2.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 218/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10717 – KKR / PAI PARTNERS / BCI / REFRESCO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 218/09)

1.   

Fit-23 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

PAI Partners S.à.r.l. (PAI Partners, Franza), ikkontrollata minn PAI Partners S.A.S.,

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Refresco Deutschland Holding GmbH (“Refresco”, in-Netherlands), ikkontrollata minn PAI Partners u BCI.

KKR, PAI Partners u BCI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Refresco kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni.

—

PAI Partners huma attivi fil-ġestjoni ta’ għadd ta’ fondi li jinvestu fis-setturi tas-servizzi tan-negozju, id-distribuzzjoni, l-ikel u l-konsumatur, l-industrija industrijali ġenerali, u l-kura tas-saħħa,

—

BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia li jinvesti f’isem klijenti tas-settur pubbliku f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali,

—

Refresco hija attur globali attiv fil-produzzjoni u l-ibbottiljar ta’ varjetà kbira ta’ xorb mhux alkoħoliku għat-tikketta privata li tappartjeni għal bejjiegħa bl-imnut u għal sidien ta’ ditti taħt manifattura b’kuntratt.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10717 – KKR / PAI PARTNERS / BCI / REFRESCO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).