzjarja kkawżata minn tnaqqis fil-profittabbiltà u finanzjament intern limitat. |
|
(243) |
Minkejja d-diffikultajiet finanzjarji, l-investimenti żdiedu minn madwar EUR 2,8–3,0 miljun fl-ewwel sena għal aktar minn EUR 4,9–5,1 miljun fit-tieni sena, u baqgħu qrib EUR 4,9–5,05 miljun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan irrappreżenta żieda ġenerali ta’ kważi 72 % meta mqabbel mal-ewwel sena, li jissuġġerixxi sforzi biex tinżamm jew tiġi aġġornata l-kapaċità tal-produzzjoni minkejja kundizzjonijiet finanzjarji dejjem aktar stretti. |
|
(244) |
Ir-redditu fuq l-investimenti, definit bħala l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, naqas minn [15,5 % – 17,2 %] fl-ewwel sena għal [11,2 % – 12,4 %] fit-tieni sena, qabel ma sar negattiv għal [-17,3 % – -15,8 %] fit-tielet sena u baqa’ negattiv għal [-15,4 % – -14,6 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn ir-redditi negattivi indikaw li l-investimenti ma kinux għadhom qed jiġġeneraw profitt suffiċjenti, x’aktarx minħabba kundizzjonijiet operattivi li kienu qed jiddeterjoraw u żieda fil-pressjoni tas-suq. |
|
(245) |
Minħabba dawn ix-xejriet, il-profittabbiltà naqset minn [3,7 % – 4,2 %] għal [-4,4 % – -4,1 %], il-fluss tal-flus naqas b’aktar minn 85 %, u r-redditu fuq l-investimenti nbidel u baqa’ negattiv, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jgħollu l-kapital naqset b’mod sinifikanti. Il-profitti mnaqqsa u r-riżervi tal-flus imnaqqsa kienu jnaqqsu l-fiduċja tal-investituri u jillimitaw l-aċċess għall-finanzjament, u b’hekk kienu jillimitaw il-kapaċità tal-produtturi li jinvestu u jikkompetu b’mod effettiv. |
4.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(246) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’mod sinifikanti, bil-volumi jiżdiedu b’madwar 33 % meta mqabbla mas-sena bażi, u s-sehem mis-suq żdied minn 60 % għal 70 %. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu drastikament b’madwar 31 %. Din il-kombinazzjoni ta’ volumi li qed jiżdiedu u prezzijiet li qed jonqsu tpoġġi pressjoni qawwija ’l isfel fuq is-suq tal-Unjoni, filwaqt li tagħmilha diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni li jikkompetu kemm fuq il-kwantità kif ukoll fuq il-prezz. Il-preżenza dejjem akbar ta’ importazzjonijiet bi prezz aktar baxx kienet fattur ewlieni li influwenza d-dinamika tas-suq. |
|
(247) |
Il-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ dannu wrew xejriet negattivi ċari. Il-produzzjoni naqset b’madwar 24 %, l-użu tal-kapaċità naqas minn 65 % għal 48 % (tnaqqis ta’ madwar 26 %), u l-volum tal-bejgħ naqas b’21 %. Il-profittabbiltà nbidlet minn marġni pożittiv ta’ [3,7 % – 4,2 %] għal telf ta’ madwar [-4,4 % – -4,1 %], filwaqt li l-fluss tal-flus nett naqas b’aktar minn 85 %, u dan illimita b’mod sever il-flessibbiltà finanzjarja. Dawn ix-xejriet negattivi sebqu kwalunkwe żvilupp pożittiv, u jirriflettu dannu profond u kontinwu għall-industrija tal-Unjoni. It-telf kontinwu tas-sehem mis-suq u l-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet, xprunati minn żieda fil-volumi tal-importazzjoni u prezzijiet tal-importazzjoni aktar baxxi, kienu fatturi dominanti li kkawżaw dan id-dannu. |
|
(248) |
Minbarra li l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu u dan ġie kkumpensat miż-żieda aktar qawwija fil-kost tal-produzzjoni, żewġ fatturi ta’ dannu biss urew xejriet pożittivi, jiġifieri l-kapaċità tal-produzzjoni, żieda ta’ 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, u l-livell sostnut ta’ investimenti mill-produtturi tal-Unjoni, li żdiedu bi kważi 72 % matul dan il-perjodu. Dan jissuġġerixxi sforzi kontinwi biex tinżamm jew tiġi aġġornata l-kapaċità tal-produzzjoni minkejja kundizzjonijiet avversi. Madankollu, dawn ix-xejriet pożittivi ma kinux biżżejjed biex jikkumpensaw għall-impatti negattivi. Pereżempju, il-produzzjoni naqset b’madwar 24 %, minkejja li l-konsum tal-Unjoni żdied b’madwar 15 %. Barra minn hekk, il-produttività naqset sostanzjalment bi kważi 19 %, x’aktarx minħabba tnaqqis fil-forza tax-xogħol u ineffiċjenzi operazzjonali, li jindika li l-investiment pożittiv ma ssarrafx f’output imtejjeb. |
|
(249) |
B’mod ġenerali, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 15 %, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’24 %, il-bejgħ naqas b’21 %, u l-profittabbiltà tal-produtturi naqset drastikament minn [3,7 % – 4,2 %] għal [-4,4 % – -4,1 %]. Din l-istampa turi li minkejja suq li qed jikber, l-industrija tal-Unjoni rat il-pożizzjoni tagħha tiddgħajjef minħabba li l-importazzjonijiet, prinċipalment miċ-Ċina, ħadu sehem akbar mis-suq. |
|
(250) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(251) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, iż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, id-domanda tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(252) |
Sabiex jiġi vvalutat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-volum u l-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet taħt investigazzjoni kkontribwewx b’mod sinifikanti għad-dannu materjali. |
|
(253) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b’mod sinifikanti, kemm f’termini assoluti kif ukoll fis-sehem mis-suq. B’mod speċifiku, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu bi 53 % u kisbu 10 punti perċentwali fis-sehem mis-suq. Fl-istess ħin, il-konsum tal-Unjoni kiber bi 15 %. Madankollu, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’21 %, u s-sehem mis-suq tagħha naqas kif xieraq. |
|
(254) |
Dan l-iżvilupp kontrastanti — fejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping żdiedu drastikament filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni tilfu kemm il-volum tal-bejgħ kif ukoll is-sehem mis-suq — issuġġerixxa b’mod qawwi rabta kawżali bejniethom it-tnejn. It-telf fil-volum tal-bejgħ għall-produtturi tal-Unjoni kien ir-riżultat ta’ żieda fil-kompetizzjoni minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz aktar baxx. Dan l-effett tal-volum ikkontribwixxa b’mod ċar għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(255) |
Barra minn hekk, l-effett fuq il-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina appoġġa l-eżistenza ta’ rabta kawżali għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezz unitarju medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas b’31 %, minn EUR 14,16 għal EUR 9,83 kull biċċa. B’kuntrast ma’ dan, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni żdiedu sal-2023 iżda mbagħad naqsu drastikament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, minħabba pressjoni minn importazzjonijiet bi prezz baxx. |
|
(256) |
Kien jidher ċar li dan it-twaqqigħ konsistenti u sinifikanti tal-prezz mill-importazzjonijiet Ċiniżi jista’ jnaqqas il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux iżommu l-livelli tal-prezzijiet tagħhom f’konformità maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, u dan wassal għal deterjorament fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Il-profittabbiltà naqset minn [3,7 % – 4,2 %] fl-2021, għal telf ta’ [-4,4 % – -4,1 %] matul il-PI. Il-pressjoni ’l isfel sostnuta fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwiet direttament għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(257) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkontribwew b’mod sinifikanti għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(258) |
L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għamlu pressjoni sostanzjali fuq il-volum u l-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Dan irriżulta f’kapaċità mhux utilizzata biżżejjed, indikaturi finanzjarji li qed jiddeterjoraw, u nuqqas ta’ kapaċità biex il-prezzijiet jiżdiedu b’mod suffiċjenti ħalli jkopru l-kostijiet li qed jiżdiedu. Għalhekk, anke jekk din jaf ma hijiex l-unika kawża, jidher biċ-ċar li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kellhom rwol sinifikanti fl-ikkaġunar tad-dannu materjali osservat. |
5.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(259) |
Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(260) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-uniċi pajjiżi terzi oħrajn li minnhom ġew importati volumi sinifikanti ta’ HPSC fl-Unjoni kienu t-Turkija u r-Renju Unit. |
|
(261) |
B’mod ġenerali, il-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiż ikkonċernat irreġistraw żieda fil-volum ta’ 19 % bejn l-2021 u l-PI, filwaqt li s-sehem mis-suq tagħhom baqa’ stabbli, u varja bejn 8 % u 10 % matul il-perjodu. Filwaqt li l-volumi żdiedu, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b’mod kostanti b’20 % meta mqabbla mal-2021, u naqsu progressivament kull sena. Minkejja dan it-tnaqqis fil-prezz, ix-xejra tal-importazzjoni tissuġġerixxi li l-operaturi minn dawn il-pajjiżi ffukaw fuq il-preservazzjoni tas-sehem mis-suq eżistenti minflok fuq l-espansjoni aggressiva tiegħu. Dan huwa appoġġat minn tnaqqis ta’ 6 % fil-volum matul il-PI. Il-prezzijiet minn dawn il-pajjiżi terzi kienu allinjati b’mod ġenerali ma’ dawk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2022, iżda sal-PI, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu naqsu b’madwar 34 % meta mqabbla mal-livelli tal-2021, filwaqt li l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni naqsu b’madwar 28 % biss, li jindika żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet fuq il-produtturi tal-Unjoni. |
|
(262) |
Il-produtturi esportaturi ewlenin minn pajjiżi oħrajn mhux soġġetti għal dazji tad-dumping, bħal pereżempju r-Renju Unit u t-Turkija, baqgħu stabbli jew naqsu f’termini ta’ volum u ta’ valur. Pereżempju, l-importazzjonijiet mir-Renju Unit naqsu minn 102 046 unità fl-2022 għal 72 615 unità fil-PI, filwaqt li l-importazzjonijiet tat-Turkija naqsu minn 164 343 unità fl-2023 għal 95 931 unità fil-PI. Bl-istess mod, il-valuri tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi naqsu wkoll. Dan issuġġerixxa li l-importazzjonijiet mhux oġġett ta’ dumping ma żdidux b’mod sinifikanti b’mod li seta’ għamel ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(263) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, b’mod partikolari l-fatt li s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi baqa’ relattivament stabbli, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li dawn l-importazzjonijiet ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(264) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(265) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqas b’25 % u l-prezzijiet medji żdiedu b’25 %. Dan it-tnaqqis simultanju fil-volum u ż-żieda fil-prezz issuġġerew li l-industrija tal-Unjoni aġġustat l-istrateġija tagħha tal-esportazzjoni, possibbilment billi ffukat fuq segmenti ta’ valur ogħla. |
|
(266) |
Iż-żieda fil-prezz għenet biex tikkumpensa parzjalment l-impatt negattiv tat-tnaqqis fil-volumi, filwaqt li indikat li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.4. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(267) |
Minkejja ż-żieda notevoli fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat li żdiedu minn madwar 3,6 miljun unità fl-2021 għal kważi 4,8 miljun unità fil-PI, ġew ivvalutati wkoll fatturi potenzjali oħrajn. |
|
(268) |
It-tibdil teknoloġiku, il-prattiki kummerċjali restrittivi, jew il-bidliet fix-xejriet tal-konsumatur ma ġewx irreġistrati bħala fatturi rilevanti matul il-perjodu. Ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat dgħufijiet strutturali interni minħabba dewmien teknoloġiku jew prestazzjoni insuffiċjenti fl-esportazzjoni li jispjegaw b’mod indipendenti t-tnaqqis fil-produzzjoni (-24 %), fil-bejgħ (-21 %), jew fil-profittabbiltà (minn [3,7 % – 4,2 %] għal [-4,4 % – -4,1 %]). Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’mod notevoli matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm kien hemm tnaqqis sussegwenti fil-PI. Din ix-xejra ’l fuq fil-kostijiet tal-produzzjoni tindika li l-industrija tal-Unjoni esperjenzat pressjonijiet sostanzjali fuq il-kostijiet, x’aktarx minħabba prezzijiet ogħla tal-materja prima, kostijiet tal-enerġija, jew spejjeż ġenerali oħra, li naqqsu l-marġnijiet ta’ profitt u llimitaw il-kapaċità tal-industrija li tikkompeti b’mod effettiv. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddihom kompletament lill-klijenti minħabba l-pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-prezzijiet inġustament baxxi ta’ dawn l-importazzjonijiet ġiegħlu lill-produtturi tal-Unjoni jassorbu ż-żieda fil-kostijiet, u b’hekk aggravaw id-diffikultajiet finanzjarji tagħhom. It-tnaqqis parzjali fil-kostijiet tal-produzzjoni fl-aħħar sena ma naqqasx biżżejjed din il-pressjoni. Dan in-nuqqas ta’ kapaċità li jiġu rkuprati kostijiet ogħla permezz tal-prezzijiet tal-bejgħ huwa wkoll fattur kritiku biex tintwera rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.5. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(269) |
L-analiżi kkonfermat rabta kawżali ċara bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied bi 33 % bejn l-2021 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, u dan żied is-sehem mis-suq tagħhom għad-detriment tal-produtturi tal-Unjoni. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi kkoinċidiet ma’ tnaqqis ta’ 24 % fil-produzzjoni, tnaqqis ta’ 21 % fil-bejgħ, u tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, minn [3,7 % – 4,2 %] għal [-4,4 % – -4,1 %], fl-industrija tal-Unjoni. Dan iż-żmien parallel appoġġa bil-qawwa l-konklużjoni li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kellhom rwol sinifikanti fid-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(270) |
Ġew eżaminati wkoll fatturi kontribwenti potenzjali oħrajn, bħall-prestazzjoni tal-esportazzjoni, il-bidliet fil-konsum, u l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn. L-esportazzjonijiet naqsu b’25 %, iżda dan ġie kkumpensat b’żieda ta’ 25 % fil-prezzijiet medji tal-esportazzjoni, li llimita l-impatt negattiv tiegħu. Is-suq tal-Unjoni nnifsu kiber bi 15 %, u għalhekk it-tnaqqis fid-domanda ma setax jispjega d-dannu. L-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn baqgħu relattivament stabbli jew saħansitra naqsu, u ma ġiet osservata l-ebda bidla teknoloġika jew strutturali sinifikanti. |
|
(271) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, primarjament permezz taż-żieda fil-volum tagħhom, it-tnaqqis fil-prezzijiet, u l-kisbiet fis-sehem mis-suq, filwaqt li l-kontribut ta’ fatturi oħra ma naqqasx ir-rabta kawżali. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(272) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(273) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(274) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabilità meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabilità li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(275) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni abbażi tal-profitt medju storiku (ponderat fuq il-fatturat) ta’ ħames produtturi tal-Unjoni fis-snin mill-2013 sal-2019. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 9,6 %. |
|
(276) |
L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza fil-forma ta’ pjanijiet ta’ investiment u minuti mil-laqgħat tal-bord li juru l l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R&Ż) u ta’ innovazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni u sabet li d-dikjarazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu ġġustifikati. |
|
(277) |
Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni (“RŻI”) f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni mal-ispejjeż reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Tali differenza, espressa bħala persentaġġ tal-fatturat, ġiet stabbilita f’livell ta’ bejn 1 u 5 % għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(278) |
Tali persentaġġi żdiedu mal-profitt bażiku ta’ 9,6 % imsemmi hawn fuq, li wassal għal profitt fil-mira li jvarja bejn 11,12 % u 14,47 %, skont il-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun. |
|
(279) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-evidenza disponibbli fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali ta’ EUR 0,90 għal kull biċċa, li ġie miżjud mal-prezz mhux dannuż. |
|
(280) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq mal-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(281) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(282) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet.
|
|
(283) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom (ara l-premessi (285) u (286) hawn taħt). |
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
Marġni
|
(284) |
Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
6.2.1. Tqabbil bejn il-marġni tad-dumping u l-bejgħ bil-prezz imwaqqa’
|
(285) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-marġni tad-dumping stabbilit b’mod proviżorju jkunx ogħla mill-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, mal-prezz fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kif spjegat fit-Taqsima 6.1 hawn fuq. Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli huwa muri fit-tabella ta’ hawn fuq. |
|
(286) |
Billi l-marġni tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ kkalkolat b’dan il-mod kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping għal BTIC Group, il-Kummissjoni wettqet l-eżami meħtieġ skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.3. Distorsjonijiet fil-materja prima
|
(287) |
Fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, it-tubi u l-pajpijiet tal-karbonju u tal-azzar illigat, li jirrappreżentaw 33 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huma soġġetti għal rifużjoni parzjali tal-VAT fuq l-esportazzjoni fir-RPĊ. |
|
(288) |
Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet u kwalunkwe distorsjoni oħra koperta mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fil-pajjiż ikkonċernat. |
|
(289) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu qed jużaw tubi u pajpijiet tal-azzar illigat u tal-karbonju bħala l-fatturi ewlenin tal-produzzjoni għall-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(290) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk xi materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hijiex distorta minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjonijiet, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kkonsultat is-sit web ta’ China Customs Solutions (101) u stabbiliet li l-VAT fuq l-esportazzjoni applikabbli fuq l-esportazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-karbonju u tal-azzar illigat li jaqgħu taħt il-kodiċi SA 730439 u 730459 kien biss parzjalment rimborżat (10 % minn 13 %). |
|
(291) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li kien hemm inċentiv biex dawn il-prodotti ma jiġux esportati sabiex il-mekkaniżmi tas-suq domestiku f’termini tal-iffissar tal-prezzijiet ikunu distorti. |
|
(292) |
Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tat-tubi u tal-pajpijiet tal-karbonju u tal-azzar illigat imħallsa mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qabblet il-prezz imħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mal-valur ta’ riferiment ikkalkolat għal dawn l-inputs kif irrapportat fit-Tabella 1. Dan it-tqabbil żvela li l-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv huma 180 sa 439 % ogħla milli fil-pajjiż ikkonċernat. Tali differenza ġiet ikkonfermata wkoll meta tqabbel il-prezz imħallas mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun mal-informazzjoni li tinsab fl-ilment (102) biex tiġi appoġġata d-dikjarazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Meta wieħed iqis il-firxa ta’ tali differenza, il-prezzijiet domestiċi tqiesu li huma ferm aktar baxxi mill-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi. |
|
(293) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk xi waħda mill-materja prima affettwata mill-miżuri kif deskritti fil-premessa (284) irrappreżentatx individwalment għal mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, intuża prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fit-Tabella 1. Il-Kummissjoni stabbiliet li t-tubi u l-pajpijiet tal-karbonju u tal-azzar illigat kienu kull wieħed jirrappreżentaw mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(294) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tubi u l-pajpijiet tal-karbonju u tal-azzar illigat huma soġġetti għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
6.3.1. Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(295) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-livell ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. |
6.3.1.1.
|
(296) |
L-ilment indika li ċ-Ċina għandha kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fil-produzzjoni tal-HPSC, li tidher li hija strutturali u prinċipalment xprunata minn politiki industrijali mmexxija mill-Istat, minn investiment żejjed fl-industrija peżanti, u minn provvista żejda persistenti fis-settur tal-azzar, b’mod partikolari f’tubi tal-azzar mingħajr weldjatura, il-materja prima ewlenija użata fil-manifattura tal-HPSC. Il-produzzjoni tal-HPSC tinvolvi proċess speċjalizzat tal-azzar bi stadji bħall-iffurmar, it-tisħin, l-iwweldjar, l-immaxinjar u l-kisi. Il-produtturi Ċiniżi jibbenefikaw minn żoni industrijali kbar fejn il-partijiet kollha tal-produzzjoni jinsabu qrib xulxin u huma appoġġati mill-ippjanar u s-sussidji tal-gvern lokali. |
|
(297) |
L-informazzjoni pprovduta b’appoġġ għall-ilment issuġġeriet li l-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-HPSC taċ-Ċina taqbeż it-30 miljun unità fis-sena, filwaqt li l-konsum domestiku għadu ferm aktar baxx, speċjalment minħabba t-tnaqqis riċenti f’setturi bħall-kostruzzjoni, il-manifattura tal-karozzi, u d-domanda industrijali ġenerali. B’riżultat ta’ dan, il-kapaċità ta’ riżerva stmata taqbeż l-10 miljun sa 15-il miljun ċilindru fis-sena, aktar mid-doppju tad-domanda totali fl-Unjoni, li hija madwar 6,88 miljun unità, u dan jenfasizza potenzjal qawwi biex il-volumi jiġu diretti mill-ġdid lejn swieq esterni. L-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-HPSC kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti, speċjalment lejn swieq mingħajr miżuri ta’ difiża tal-kummerċ. Din il-bidla hija intenzjonata u organizzata tajjeb. Hekk kif id-domanda domestika tonqos, il-produtturi Ċiniżi jiffokaw fuq is-swieq barranin biex jużaw il-kapaċità żejda. Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti minħabba d-daqs tiegħu, id-domanda għal ċilindri ċċertifikati f’setturi bħal dawk mediċi, industrijali u tal-idroġenu, u n-nuqqas ta’ miżuri speċifiċi ta’ difiża tal-kummerċ fuq ħafna prodotti tal-HPSC. |
|
(298) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità ta’ riżerva sinifikanti taċ-Ċina, flimkien mal-provvista żejda tal-azzar upstream u l-politiki industrijali appoġġati mill-Istat, hija xprun ewlieni wara ż-żieda fil-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Din il-provvista żejda strutturali kkontribwiet għal pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet fl-Unjoni, heddet il-vijabbiltà ekonomika tal-industrija tal-HPSC tal-Unjoni, u enfasizzat il-ħtieġa għall-applikazzjoni ta’ miżuri biex tinkiseb kompetizzjoni leali fis-suq. |
6.3.1.2.
|
(299) |
Fiċ-Ċina, il-kompetizzjoni għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-HPSC hija influwenzata ħafna mill-politiki u l-interventi tal-gvern li jaffettwaw l-ipprezzar u d-disponibbiltà. Dawn il-miżuri jgħinu biex il-kostijiet tal-input jinżammu aktar baxxi għall-produtturi Ċiniżi tal-HPSC meta mqabbla mal-kompetituri internazzjonali tagħhom. |
|
(300) |
B’kuntrast ma’ dan, il-produtturi tal-Unjoni tal-HPSC jeħtiġilhom jixtru materja prima bħal tubi tal-azzar mingħajr weldjatura u ligi ewlenin fis-suq internazzjonali miftuħ, fejn il-prezzijiet huma ddeterminati mill-provvista u d-domanda globali, l-indiċijiet tas-suq tal-azzar, u l-kostijiet tal-enerġija. Il-manifatturi Ewropej jiffaċċjaw prezzijiet tal-materja prima relattivament ogħla u aktar volatili mingħajr aċċess għal sussidji jew prezzijiet preferenzjali. L-Unjoni tikseb materja prima minn firxa varjata ta’ fornituri globali, inkluż fornituri Ewropej, Asjatiċi u Amerikani, li jagħmlu s-suq tal-UE sensittiv għall-fluttwazzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista globali, għall-avvenimenti ġeopolitiċi, u għad-disponibbiltà tal-materja prima. |
|
(301) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr weldjatura miċ-Ċina, b’rati li jvarjaw minn madwar 29 % sa 55 %. Dawn id-dazji għandhom l-għan li jikkontrobattu l-ipprezzar inġust u d-distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-prattiki tad-dumping, filwaqt li jipproteġu lill-produtturi tal-Unjoni mid-dannu. Madankollu, tali restrizzjonijiet u dazji fuq l-esportazzjoni jistgħu jnaqqsu d-disponibbiltà tal-materja prima fis-suq internazzjonali, li min-naħa tagħha tgħolli l-prezz tal-bejgħ tagħhom fl-Unjoni. Din iż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima fl-Unjoni tkompli twessa’ d-diskrepanza fil-kostijiet, u b’hekk toħloq vantaġġ saħansitra akbar għall-produtturi Ċiniżi tal-HPSC li jkomplu jibbenefikaw minn kostijiet domestiċi aktar baxxi tal-input. |
6.3.1.3.
|
(302) |
L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-HPSC hija mistennija li jkollha impatt limitat u maniġġabbli fuq il-ktajjen tal-provvista tal-Unjoni. L-HPSC jaqdu setturi vitali inkluż il-kura tas-saħħa, il-gassijiet industrijali, is-soppressjoni tan-nar, it-tagħmir tas-sikurezza, u s-suq tal-idroġenu li qed jikber. |
|
(303) |
Bħalissa l-industrija tal-Unjoni topera b’kapaċità ta’ 48 % biss minħabba dumping dannuż, iżda għandha biżżejjed kapaċità ta’ riżerva u għarfien espert biex iżżid il-produzzjoni u tissodisfa aktar domanda jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jonqsu. Fornituri alternattivi mit-Turkija, mir-Renju Unit, min-Norveġja u mill-Istati Uniti diġà jkopru aktar minn 9 % tas-suq, u flimkien ma’ żieda fil-produzzjoni tal-Unjoni, dawn jistgħu jissodisfaw sehem sinifikanti tal-ħtiġijiet tal-Unjoni. |
|
(304) |
L-HPSC jirrappreżentaw frazzjoni żgħira tal-kostijiet totali tal-utenti downstream u spiss jinkrew jew jiġu amortizzati maż-żmien, li jfisser li kwalunkwe żieda fil-kostijiet mid-dazji x’aktarx li ma taffettwax b’mod sinifikanti l-prezzijiet finali tal-prodott. Id-dazji ma jimblukkawx l-importazzjonijiet Ċiniżi, iżda jiżguraw li dawn jidħlu bi prezzijiet ġusti u mhux oġġett ta’ dumping. |
|
(305) |
Filwaqt li l-impatt tal-kost tal-miżuri AD iġorr miegħu prezz, huwa probabbli li dawn il-kostijiet se jinstebqu mill-effetti favorevoli usa’: il-miżuri se jgħinu biex tiġi żgurata provvista stabbli u affidabbli tal-Unjoni tal-HPSC, terġa’ tinkiseb kompetizzjoni leali fis-suq tal-Unjoni, u tissaħħaħ ir-reżiljenza industrijali tal-Unjoni. Għal setturi ewlenin bħall-gass, il-kura tas-saħħa u l-idroġenu, l-iżgurar ta’ aċċess sigur għal ċilindri ta’ kwalità huwa essenzjali biex tinżamm il-kontinwità operazzjonali, tiġi ssalvagwardjata s-sikurezza pubblika, u jiġu appoġġati l-għanijiet tal-Unjoni ta’ awtonomija strateġika u reżiljenza industrijali. |
6.3.2. Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(306) |
Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
|
(307) |
B’mod partikolari, l-industrija tal-HPSC taċ-Ċina għandha kapaċità ta’ riżerva sostanzjali, u l-impatt tal-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi huwa mistenni li jkun maniġġabbli għall-katina tal-provvista tal-Unjoni. Bħalissa l-industrija tal-Unjoni qed topera taħt il-kapaċità, iżda għandha l-għarfien espert tekniku u l-potenzjal ta’ produzzjoni ta’ riżerva biex iżżid l-output u tissodisfa d-domanda. Barra minn hekk, fornituri alternattivi minn pajjiżi oħrajn bħat-Turkija, ir-Renju Unit, in-Norveġja, u l-Istati Uniti jipprovdu aktar għażliet ta’ forniment. |
|
(308) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ma jkunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni ma humiex biss qed iġarrbu ħsara minħabba d-dumping, iżda qed ibatu wkoll minn distorsjonijiet addizzjonali tal-kummerċ meta mqabbla mal-produtturi esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, sabiex il-kummerċ ikun protett b’mod adegwat, il-livell tal-miżuri jrid ikun ekwivalenti għall-marġni tad-dumping kif stabbilit b’mod proviżorju. |
6.4. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(309) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti bħal hawn taħt f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku:
|
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(310) |
Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-utenti u tal-konsumaturi. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(311) |
L-industrija tal-Unjoni wriet grad għoli ta’ parteċipazzjoni fl-investigazzjoni, bil-produtturi jirrappreżentaw sehem sostanzjali tal-produzzjoni totali tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom biex jikkooperaw. Il-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw irrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni u l-bejgħ totali tal-Unjoni fil-PI, li jiżgura valutazzjoni rappreżentattiva tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(312) |
L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu kkunsidrat. Indikaturi bħat-tnaqqis fil-profittabbiltà, it-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità, it-telf tas-sehem mis-suq, u l-pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-bejgħ minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping juru b’mod ċar prestazzjoni ekonomika u finanzjarja li qed tiddeterjora. Dawn ix-xejriet negattivi dgħajfu l-kapaċità tal-industrija li żżomm operazzjonijiet sostenibbli u tinvesti fl-innovazzjoni u fl-effiċjenza. |
|
(313) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping hija mistennija li tirrestawra kompetizzjoni leali fis-suq tal-Unjoni. Din x’aktarx tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha bi prezzijiet sostenibbli, tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, u ttejjeb il-profittabbiltà tagħha. Kundizzjonijiet ekwi jippermettu wkoll lill-produtturi jottimizzaw l-użu tal-kapaċità u jinvestu f’aġġornamenti meħtieġa, filwaqt li jiżguraw il-vijabbiltà u l-kompetittività fit-tul. Mingħajr il-pressjoni inġusta fuq l-ipprezzar eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-industrija tkun f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex tirkupra u żżomm il-livelli tal-impjiegi. |
|
(314) |
Għall-kuntrarju, jekk il-miżuri ma jiġux imposti, l-industrija tal-Unjoni x’aktarx tkompli ssofri mill-effetti ta’ importazzjonijiet bi prezz inġust. Ix-xejra ’l isfel fil-prezzijiet u fil-profittabbiltà tkun mistennija li tippersisti, u b’hekk tkompli tnaqqas is-saħħa finanzjarja tal-produtturi. Din tista’ twassal għal tnaqqis fid-daqs, għeluq, u tnaqqis sinifikanti fl-impjiegi u fl-investiment fl-Unjoni. Id-dgħufija strutturali tal-industrija tkun diffiċli li titreġġa’ lura, b’xi produtturi potenzjalment joħorġu mis-suq. |
|
(315) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping hija b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Din tippermetti lis-settur jirkupra mid-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, terġa’ tiġi stabbilita kompetizzjoni leali, u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tiegħu. |
7.2. Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati
|
(316) |
L-ebda importatur jew kummerċjant mhux relatat ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar l-impatt tal-miżuri fuq dan il-grupp. |
|
(317) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u data speċifika, l-effetti probabbli tal-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importaturi jridu jiġu vvalutati abbażi tal-fatti disponibbli. Wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li l-importaturi jistgħu jiffaċċjaw xi żidiet fil-kostijiet b’riżultat tal-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping. Madankollu, minħabba d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, inkluż mill-produtturi tal-Unjoni, u l-possibbiltà ta’ importazzjonijiet kontinwi bi prezzijiet mhux oġġett ta’ dumping, kwalunkwe impatt negattiv huwa mistenni li jkun limitat. |
|
(318) |
Filwaqt li l-importaturi jistgħu jesperjenzaw tnaqqis fl-għażliet tal-provvista jew żieda fil-kostijiet fi żmien qasir, dawn l-effetti x’aktarx li jkunu moderati. Iż-żamma tal-istatus quo, min-naħa l-oħra, fl-aħħar mill-aħħar thedded il-vijabbiltà tal-provvista domestika u potenzjalment twassal għal dipendenza akbar fuq l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fil-futur. Kollox ma’ kollox, il-benefiċċji għall-industrija tal-Unjoni jisbqu l-iżvantaġġi potenzjali limitati u mhux sostanzjati għall-importaturi. |
|
(319) |
Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, huwa konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tagħmilx ħsara sinifikanti lill-interess ta’ importaturi mhux relatati, u għalhekk ma tmurx kontra l-interessi tagħhom. |
7.3. Interess tal-utenti, tal-konsumaturi jew tal-fornituri
|
(320) |
L-ebda utent, konsumatur, jew fornitur ma ppreżenta ruħu biex jikkoopera fl-investigazzjoni. Bħala tali, ma ġiet ipprovduta l-ebda data dwar l-użu jew tħassib speċifiku li tista’ tissuġġerixxi effetti negattivi sinifikanti li jirriżultaw mill-impożizzjoni possibbli tal-miżuri. |
|
(321) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, l-effetti probabbli tal-miżuri fuq l-utenti jridu jiġu vvalutati abbażi ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. Iċ-ċilindri mingħajr weldjatura huma tipikament komponent żgħir tal-kost fi ħdan l-operazzjonijiet ġenerali tal-industriji downstream, inkluż fis-setturi tas-saħħa u tal-enerġija. Bħala tali, kwalunkwe żieda potenzjali fil-prezzijiet wara l-impożizzjoni tad-dazji ma hijiex mistennija li taffettwa b’mod sinifikanti l-operazzjonijiet tal-utenti jew il-ktajjen ta’ provvista ġenerali. |
|
(322) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri tgħin biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u jinżamm sors domestiku affidabbli ta’ prodott strateġiku użat f’setturi kritiċi bħall-kura tas-saħħa u l-enerġija nadifa. Filwaqt li l-utenti jistgħu jiffaċċjaw żidiet marġinali fil-prezzijiet fi żmien qasir, dawn jinstebqu mill-benefiċċji taż-żamma tas-sigurtà tal-provvista u l-iżgurar ta’ kompetizzjoni ġusta. |
|
(323) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma hijiex mistennija li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi tal-utenti, u tikkontribwixxi għas-salvagwardja ta’ aċċess stabbli u sigur għal prodotti strateġikament importanti. Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tmurx kontra l-interess tal-utenti. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(324) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’dan l-istadju tal-investigazzjoni ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI
|
(325) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(326) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet taċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja li joriġinaw mir-RPĊ, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping. |
|
(327) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(328) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma rriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet legali msemmija. Jenħtieġ li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(329) |
Biex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. |
|
(330) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(331) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
|
(332) |
L-istatistika tal-prodott ikkonċernat ta’ spiss tiġi espressa f’biċċiet. Madankollu, ma teżisti l-ebda unità supplimentari bħal din għall-prodott ikkonċernat speċifikat fin-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (103). Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi previst li mhux biss il-piż f’kg jew tunnellati, iżda wkoll l-biċċiet għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat iridu jiddaħħlu fid-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera. Il-prezzijiet jenħtieġ li jiġu indikati għall-kodiċijiet NM u/jew TARIC. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(333) |
Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(334) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex. |
|
(335) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet/tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(336) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(337) |
BTIC issottomettiet kummenti relatati mal-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni u l-valuri CIF użati għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping tagħha. Wara l-analiżi, dawn il-kummenti ġew aċċettati u l-marġni tad-dumping ġie kkoreġut kif xieraq. Il-marġni tad-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u kumpaniji oħra ġew aġġustati kif xieraq. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(338) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(339) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju proviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċilindri mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja għall-gass ikkompressat jew likwifikat, tal-azzar, tad-dijametri u l-kapaċitajiet tal-volum kollha, kemm jekk bil-kamin kif ukoll jekk le, irrispettivament mill-kisi jew mill-kisi intern, irrispettivament mill-irfinar u l-forma esterni, kemm jekk b’bużżieqa tal-gass inserita jew le, irrispettivament minn jekk iċ-ċilindri ġewx attrezzati b’valv, b’ċirku tal-għonq, b’ċirku tas-sieq jew b’pajpijiet, kemm jekk imwaħħlin flimkien biex jiffurmaw mazz kif ukoll jekk le, attwalment ikklassifikati taħt il-kodiċi NM ex 7311 00 11 , ex 7311 00 13 , ex 7311 00 19 , ex 7311 00 30 u ex 8424 10 00 (kodiċi TARIC 7311 00 11 15, 7311 00 11 80, 7311 00 13 15, 7311 00 13 80, 7311 00 19 15, 7311 00 19 80, 7311 00 30 15, 7311 00 30 80, 8424 10 00 11 u 8424 10 00 21) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż ta’ oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping proviżorju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Zhejiang Recoder Fighting Tool Co., Ltd. |
63,2 % |
89TF |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Tianjin Tianhai High Pressuction Container Corp., Ltd. Jiangsu Tianhai Special Equipment Co., Ltd. Kuancheng Tianhai Pressjoni Container Co., Ltd. |
90,3 % |
89TG |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kumpaniji li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun |
73,8 % |
Ara l-anness |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kumpaniji oħrajn |
118,0 % |
89YY |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’unità li qed nużaw) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fil-pajjiż ikkonċernat. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-rigward tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1, irrispettivament mill-oriġini tiegħu, il-biċċiet tal-prodotti importati għandhom jiddaħħlu fil-qasam rilevanti ta’ dik id-dikjarazzjoni jekk unità supplimentari oħra ma tkunx diġà definita għal kodiċi NM speċifiku u kif xieraq għall-kodiċijiet TARIC mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87.
6. L-Istati Membri għandhom, fuq bażi ta’ kull xahar, jinformaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ biċċiet importati taħt il-kodiċijiet NM/TARIC kif stipulat fl-Artikolu 1.1 ta’ dan ir-Regolament.
7. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/531 tal-24 ta’ Marzu 2025.
2. Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Awwissu 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C/2024/7403 tas-6.12.2024).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/531 tal-24 ta’ Marzu 2025 li jagħmel l-importazzjonijiet taċ-ċilindri tal-azzar mingħajr weldjatura ta’ pressjoni għolja li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 2025/531, 25.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/531/oj).
(4) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2766.
(5) AD724_HPSC_Nota għall-fajl - t25.003143.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/100/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj.
(7) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208.
(8) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 60; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192.
(9) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 66–68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 193–194. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal ewlieni tal-maniġment fl-intrapriżi tal-istat (SOEs, state-owned enterprises) mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw kanal importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ id-dikjarazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li ċ-ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija ta’ proprjetà privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma dwar id-deċiżjonijiet tan-negozju fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(10) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 61–65; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 195–201.
(11) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 62; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202.
(12) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 72; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 75; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203.
(13) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 73; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204.
(14) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2024)91, l-10 ta’ April 2024, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(15) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2024)91, l-10 ta’ April 2024, p. 103 disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(16) Ir-Rapport – il-Kapitolu 14, p. 399.
(17) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2024)91, l-10 ta’ April 2024, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en.
(18) TC31, Kumitat Tekniku għall-Istandardizzazzjoni, disponibbli fuq: http://www.china-cylinder.org/committee_introduction.
(19) All-China Federation of Industry and Commerce, Ye Qing: Promote the organic integration of the party’s leadership system of private enterprises, disponibbli fuq: https://www.acfic.org.cn/bhjj/ldzc/hzfhz/yq/yqgzhd/202009/t20200917_60940.html.
(20) East Asia Forum, CCP branches out into private businesses, disponibbli fuq: CCP branches out into private businesses | East Asia Forum.
(21) All-China Federation of Industry and Commerce, Ye Qing: Promote the organic integration of the party’s leadership system of private enterprises, disponibbli fuq: https://www.acfic.org.cn/bhjj/ldzc/hzfhz/yq/yqgzhd/202009/t20200917_60940.html.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1475 tat-30 ta’ Mejju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-premessa 46, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1475/oj.
(23) People’s Daily, China to unvail detailed plan on zombie companies, disponibbli fuq; China to unveil detailed plan on ‘zombie companies’ - People’s Daily Online.
(24) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 248.
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan, il-premessa 119, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/508/oj.
(26) R. Garnaut, L. Song, C. Fang, (Eds.), China’s 40 Years of Reform and Development, Australian National University Press, 2018, p. 337.
(27) Ara: https://www.btic.cn/about.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(28) Ara: https://www.jcmeh.com/ (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(29) Ara: Ir-Rapport annwali ta’ Beijing Jingcheng Machinery Electric Company Ltd. tal-2024, p. 98, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2025/2025-3/2025-03-29/10831510.PDF (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(30) Ara: http://www.sinoma-jj.com/ (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(31) Ara: https://www.cnbm.com.cn/ (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(32) Ara: http://www.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(33) Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(34) Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(35) Ara: https://www.baoganggf.com/gsjj (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(36) Ara: Ir-Rapport Annwali tal-Bonds Korporattivi (2024) ta’ Shougang Group Co., Ltd., p. 7, disponibbli fuq https://static.sse.com.cn/disclosure/bond/announcement/company/c/new/2025-04-30/115684_20250430_CTMM.pdf (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(37) Ara: https://www.shougang.com.cn/sgweb/html/index.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(38) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/08/content_5672513.htm (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(39) Ibid.
(40) Ara t-Taqsima IV, is-Sottotaqsima 3 tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(41) Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(42) Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3 Snin tal-Provinċja ta’ Hebei dwar l-Iżvilupp tar-Raggruppament fil-Katina tal-Industrija tal-Azzar, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3.8; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20200717/1089773.shtml (aċċessat fis-17 ta’Marzu 2025).
(43) Ibid, il-Kapitolu I, it-Taqsima 2.
(44) Ibid, il-Kapitolu I, it-Taqsima 3.2.
(45) Ara l-Pjan ta’ Implimentazzjoni ta’ Henan għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar matul l-14-il FYP, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3; disponibbli fuq: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20211210/1192881.shtml (aċċessat fis-17 ta’ Marzu 2025).
(46) Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Provinċja ta’ Zhejiang biex Jitrawwem Żvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Azzar: “ irawwem fużjonijiet u riorganizzazzjoni tal-intrapriżi, jaċċellera l-proċess ta’ konċentrazzjoni, inaqqas l-għadd ta’ intrapriżi tat-tidwib tal-azzar għal madwar 10 intrapriżi ”; disponibbli fuq: https://www.jiaxing.gov.cn/art/2022/4/20/art_1228922756_59529426.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(47) Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Provinċja ta’ Jiangsu għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament tas-Settur tal-Azzar u l-Ottimizzazzjoni tat-Tqassim għall-2019-2025; disponibbli fuq: http://www.jiangsu.gov.cn/art/2019/5/5/art_46144_8322422.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(48) L-14-il FYP tal-Provinċja ta’ Shandong dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Azzar; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/21/1119/11/DFD9D26D73D90F7D_abc.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(49) Il-Pjan ta’ Azzjoni għat-Trasformazzjoni u għall-Aġġornament tal-Industrija tal-Azzar għall-2020 tal-Provinċja ta’ Shanxi; disponibbli fuq: https://m.mysteel.com/20/0715/11/7BF7729C99CEB3EA_abc.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(50) Ara: https://www.nanjing.gov.cn/zgnjsjb/jrtt/202501/t20250123_5063880.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(51) Ara: http://www.ansteel.cn/dangdejianshe/dangjiandongtai/2023-03-17/12429.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(52) Ara: https://www.btic.cn/news/show-368.html (aċċessat fis-16 ta’ Ġunju 2025).
(53) Ibid.
(54) Ara: https://www.cnbm.com.cn/CNBM/0000000100020006/index.html (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(55) Ara: https://www.cnbm.com.cn/CNBM/0000000700020006/64023.html (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(56) Ara r-Rapport Annwali ta’ Baoshan Iron and Steel Ltd. tal-2023, p. 41 https://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-04-27/600019_20240427_B5D4.pdf (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(57) Ara: https://www.wuganggroup.cn/people/3143 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(58) Ara: https://mp.weixin.qq.com/s?__biz=MjM5Njg2NjIwMQ==&mid=2654952836&idx=1&sn=505b807e2826f1e3e6f08ba15b727722&chksm=bd294c728a5ec5641240246649545fda2b2065c015f861fa599249b2165962ca848a25a1faa2&token=1369557425&lang=zh_CN#rd (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(59) Ara: https://www.baoganggf.com/ggry (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(60) Ara: https://www.shougang.com.cn/p1/gsld.html (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(61) Ara r-rapport annwali ta’ CITIC Pacific Special Steel tal-2021 disponibbli fuq: https://www.citicsteel.com/uploadfile/2023/0923/20230923120145927.pdf (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(62) Ara: http://www.cigia.org.cn/index.php?m=home&c=View&a=index&aid=1669 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(63) Ara: http://www.cigia.org.cn/?m=home&c=Lists&a=index&tid=233 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(64) Ara: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661fd28501661fd4ed380000?e=1 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(65) Ara l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 3, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(66) Ibid.
(67) Ara l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 36, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(68) Ara: http://www.cigia.org.cn/v/h2zywyh/h2zywyh_ldcy/ (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(69) Ara: https://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/content.html?articleId=5b2ddec5eba936fba45d7bd801b09f6ff30d867762906011672eaeda213c54ac&columnId=0227750914a0f2a722c5b71b220e0aa19ceb0ee2cd7a7e325a35f6591cdbf66a (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(70) Ibid.
(71) Ir-Rapport - il-Kapitolu 14, p. 346 ff.
(72) Ara l-14-il Pjan ta’ 5 Snin tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u l-Objettivi fit-Tul għall-2035, il-Parti III, l-Artikolu VIII, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/publication/china-14th-five-year-plan/ (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(73) Ara b’mod partikolari t-Taqsimiet I u II tal-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima.
(74) Ara: https://www.miit.gov.cn/zwgk/zcwj/wjfb/tz/art/2023/art_2a4233d696984ab59610e7498e333920.html (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(75) Ara: fuq: http://gxt.shandong.gov.cn/module/download/downfile.jsp?classid=0&filename=1f79d908601e479f83707e67b133e347.pdf (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(76) Ibid, ara p.14.
(77) Ara l-14-il FYP tal-Muniċipalità ta’ Nanjing dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi għall-2035, it-Taqsima XV.2, disponibbli fuq: https://www.nanjing.gov.cn/xxgkn/zt/ghxxgk_70036/ssw/fzgh_70038/202111/t20211110_3185195.html (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(78) Ara: https://www.nanjing.gov.cn/zgnjsjb/jrtt/202501/t20250123_5063880.html (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(79) Ara: https://www.cnbm.com.cn/CNBM/0000000700020006/64023.html (aċċessat fis-17 ta’ Ġunju 2025).
(80) Ara fuq: https://english.www.gov.cn/news/202406/19/content_WS6672c84ac6d0868f4e8e8531.html#:~:text=China%20will%20scale%20up%20support,of%20Industry%20and%20Information%20Technology (aċċessat fit-18 ta’ Ġunju 2025).
(81) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 63; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33.
(82) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(83) https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en/C/252/manufacture-of-tanks-reservoirs-and-containers-of-metal.
(84) https://cmvcylinders.com/en/ (CMV hija kumpanija speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ ċilindri tal-gass tal-azzar mingħajr weldjatura, stabbilita fl-2006 wara l-akkwist ta’ impjant li jimmanifattura ċilindri speċjali għall-użu militari li jinsab fit-Tramuntana tal-Italja. Bis-saħħa ta’ investimenti kbar, il-faċilitajiet kollha tal-produzzjoni ġew ittrasferiti lejn it-Turkija, u b’mod aktar speċifiku lejn iċ-ċentru industrijali ta’ Manisa ftit kilometri ’l bogħod minn Izmir. It-tqassim il-ġdid tal-produzzjoni nbena bl-aħħar teknoloġiji biex tiżdied il-flessibbiltà u l-kwalità tal-prodott sal-ogħla standards tas-suq għaċ-ċilindri)
(85) https://www.ternium.com/es/hecho-con-acero.
(86) https://globaltradealert.org/state-act/956 u https://www.tariffnumber.com/2023/73043983.
(87) https://www.mincit.gov.co/mincomercioexterior/defensa-comercial/dumping/investigaciones-antidumping-en-curso/perfiles-de-acero-aleado-y-sin-alear-en-lamina-gal.
(88) https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en/C/252/manufacture-of-tanks-reservoirs-and-containers-of-metal.
(89) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Structure-of-Earnings-Statistics-2022-49750&dil=2.
(90) TurkStat, L-indiċijiet tal-kost lavorattiv, 2009–2024 [2021=100] / https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-I:-January-March,-2024-53682&dil=2.
(91) AD724_HPSC_it-Tieni Nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (t25.003184)
(92) https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Structure-of-Earnings-Statistics-2022-49750&dil=2.
(93) https://www.epdk.gov.tr/Detay/Icerik/3-0-39/kurul-kararlari = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel Deċiżjonijiet tal-bord tas-suq tal-elettriku.
(94) http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel Prezzijiet tal-Gass Naturali.
(95) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(96) https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx# ikkonsultat fl-4 ta’ Lulju 2025.
(97) TurkStat, L-indiċijiet tal-kost lavorattiv, 2009-2024 [2021=100] / https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-I:-January-March,-2024-53682&dil=2.
(98) https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx ikkonsultat fit-3 ta’ Marzu 2025.
(99) https://www3.tcmb.gov.tr/sektor/#/en/C/252/manufacture-of-tanks-reservoirs-and-containers-of-metal.
(100) Ara l-premessa (1) hawn fuq.
(102) Anness 10, Sors: Preston pipes.
(103) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2522 tat-23 Settembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L, 2024/2522, 31.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2522/oj).
ANNESS
Produtturi esportaturi li kkoperaw mhux inklużi fil-kampjun li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
RPĊ |
Anhui Clean Energy Co. Ltd. |
89TH |
|
RPĊ |
Chasing Technology (Changxing) Co., Ltd |
89TI |
|
RPĊ |
Jiangsu Minsheng Heavy Industry Co., Ltd. |
89TJ |
|
RPĊ |
Leebucc (Tianjin) Hydraulics Equipment Co., Ltd. |
89TK |
|
RPĊ |
Shandong Hongsheng Pressure Vessel Co., Ltd. |
89TL |
|
RPĊ |
Shandong Huachen High Pressure Vessel Group Co.,Ltd |
89TM |
|
RPĊ |
Shandong Huachen High Pressure Vessel Group Dezhou Co., Ltd. |
89TN |
|
RPĊ |
Shandong Yongan Special Equipment Co., Ltd |
89TO |
|
RPĊ |
Shaoxing Reach Fire Fighting Equipment Co., Ltd. |
89TP |
|
RPĊ |
Sinoma Science & Technology (Chengdu) Co., Ltd. |
89TQ |
|
RPĊ |
Sinoma Science & Technology (Jiujiang) Co., Ltd. |
89TR |
|
RPĊ |
Sinoma Science & Technology (Suzhou) Co., Ltd. |
89TS |
|
RPĊ |
Zhejiang Jindun Pressure Vessel Co., Ltd. |
89TT |
|
RPĊ |
Zhejiang Rein Hytec Co., Ltd. |
89TU |
|
RPĊ |
Zhejiang Super Power Fire Fighting Equipment Co., Ltd. |
89TV |
|
RPĊ |
Zhuolu High Pressure Vessel Co., Ltd. |
89TW |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1711/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)