15.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9802 — Liberty Global/DPG Media/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 233/04)

1.   

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Liberty Global plc (ir-Renju Unit, “Liberty Global”), permezz tal-affiljati tagħha Telenet Group NV u Telenet BV (il-Belġju, flimkien “Telenet”)

—

DPG Media NV (il-Belġju, “DPG Media”)

—

l-Impriża Konġunta (il-Belġju, “IK”)

Liberty Global u DPG Media jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-IK.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Liberty Global: permezz tas-sussidjarja tagħha Telenet, l-operat ta’ netwerks tal-cable u tat-telfonija ċellulari fil-Belġju u f’partijiet tal-Lussemburgu, bi speċjalizzazzjoni fi (i) il-provvista tal-Internet bil-broadband, ta’ servizzi ta’ telefonija fissa u tat-televiżjoni bil-cable l-aktar fil-Fjandri u f’partijiet minn Brussell, (ii) il-provvista ta’ servizzi ta’ telekommunikazzjonijiet ta’ telefonija ċellulari fil-Belġju kollu, (iii) l-operat ta’ stazzjonijiet ta’ televiżjoni bi ħlas u ta’ video-on-demand bil-lingwa Olandiża (Play, Play More u Play Sports), stazzjonijiet tat-TV li jinqabdu b’xejn (Vier, Vijf, Zes)

—

għal DPG Media: (i) il-provvista ta’ gazzetti ta’ kuljum (Het Laatste Nieuws, De Morgen) u rivisti bil-lingwa Olandiża (eż. Dag Allemaal, Goed Gevoel, Humo), (ii) l-operat ta’ stazzjonijiet tat-TV (VTM, Q2, Vitaya, CAZ, u VTM Kids), servizzi ta’ video-on-demand ibbażat fuq ir-reklamar (VTM Go) kif ukoll l-istazzjonijiet tar-radju (Q-music u Joe), kif ukoll (iii) l-operat ta’ network virtwali ta’ telekomunikazzjoni b’telefonija ċellulari (Mobile Vikings).

—

għal JV: il-forniment ta’ offerta ta’ abbonament ta’ servizz video-on-demand b’isem ġdid u indipendenti fil-Belġju li jkun iffokat fuq konsumaturi li jitkellmu l-Olandiż. L-offerta tal-IK se tkun tikkonsisti primarjament minn films u serje lokali u internazzjonali. Din mhi se tkun tinkludi la (i) kontenut sportiv jew għall-adulti, u lanqas (ii) stazzjonijiet lineari (ta’ Telenet u/jew DPG Media u/jew ta’ partijiet terzi) jew servizzi anċillari marbuta magħhom (eż. servizzi li bihom wieħed ikun jista’ jara programmi li tilef).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9802 — Liberty Global/DPG Media/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).