16.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 276/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9487 — Charlesbank/GTCR/PPT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 276/07)

1.   

Fid-9 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Charlesbank Capital Partners LLC (“Charlesbank”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

GTCR LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

PPT Holdings I, LLC (“PPT”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn GTCR.

Charlesbank u GTCR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PPT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Charlesbank: investiment tul firxa ta’ industriji, primarjament fl-Istati Uniti tal-Amerika,

—   GTCR: investiment f’kumpaniji tat-tkabbir fis-Servizzi Finanzjarji u tat-Teknoloġija, fil-Kura tas-Saħħa, fil-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u fl-industriji tas-Servizzi Kummerċjali tat-Tkabbir

—   PPT: Fornitur ta’ Manutenzjoni għal Terzi Persuni li toffri varjetà ta’ servizi u soluzzjonijiet, inklużi ħażna, manutenzjoni ta’ servers u networks, servizzi ta’ hardwork u monitoraġġ proattiv.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9487 — Charlesbank/GTCR/PPT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.