<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-466/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0466</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:156">EU:C:2019:156</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190228">28.2.2019</DATE> – Kawża C‑466/16 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il‑Kunsill vs Marquis Energy</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 157/2013</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika</KEYWORD><KEYWORD>Dazju antidumping definittiv</KEYWORD><KEYWORD>Marġni ta’ dumping stabbilit fuq skala nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Produttur mhux esportatur</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Locus standi</HT></KEYWORD><KEYWORD>Inċidenza diretta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑466/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20160820">20 ta’ Awwissu 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Boelaert, bħala aġent, assistita minn N. Tuominen, avocată,</P><PARTY.STATUS>appellant,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-proċedura li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Marquis Energy LLC</HT>, stabbilita f’Hennepin (l-Istati Uniti), irrappreżentata minn P. Vander Schueren, advocaat, assistita minn N. Mizulin u M. Peristeraki, avocats,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn T. Maxian Rusche u M. França, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol</HT>, irrappreżentata minn O. Prost u A. Massot, avocats,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras (Relatur), President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, J. Malenovský, L. Bay Larsen, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20181003">3 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, Marquis Energy vs Il‑Kunsill (T‑277/13, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, mhux ippubblikata, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:343">EU:T:2016:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din, minn naħa, iddikjarat ammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat minn Marquis Energy LLC kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat‑<DATE ISO="20130218">18 ta’ Frar 2013</DATE> li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 49, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u, min-naħa l-oħra, annullat dan ir-regolament sa fejn dan kien jikkonċernaha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża ġew esposti mill-Qorti Ġenerali fil-punti 1 sa 14 tas-sentenza appellata u jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jinġabru fil-qosor kif ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Marquis Energy hija impriża Amerikana li tipproduċi l-bijoetanol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Wara lment ippreżentat fit‑<DATE ISO="20111012">12 ta’ Ottubru 2011</DATE> minn ePure, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol, assoċjazzjoni Ewropea tal-produtturi tal-etanol rinnovabbli, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, fil‑<DATE ISO="20111125">25 ta’ Novembru 2011</DATE>, avviż ta’ inizjazzjoni ta’ proċedura tal-antidumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ bijoetanol li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, C 345, p. 7</REF.DOC.OJ>), fejn hija ħabbret l-intenzjoni tagħha li tirrikorri għall-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni sabiex jintgħażlu l-produtturi-esportaturi tal-Istati Uniti tal-Amerika koperti mill-investigazzjoni mibdija fil-kuntest ta’ din il-proċedura (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20120116">16 ta’ Jannar 2012</DATE>, il-Kummissjoni nnotifikat lil Marquis Energy kif ukoll lil erba’ kumpanniji oħra, jiġifieri Patriot Renewable Fuels LLC, Plymouth Energy Company LLC, POET LLC u Platinum Ethanol LLC, li kienu ntgħażlu fil-kampjun tal-produtturi-esportaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20120824">24 ta’ Awwissu 2012</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lil Marquis Energy id-dokument ta’ informazzjoni provviżorju li ħabbar it-tkomplija tal-investigazzjoni, mingħajr l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji, u l-estensjoni tagħha għall-operaturi tas-suq/blenders. Dan id-dokument kien jindika li f’dak l-istadju ma kienx possibbli li jiġi evalwat jekk l-esportazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti kinux saru bi prezzijiet ta’ dumping, għar-raġuni li l-produtturi fil-kampjun ma kinux jagħmlu distinzjoni bejn il-bejgħ intern u l-bejgħ għall-esportazzjoni u peress li kienu jwettqu l-bejgħ kollu tagħhom lill-operaturi tas-suq/blenders indipendenti stabbiliti fl-Istati Uniti, li kienu sussegwentement iħalltu l-bijoetanol mal-fjuwil qabel ma jbigħuh mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat lil Marquis Energy id-dokument ta’ informazzjoni definittiv li fih hija eżaminat, abbażi tal-informazzjoni tal-operaturi tas-suq/blenders indipendenti, l-eżistenza ta’ dumping li jikkawża dannu lill-industrija tal-Unjoni Ewropea, u pprevediet l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi bir-rata ta’ 9.6 % fuq skala nazzjonali, għal perijodu ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20130218">18 ta’ Frar 2013</DATE>, il-Kunsill adotta, abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat‑<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 293, p. 39</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 44, p. 20</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament antidumping bażiku<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), ir-Regolament kontenzjuż, li impona dazju antidumping fuq il-bijoetanol, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>karburant etanol<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, b’rata ta’ 9.5 % fuq skala nazzjonali għal perijodu ta’ ħames snin.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Mill-punt 13 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Kunsill ikkonstata, fil-premessi 12 sa 16 tar-Regolament kontenzjuż, li l-investigazzjoni kienet uriet li ebda wieħed mill-produtturi fil-kampjun ma kien esporta l-bijoetanol fis-suq tal-Unjoni u li ma kinux il-produtturi Amerikani tal-bijoetanol, iżda l-operaturi tas-suq/blenders li kienu l-esportaturi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, b’tali mod li, sabiex itemm l-investigazzjoni, huwa bbaża ruħu fuq l-informazzjoni ta’ żewġ operaturi tas-suq/blenders li kienu aċċettaw li jikkooperaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ġie indikat ukoll, fil-punt 14 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill spjega, fil-premessi 62 sa 64 tar-Regolament kontenzjuż, li kien iqis opportun li jiġi stabbilit marġni ta’ dumping fuq skala nazzjonali, peress li l-istruttura tal-industrija tal-bijoetanol u l-mod kif il-prodott ikkonċernat kien prodott u mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti u esportat lejn l-Unjoni kienu jirrendu imprattikabbli l-istabbiliment ta’ marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi tal-Istati Uniti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, Marquis Energy ippreżentat rikors għall-annullament tar-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali aċċettat, qabelxejn, l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ Marquis Energy, skont l-argumenti li jinsabu fil-punti 40 sa 118 tas-sentenza appellata, billi eżaminat suċċessivament, wara tfakkira tal-konklużjonijiet ewlenin tal-ġurisprudenza rilevanti dwar l-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE b’mod ġenerali u fil-qasam tad-dumping, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha u, sussegwentement, l-interess ġuridiku tagħha kontra r-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sussegwentement, hija laqgħet, fil-punti 121 sa 168 u 203 tas-sentenza appellata, it-tieni parti tal-ewwel motiv imqajjem minn Marquis Energy, ibbażat fuq il-ksur mill-Kunsill tal-Artikolu 9(5), tar-Regolament antidumping bażiku, u, konsegwentement, annullat ir-Regolament kontenzjuż sa fejn kien jikkonċerna lil din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, il-Qorti Ġenerali eżaminat, fil-punti 55 sa 80 tas-sentenza appellata, il-kwistjoni dwar jekk Marquis Energy kinitx direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Minn naħa, hija fakkret, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza tagħha li tgħid li kumpannija, li l-prodotti tagħha huma suġġetti għal dazju antidumping, hija direttament ikkonċernata minn regolament li jistabbilixxi dan id-dazju antidumping, għaliex dan tal-aħħar jobbliga lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri sabiex jirċievu d-dazju stabbilit mingħajr ma jħallilhom xi marġni ta’ diskrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija kkonstatat, fl-ewwel lok, fil-punti 56 sa 67 tas-sentenza appellata, li Marquis Energy kienet direttament affettwata mid-dazju antidumping stabbilit mir-Regolament kontenzjuż, għar-raġuni li din kienet produttriċi tal-prodott li, matul l-importazzjoni tiegħu fl-Unjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament kontenzjuż, kien suġġett għad-dazju antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija bbażat ruħha, fil-punt 60 tas-sentenza appellata, fuq erba’ konstatazzjonijiet dwar il-funzjonament tas-suq tal-bijoetanol, kif stabbilit mill-Kunsill, wara li dan tal-aħħar kien qies huwa stess, fir-Regolament kontenzjuż, li volum għoli ta’ bijoetanol li joriġina minn Marquis Energy kien ġie esportat b’mod regolari lejn l-Unjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-ewwel nett, b’hekk hija rrilevat, fil-punt 56 tas-sentenza appellata, li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament kontenzjuż kien jimponi dazju antidumping uniku, fuq skala nazzjonali, fuq l-importazzjonijiet kollha tal-bijoetanol, mingħajr ma jidentifika l-importazzjonijiet tal-bijoetanol mis-sors individwali tagħhom billi jindika l-operaturi rilevanti għall-esportazzjoni fil-katina kummerċjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>It-tieni nett, hija kkonstatat, fil-punt 57 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill kien osserva, fil-premessa 12 tar-Regolament kontenzjuż, li, peress li l-ebda wieħed mill-produtturi Amerikani fil-kampjun ma kien esporta l-bijoetanol fis-suq tal-Unjoni, il-bejgħ ta’ dawn tal-aħħar kien sar fis-suq intern lil operaturi tas-suq/blenders indipendenti li sussegwentement kienu ħalltu l-bijoetanol u l-fjuwil sabiex jbigħuh mill-ġdid fis-suq intern u fis-suq tal-esportazzjoni, b’mod partikolari lejn l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tielet nett, hija kkonstatat, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, li l-Kunsill kien osserva, fl-imsemmija premessa 12, li l-ħames produtturi Amerikani inklużi fil-kampjun kienu semmew esportazzjonijiet tal-bijoetanol lejn l-Unjoni fil-formularju tat-teħid ta’ kampjuni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, hija fakkret, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet għażlet kampjun ta’ sitt produtturi tal-bijoetanol fl-Istati Uniti abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet tal-bijoetanol lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, iżda li kumpannija kienet tneħħiet mill-kampjun, matul l-investigazzjoni, minħabba li kien ġie kkonstatat li l-produzzjoni ta’ din il-kumpannija ma kinitx ġiet esportata lejn l-Unjoni matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, hija ċaħdet, fil-punti 68 sa 79 tas-sentenza appellata, id-diversi argumenti mqajma mill-Kunsill u mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, hija osservat f’dan ir-rigward, fil-punt 76 ta’ dik is-sentenza, li, anki jekk kienu l-operaturi tas-suq/blenders li batew id-dazju antidumping u rriżulta li l-katina kummerċjali tal-bijoetanol kienet ġiet interrotta b’mod li dawn ma kinux f’pożizzjoni li jpoġġu l-oneru tad-dazju antidumping fuq il-produtturi, xorta kien jibqa’ l-fatt li l-istabbiliment ta’ dazju antidumping kien biddel il-kundizzjonijiet legali li taħthom il-kummerċjalizzazzjoni tal-bijoetanol prodott mill-produtturi fil-kampjun kien seħħ fis-suq tal-Unjoni, b’tali mod li l-pożizzjoni legali tal-imsemmija produtturi f’dan is-suq kienet, f’kull każ, direttament u sostanzjalment milquta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill jitlob prinċipalment li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza minn Marquis Energy, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Marquis Energy għall-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura ta’ appell sostnuti minnu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kunsill jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza u mal-proċedura tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni titlob prinċipalment li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara r-rikors fl-ewwel istanza inammissibbli, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Marquis Energy għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-tieni parti tal-ewwel motiv imqajjem minn Marquis Energy fl-ewwel istanza u, għal dak li jirrigwarda l-partijiet l-oħra tal-ewwel motiv kif ukoll il-motivi l-oħra, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, u</P></ITEM><ITEM><P>tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, Marquis Energy titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell fl-intier tiegħu u tikkonferma s-sentenza appellata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell tiegħu, il-Kunsill iqajjem tliet aggravji. L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ interpretazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tal-Artikolu 263 TFUE kif ukoll tal-ġurisprudenza rilevanti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tas-sentenza appellata. It-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali tat interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament antidumping bażiku. It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li ma kienx fattibbli li jiġu applikati dazji individwali għall-produtturi Amerikani magħżula fil-kampjun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-risposta u tal-kontroreplika tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li tappoġġa mingħajr riżervi l-appell imressaq mill-Kunsill u tikkondividi l-argumenti ppreżentati minnu fir-replika tiegħu. Madankollu, fil-kontroreplika tagħha, il-Kummissjoni ssostni, preliminarjament, li r-risposta ta’ Marquis Energy ġiet iffirmata elettronikament minn persuna li ssostni li hija membru tal-kamra tal-avukati ta’ Ateni (il-Greċja) u tal-kamra tal-avukati ta’ Brussell (il-Belġju), iżda la ċ-ċertifikat ta’ eżerċizzju tal-professjoni u lanqas il-prokura ta’ din il-persuna ma ġew prodotti, li, fin-nuqqas ta’ regolarizzazzjoni, huwa biżżejjed sabiex l-imsemmija risposta tiġi ddikjarata ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Marquis Energy teċċepixxi l-inammissibbiltà tal-appell fl-intier tiegħu. Minn naħa, hija ssostni li, fil-kuntest tal-ewwel u tat-tieni aggravju tiegħu, il-Kunsill qiegħed jikkontesta essenzjalment elementi fattwali, mingħajr ma jinvoka żnaturament tal-provi mill-Qorti Ġenerali. Min-naħa l-oħra, hija tqis li, fil-kuntest tat-tielet aggravju tiegħu, il-Kunsill jesponi l-argumenti tiegħu b’ċarezza suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ser teżamina, fl-ewwel lok, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-appell mqajma minn Marquis Energy, u, fit-tieni lok, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju mqajjem mill-Kunsill, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali allegatament wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, għandha tiġi eżaminata, preliminarjament, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li tgħid li r-risposta ta’ Marquis Energy ma kinitx validament iffirmata u għandha, għalhekk, tiġi miċħuda bħala ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-oriġinal tar-risposta ta’ Marquis Energy, kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, ġie ffirmat debitament minn avukat, li l-istatus tiegħu ma huwiex ikkontestat u li, fi kwalunkwe każ u skont l-Artikolu 44(1)(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ipproduċa debitament, minn naħa, id-dokument ta’ leġittimazzjoni li jiċċertifika li huwa awtorizzat jeżerċità l-professjoni tiegħu quddiem qorti ta’ Stat Membru u, min-naħa l-oħra, il-mandat maħruġ minn Marquis Energy, iffirmat mill-President tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-allegazzjoni tal-Kummissjoni għandha, għaldaqstant, tiġi miċħuda bħala manifestament infondata.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, ċertament, l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi ma tikkostitwixxix, ħlief fil-każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi, kwistjoni ta’ dritt suġġetta, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Madankollu, ladarba l-Qorti Ġenerali tkun ikkonstatat jew evalwat il-fatti, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li teżerċita, skont l-Artikolu 256 TFUE, stħarriġ fuq il-klassifikazzjoni ġuridika tagħhom u l-konsegwenzi ta’ dritt li jkunu tnisslu minnhom (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980528">28 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Deere vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑7/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:256">EU:C:1998:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021210">10 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Camar u Tico</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:736">EU:C:2002:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Andres (falliment Heitkamp BauHolding) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑203/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:505">EU:C:2018:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tal-ewwel aggravju tiegħu, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball doppju ta’ liġi fl-interpretazzjoni tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE meta kkonkludiet li Marquis Energy kienet, minn naħa, direttament ikkonċernata u, min-naħa l-oħra, individwalment ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, fil-kwalità tagħha ta’ produttriċi Amerikana tal-bijoetanol fil-kampjun. Fil-kuntest ta’ dan l-ewwel aggravju, il-Kunsill jikkontesta, b’mod iktar preċiż, il-fatt li Marquis Energy tista’ titqies bħala li hija direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, peress li, essenzjalment, hija ma kinitx esportat direttament il-bijoetanol lejn l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-Kunsill għalhekk jikkontesta l-konsegwenzi legali li l-Qorti Ġenerali siltet mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt li hija għamlet, f’dan il-każ ir-rikonoxximent tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ Marquis Energy kontra r-Regolament kontenzjuż, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, b’tali mod li l-appell għandu, għall-inqas minn dan l-aspett, jiġi ddikjarat ammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021210">10 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Camar u Tico</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:736">EU:C:2002:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:506">EU:C:2018:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180628">28 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:507">EU:C:2018:507</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, mingħajr ma huwa neċessarju, f’dan l-istadju, li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà taż-żewġ aggravji l-oħra mqajma mill-Kunsill, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tal-ewwel aggravju tal-appell mqajma minn Marquis Energy għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tal-inċidenza diretta ta’ Marquis Energy</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet, fil-punt 67 tas-sentenza appellata, li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, fejn din il-konklużjoni hija, barra minn hekk, iġġustifikata mill-elementi esposti fil-punti 76, 78 u 79 ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-fatt, li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata, peress li din kienet il-produttriċi tal-prodott li, matul l-importazzjoni tiegħu fl-Unjoni, kien suġġett għad-dazju antidumping. L-impożizzjoni ta’ tali dazju biddel il-kundizzjonijiet legali li taħthom l-bijoetanol kien ikkummerċjalizzat fis-suq tal-Unjoni. Issa, il-konstatazzjoni ta’ tali effett dirett hija inkompatibbli ma’ dik magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150428">28 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>T &amp; L Sugars u Sidul Açúcares vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑456/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:284">EU:C:2015:284</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bħala produttriċi li ma<?PAGE NO="7"?> tbigħx direttament il-prodotti tagħha fl-Unjoni, hija tista’ l-iktar l-iktar tkun indirettament ikkonċernata minn perspettiva ekonomika, sa fejn hija tinsab potenzjalment fi żvantaġġ kompetittiv fir-rigward ta’ produtturi oħra tal-bijoetanol li fuqhom ma jiġi impost ebda dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li d-dazji antidumping bidlu l-kundizzjonijiet legali ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat u, b’hekk, affettwaw direttament u sostanzjalment il-pożizzjoni tal-produtturi kollha fil-kampjun, irrispettivament minn jekk ikunux jew le esportaturi. Billi kkonkludiet li l-produtturi kollha kienu awtomatikament direttament ikkonċernati, il-Qorti Ġenerali marret lil hinn mill-ġurisprudenza stabbilita li hija ssemmi, u konsegwentement wettqet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>esaġerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali għalhekk injorat il-kundizzjoni ta’ inċidenza diretta prevista fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, li teħtieġ li l-miżura li tkun is-suġġett ta’ rikors għandha tipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali tal-persuna kkonċernata u ma tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji tagħha li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha, peress li din għandha natura purament awtomatika u tirriżulta unikament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr applikazzjoni ta’ regoli intermedji oħra, billi aċċettat bħala suffiċjenti bidla allegata u indiretta fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ Marquis Energy.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tqis li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li hija kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 44 tas-sentenza appellata, il-kundizzjoni li tgħid li persuna fiżika jew ġuridika trid tkun direttament ikkonċernata mill-miżura li hija s-suġġett tar-rikors teħtieġ li żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv, jiġifieri li l-miżura kkontestata, minn naħa, tipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali ta’ din il-persuna u, min-naħa l-oħra, ma tħalli l-ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji tagħha li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha, peress li din għandha natura purament awtomatika u tirriżulta unikament mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mingħajr applikazzjoni ta’ regoli oħra intermedji (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980505">5 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Compagnie Continentale (France) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑391/96 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:194">EU:C:1998:194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digrieti tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>SolarWorld vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑142/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:163">EU:C:2016:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Makro autoservicio mayorista u Vestel Iberia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑264/15 P u C‑265/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:301">EU:C:2016:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali, fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, hija l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-ewwel waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li hija kkontestata mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-istituzzjonijiet fil-fatt isostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż minħabba l-fatt li volum sinjifikattiv tal-produzzjoni tagħha tal-bijoetanol kien ġie esportat, permezz ta’ operaturi tas-suq/blenders, b’mod regolari lejn l-Unjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni, b’tali mod li l-pożizzjoni legali tagħha fis-suq tal-Unjoni kienet ġiet affettwata b’mod sostanzjali minħabba l-impożizzjoni tad-dazju antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, jekk ir-regolamenti li jimponu dazji antidumping fuq prodott ikollhom, minħabba n-natura u l-portata tagħhom, natura normattiva, peress li jkunu japplikaw b’mod ġenerali għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati, ma huwiex eskluż li dawn ikunu jistgħu jikkonċernaw direttament u individwalment uħud<?PAGE NO="8"?> minnhom, b’mod partikolari, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-produtturi u l-esportaturi tal-imsemmi prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>TMK Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑143/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:236">EU:C:2015:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li l-atti li jimponu dazji antidumping huma ta’ natura li jikkonċernaw direttament u individwalment l-impriżi produttriċi u esportatriċi tal-prodott inkwistjoni li lilhom huma imputati l-prattiki ta’ dumping abbażi tal-informazzjoni dwar l-attività kummerċjali tagħhom. Dan huwa l-każ għall-impriżi produttriċi u esportatriċi li jistgħu juru li huma ġew identifikati fl-atti tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill jew kienu kkonċernati mill-investigazzjonijiet preparatorji (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19840221">21 ta’ Frar 1984</DATE>, <NAME.CASE>Allied Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>239/82 u 275/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1984:68">EU:C:1984:68</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870507">7 ta’ Mejju 1987</DATE>, <NAME.CASE>NTN Toyo Bearing <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>240/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:202">EU:C:1987:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li impriża ma tistax titqies li hija direttament ikkonċernata minn regolament li jimponi dazju antidumping fid-dawl biss tal-kwalità tagħha ta’ produttriċi tal-prodott suġġett għall-imsemmi dazju, peress li, f’dan ir-rigward, il-kwalità ta’ esportatriċi hija essenzjali. Fil-fatt, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-inċidenza diretta, fir-rigward ta’ regolament li jimponi dazji antidumping, ta’ xi wħud mill-produtturi u mill-esportaturi tal-prodott inkwistjoni kienet dovuta b’mod partikolari għall-fatt li l-prattiki ta’ dumping huma imputati lilhom. Madankollu, prattika ta’ dumping ma tistax tiġi imputata lil produttur li ma jesportax il-produzzjoni tiegħu lejn is-suq tal-Unjoni, iżda li jillimita ruħu li jbigħha fis-suq nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif l-Avukat Ġenerali osserva fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, is-sempliċi fatt li prodott jispiċċa fis-suq tal-Unjoni, anki f’volum kunsiderevoli, ma huwiex suffiċjenti sabiex jitqies li, ladarba dan il-prodott jiġi affettwat mill-impożizzjoni ta’ dazju antidumping, il-produttur tiegħu huwa direttament affettwat fis-sitwazzjoni legali tiegħu mill-imsemmi dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-premessi 12 u 63 tar-Regolament kontenzjuż, u kif il-Qorti Ġenerali kkonstatat fil-punt 57 tas-sentenza appellata, il-produtturi Amerikani fil-kampjun, fosthom Marquis Energy, ma kinux esportaw direttament il-produzzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-ebda prattika ta’ dumping ma ġie imputat lilhom u l-ebda marġni ta’ dumping individwali ma seta’ jiġi stabbilit fil-konfront tagħhom, kif jirriżulta mill-premessi 64 u 76 tar-Regolament kontenzjuż u kif osservat il-Qorti Ġenerali fil-punti 69 sa 74 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmija produtturi, fosthom Marquis Energy, ma kinux esportaw direttament il-produzzjoni tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni u peress li ma ġewx, għalhekk, identifikati definittivament fir-Regolament kontenzjuż bħala esportaturi, huma la kienu direttament kkonċernati mill-konstatazzjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ prattika ta’ dumping, u lanqas affettwati direttament għal dak li jirrigwarda l-assi tagħhom, peress li l-produzzjoni tagħhom ma kinitx suġġetta direttament għad-dazji antidumping imposti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Huwa minnu li produtturi Amerikani tal-bijoetanol, fosthom Marquis Energy, ġew identifikati fl-atti tal-istituzzjonijiet, sa fejn huma kienu ntgħażlu inizjalment mill-Kummissjoni sabiex jkunu parti mill-kampjun ta’ produtturi-esportaturi Amerikani. Madankollu, din iċ-ċirkustanza, imsemmija barra minn hekk mill-Qorti Ġenerali fil-punt 81 tas-sentenza appellata, iddedikat għall-analiżi tal-inċidenza individwali ta’ Marquis Energy, ma hijiex biżżejjed sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li din tal-aħħar hija direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 48 ta’ din is-sentenza jirriżulta li huma biss l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>impriżi produttriċi u esportatriċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-prodott suġġett għal dazju antidumping li lilhom huma imputati l-prattiki ta’ dumping, u li jistgħu juru li huma kienu identifikati fl-atti tal-istituzzjonijiet, li għandhom jitqiesu bħala li huma direttament ikkonċernati mir-regolament li jistabbilixxi l-imsemmi dazju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, kif diġà ġie osservat fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, huwa paċifiku li Marquis Energy ma esportatx direttament il-produzzjoni tagħha tal-bijoetanol lejn is-suq tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li r-Regolament kontenzjuż jista’ jpoġġi lil produttur Amerikan tal-bijoetanol bħal Marquis Energy f’pożizzjoni kompetittiva żvantaġġuża, din iċ-ċirkustanza, jekk jiġi preżunt li hija stabbilita, ma tippermettix fiha nnifisha li jitqies li din il-kumpannija kienet affettwata fis-sitwazzjoni legali tagħha mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, u li hija kienet, għaldaqstant, direttament ikkonċernata minnhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150428">28 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>T &amp; L Sugars u Sidul Açúcares vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:284">EU:C:2015:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-<NAME.CASE>Confederazione Cooperative Italiane <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Anicav <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑455/13 P, C‑457/13 P u C‑460/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:616">EU:C:2015:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż. Konsegwentement, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-aggravji l-oħra tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din il-qorti tista’, f’każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, jew tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha, jew tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha l-elementi kollha meħtieġa sabiex tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ippreżentat minn Marquis Energy quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sabiex jiġi stabbilit li hija kienet direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, Marquis Energy sostniet, minn naħa, il-fatt li hija kienet ġiet identifikata f’dan l-aħħar bħala produttriċi-esportatriċi u inkluża fil-kampjun tal-produtturi-esportaturi u, min-naħa l-oħra, il-fatt li d-dazji antidumping ser japplikaw għall-esportazzjonijiet futuri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, kif jirriżulta mill-punti 44 sa 57 ta’ din is-sentenza, tali elementi ma humiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li Marquis Energy kienet direttament ikkonċernata, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, mir-Regolament kontenzjuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li kellha tkun Marquis Energy li tistabbilixxi li hija kienet mhux biss individwalment, iżda wkoll direttament ikkonċernata mir-Regolament kontenzjuż, peress li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet huma kumulattivi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:625">EU:C:2013:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180313">13 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑244/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:177">EU:C:2018:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), jeħtieġ li tintlaqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill u li jiġi miċħud ir-rikors għall-annullament tar-Regolament kontenzjuż bħala li huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Peress li l-Kunsill talab li Marquis Energy tiġi kkundannata għall-ispejjeż, u peress li din tal-aħħar tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura tal-appell. Barra minn hekk, peress li r-rikors ta’ Marquis Energy quddiem il-Qorti Ġenerali ġie miċħud kollu kemm hu, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jkunu għamlu intervent fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Marquis Energy vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T 277/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:343">EU:T:2016:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Marquis Energy LLC huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Marquis Energy LLC hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kemm fil-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll fil-proċedura tal-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>